Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tiegħu rigward l-isptar tal-onkoloġija u kif dan se jitmexxa ladarba jsir it-trasferiment lejn l-Isptar Mater Dei? L-isptar tal-onkoloġija u l-Isptar Mater Dei se jkunu entità waħda kif kien pjanat taħt l-amministrazzjoni preċedenti, jew se jkun hemm management differenti? Jekk inbidlu l-pjanijiet, min ħa tali deċiżjoni, min ġie kkonsultat, u għalfejn inħasset il-ħtieġa li jsir dan? Saret konsultazzjoni mal-ħaddiema li jaħdmu f`dan il-qasam?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lil-Onororevoli Membru li l-pjanijiet qed jitħejjew b’mod kawt biex flimkien ma’dawk kollha involuti, it-transizzjoni minn Boffa għaċ-ċentru l-ġdid tkun waħda regolata, għal ġid tal-istess pazjenti u l-ħaddiema, nassigurak li se jintuża l-aħjar riżors uman.
Sptar Mater Dei — Pazjenti jistennew fuq Stretcher
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1803 u 398 u jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kontrolli jsiru mill-Ministeru, sew jekk direttament mill-Ministeru, kif ukoll jekk isiru minn xi dipartiment li jaqa’ taħtu, għal dawk li huma kontrolli fuq pestiċidi, erbiċidi u bexx ieħor li jidħol fis-suq lokali?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li t-tweġiba għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħarġu tenders jew talbiet għal kwotazzjonijiet mill-11 ta’ Marzu 2013 ’il hawn għal kwalunkwe xogħol jew servizzi fir-Residenza ta’ San Vinċenż de Paul? Tista’l-Ministru tgħid għal xiex huma, f’liema stadju waslu, għal liema partijiet f`din ir-residenza ntalab ix-xogħol u kemm huma stmati li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-11 ta’ Marzu sal-lum ma nħarġu l-ebda tenders. Fir-rigward ta’ talbiet għal kwotazzjonijiet mid-data inkwistjoni, nirreferi lill-interpellant għall-informazzjoni li qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B' referenza għall-mistoqsija parlamentari 495, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ippjanat li jingħalaq il-proċess ta' konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Kuntratti bil-għan li toħroġ it-tender relattiva max-xogħol fuq il-bini tal-grawnd tal-futbol ta' Birżebbuġa?
Response (MIZZI, JOE)
Nfakkar lill-Onor. Interpellant li l-Gvern preċedenti wiegħed dan il-proġett għal diversi snin. It-tenders ta’ dan il-proġett kellhom joħorġu f’Ottubru 2011 u spiċċaw ħarġu f’April 2012, għalkemm baqa’ ma sar xejn.
Ninsab informat illi l-ewwel “vetting” għadu kemm ġie konkluż u qegħdin ikomplu l-konsultazzjonijiet mad-Dipartiment tal-Kuntratti bil-għan li d-Dipartiment tal-Kuntratti jippublika t-
tender
għal dan ix-xogħol mill-aktar fis possibli.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-pitch tal-waterpolo ta' Birżebbuġa issa li il-kawża li kien hemm il-Qorti ġiet deċiża?
Response (MIZZI, JOE)
Nfakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-bini mill-ġdid tal-waterpolo ta’ Birżebbuġia kien issemma mill-amministrazzjoni preċedenti snin ilu iżda x-xogħol baqa’ ma bediex.
Ix-xogħol fuq dan il-proġett ser jinbeda wara s-Sajf peress li matul il-ġranet tas-Sajf mhumiex permessi li jsiru xogħlijiet f’ żoni turistiċi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibli illi tiġi inkluża karozza tal-linja oħra li tgħaddi fis-6.05 a.m. min fejn il-bus stop ta' Triq San Ġwann, Ħal Safi fid-direzjoni lejn Ħal Kirkop għax dawk li jgħaddu fis-5:50 a.m. u 6:20 a.m. qegħdin jgħaddu mimlija bil-passiġġieri u n-nies ta' Ħal Safi qed jibqgħu l-art?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa qed issir analiżi tas-suġġerimenti illi Transport Malta irċeviet waqt iż-żmien ta’ konsultazzjoni, kif ukoll mill-laqgħat illi saru mal-Kunsilli Lokali.
Infurmat ukoll illi dan is-suġġeriment għadda għand il-Ministeru u ttieħed inkonsiderazzjoni ma’ suġġerimenti oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk residenza li jkollha garaxx anness magħha jinħarġilha permess għal reserved parking? Jekk fl-affermattiv, f' każ illi l-persuna li fuqha jinħareġ il-permess għal reserved parking tiġi nieqsa, dan il-permess jaqa’ jew jibqa’ validu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġeneralment, jekk ir-residenza tal-persuna b’diżabbilta’ ikollha garaxx, ma jinħariġx permess għal parkeġġ riservat għal persuni b’diżabbilta’ ħlief jekk tali garaxx ma jkunx aċċessibbli għall-persuna b’diżabbilta’ li wkoll tkun is-sewwieq. F’dan il-każ, il-parkeġġ riservat jiġi mplimentat quddiem il-garaxx. Fil-każ li l-persuna b’diżabbilta’ tiġi nieqsa, il-permess ma jibqax validu u l-kaxxa tal-parkeġġ titneħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk reserved parking, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandux il-permessi kollha neċessarji tat-Transport Malta? Jekk fl-affermattiv, meta ħareġ il-permess?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-parkeġġ riservat għall-persuni b’diżabbilta’ li għalih qed jirreferi ġie approvat mill-Bord Għall-Parkeġġ Riservat Persuni b’Diżabbilta’ fit-8 ta’ Mejju ta’ din is-sena. Minħabba li l-persuna b’diżabbilta’ ġiet nieqsa, l-Awtorita’ talbet lill-kunsill lokali rispettiv sabiex tali parkeġġ riservat jitneħħa b’ittra datata 24 ta’ Mejju li 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid min qed jagħmel ix-xogħol ta' pavimentar fi Pjazza Gavino Gulija, Bormla jekk hux il-ħaddiema tal-Gvern jew il-kuntrattur?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bażi tal-konkos ta’ taħt il-pavimentar ser issir mill-ħaddiema tal-gvern waqt li l-pavimentar ser isir mill-ħaddiema tal-kuntrattur.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — karozzi uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadha ma nxtratx il-karozza uffiċċjali tal-Ministru u nitolbok tirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari numri 35, 381 u 1088.
Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-karozza uffiċjali tal-Ministru għandha n-numru GM15. Hija tat-tip BMW 3 Series 320.Il-karozza hija mikrija.
Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-karozza uffiċjali tal-Ministru hija l-vettura bin-numru tar-reġistrazzjoni GM17. Il-karozza msemmija ma nxtratx imma hi mikrija bl-istess termini u kundizzjonijiet innegozjati mill-amministrazzjoni preċedenti.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — karozzi uffiċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Tista' tgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozza ufficcjali tal-Ministru tal-Politika Socjali hija Toyota Avensis DQZ 526. Il-vettura hija mikrija bir-rata ta’ €18 + VAT kull ġurnata.
Manifest elettorali – Proposta dwar reazzjoni mil-Pubbliku għal abbozzi ta' liġi
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid meta ħa tkun attwata l-wegħda numru 9 fil-kapitolu 17 tal-manifest elettorali u ċjoè li kulħadd ikun jista' jsemma' leħnu fuq kull abbozz ta' liġi propost, billi minbarra li jiġi ppublikat online, tingħata opportunità biex isiru kummenti, suġġerimenti u mistoqsijiet online?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li hekk kif l-infrastruttura meħtieġa tkun f’postha, tiġi implimentata din il-policy.
Jista' l-Ministru jgħid għala l-ġurnal In-Nazzjon ilu sitt gimgħat ma jkun fuq titjiriet tal-Air Malta?
Response (VELLA, KARMENU)
Il-ġurnali u l-gazzetti abbord t-titjiriet tal-Air Malta jiġu pprovduti b’xejn mill-pubblikaturi rispettivi lill-Air Malta.
Ngħarraf li l-kumpanija li tippubblika dan il-ġurnal (In-Nazzjon) waqfet tissupplixxi kopji lill-Air Malta madwar sitt gimgħat ilu.