Jista’ l-Ministru jgħid kemm, mill-bidu tas-sena s’issa, inqabdu żgħażagħ taħt l-età: a) f'post ta’ divertiment u b) jixorbu l-alkoħol anke fit-triqat? X’passi ttieħdu f’kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena kien hemm 23 persuna taħt is-17-il sena li nstabu mill-Pulizija ġewwa postijiet ta’ divertiment, filwaqt li kien hemm 11-il persuna taħt is-17-il sena li nstabu qed jixorbu l-alkoħol fit-triq. B’riżultat ta’ dan inbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 10 sidien ta’ postijiet ta’ divertiment, filwaqt li ż-żgħażagħ li nstabu jixorbu l-alkoħol ġew mogħtija twissija.
Skejjel Primarji u sekondarji — ħin allokat għall-isports
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-iskejjel primarji u sekondarji kemm għandhom ħin allokat l-istudenti għall-isports u attività fiżika kull ġimgħa? Minħabba l-importanza tal-isports għas-saħħa mentali u fiżika tal-istudenti, x'passi se jittieħdu biex jiżdied il-ħin għall-isports fil-ħajja tal-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqatlu majjali lokali fil-biċċerija xahar xahar minn Jannar 2012 sa Mejju 2013?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub, miġbur f’Tabella ‘A’.
B'referenza għal dak li l-Ministru qalet fil-media lokali u ċjoè li f'Malta hawn 600 tifel u tifla li qed jingħataw kura f'istituzzjonijiet, tista' l-Ministru tagħti lista ta' dawn l-istituzzjonijiet, min imexxi dawn l-istituzzjonijiet u kemm hemm tfal f'kull istituzzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta ghamilt riferenza fil-media dwar tfal li qed jghixu barra l-familji naturali taghhom u semmejt li l-ammont ta' dawn it-tfal irdoppja fi ftit snin, kont qed nirreferi ghal tfal li qeghdin fl-Out of Home Care, i.e. kemm tfal li qed jghixu f'istituzzjonijiet, kif ukoll ghal tfal li qed jigu fostered.
Tfal li jinsabu fl-istituzzjonijiet ghandna 194, kif jidher mit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra filwaqt li tfal li qed jiġu fostered għandna 511.
Ministeru għal Għawdex — Kuntratti għal konsulenza b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 196 u jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fid-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 248 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienu n-nies li kkwalifikaw għall-ikel tal-Unjoni Ewropea sena b'sena mill-2005 sal-lum? Jista' jagħti l-lista, lokalità b'lokalità?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma nżammet l-ebda rekord tal-benefiċjarji Maltin li bbenefikaw minn din l-iskema għas-sena 2005. Ninsab infurmat ukoll li ma nżammet l-ebda rekord tal-benefiċjarji Għawdxin li bbenefikaw minn din l-iskema bejn is-sena 2005 - 2009. Intant, skont l-informazzjoni li għaddewlna, qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub, miġbur f’tabella.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tagħmel użu mis-servizzi ta' waħda mill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament. Il-kuntratt kien intrebaħ b'tender għal 3 snin mill-1 ta' Lulju 2001 sat-30 ta' Ġunju 2004. Is-servizz għadu qed jintuża sal-lum mingħajr kuntratt.
Il-MEPA tagħmel użu minn 31,704 siegħat ta' sigurta' fis-sena maqsuma fuq tliet uffiċini hekk kif ġej:
i) St Francis Ravelin, Floriana 18,096;
ii) Hexagon House, Blata l-Bajda 11,609; u
iii) Għawdex 1,999.
Bir-rata ta' €7.50 (VAT inkluza) is-siegħa dawn jammontaw għal €237,780.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — kuntratti
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-kumpaniji konċernati ma għandhom l-ebda kuntratt mal-Ministeru w l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu.
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva — membri tal-bordijiet - Remunerazzjoni u Benefiċċji
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li l-Ministru ġiet ikkowtata li qalet li se tappunta forum fuq il-familja, jista’ l-Ministru jgħid x'se jkun l-iskop ta' dan il-forum, minn min se jkun kompost u meta hu mistenni li jitwaqqaf? Meta jitwaqqaf dan il-forum kif se jaħdem mal-Kummissjoni Nazzjonali dwar il-Familja? X'se jkun ir-rwol ta' din il-Kummissjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-Għan tal-Forum huwa li jipprovdi mekkanizmu ta’ komunikazzjoni kontinwa bejn il-Kummissjoni Nazzjonali Familja u l-pubbliku. Għalhekk ir-rwol tal-Forum huwa biex jidħol f’konsultazzjoni regolari mal-pubbliku permezz tal-kunsilli lokali u l-NGOs kif ukoll tidhol fi djalogu ma’ gruppi partikolari, b’ l-iskop li titwassal informazzjoni dwar dawn l-esperjenzi lil Kummissjoni Nazzjonali Familja. Il-Forum twaqqaf nhar l-Erbgħa 19 ta’ Ġunju u kompost miċ-chairperson u ħdax-il membru li l-ismijiet tagħhom qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm operaturi li għandhom liċenzja biex jikru umbrelel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet? Kif inhuma mqassma, kemm f'Malta u kemm f'Għawdex, u f’liema bajjiet jistgħu joperaw? Kif jinħarġu dawn il-liċenzji, kull meta jiġu mħallsa u kif jiġi determinat l-ammont dovut għal din il-liċenzja?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’ kollox hawn dsatax (19)-il operatur liċenzjati mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu biex jikru umbrelel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet.
L-informazzjoni lokali b’lokal qiegħdha titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Sa’ l-2002 il-Pulizija kienet tilliċenzja dan l-operat, u sussegwentement dawn ġew mgħodija lill-Malta Tourism Authority li kompliet toħrog il-liċenzja lil dawn l-operaturi skond il-permessi originali.
Applikazzjonijiet ġodda jiġu ikunsidrati biss fuq art privata u jridu jkunu approvati ukoll mill-MEPA jew permess tad-Dipartiment tal-Artijiet f’dan ir-rigward. Il-liċenzja tiġi mħallsa anwalment b’ratra fuq kull liċenzja ta’ €116.
Fil-każ ta’ Kemmuna l-Awtorita’ tat-Turiżmu toħrog sejħa għall-offerti pubblika u wara jinħareġ permess mid-Dipartiment tal-Artijiet lil min tkun ġiet mgħotija is-sejħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn liċenzji biex jiġu operati open top buses f'Malta u kemm f'Għawdex? Hemm talbiet għal liċenzji oħra? Jekk iva, fiex waslet l-applikazzjoni? Kemm iħallsu l-operaturi għal din il-liċenzja?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent hawn 41 open top buses li għandhom liċenzja valida maħruġa minn Transport Malta. Minn dawn hemm:
· 25 li huma awtorizzati joperaw servizzi ta’ ġarr ta’ passiġġieri kullimkien f’Malta u f’Għawdex;
· 4 li huma awtorizzati joperaw biss servizzi regolari għall-passiġġieri fuq rotot ta’ Trasport għat-Turisti stabbiliti f’Malta; u
· 12 li huma awtorizzati joperaw biss fuq servizzi regolari għall-passiġġieri fuq rotot ta’ Trasport għat-Turisti stabbiliti kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Ninsab ukoll infurmat illi fil-preżent Transport Malta għandha sittax-il applikazzjoni pendenti għal-liċenzjar ta’ open top buses antiki. Ħamsa minn dawn qed jiġu proċessati fuq deċiżjoni tal-Qrati Maltin, filwaqt li l-ħdax l-oħra għadhom qed jiġu ikkunsidrati mill-Awtorità.
Id-dritt kull sena għal-liċenzja ta’ open top bus jibda minn €150 u jitla’ sa massimu ta’ €450 skont in-numru ta’ snin li dik il-vettura tkun ilha liċenzjata.
Barraminhekk, dawk l-operaturi li huma awtorizzati biex jagħtu servizzi regolari lill-passiġġieri fuq rotot ta’ trasport għat-turisti, iħallsu pagament kull sena sa massimu ta’€37,000 għal kull rotta awtorizzata.
Jista' l-Ministru jgħid liema linji tal-ajru hekk magħrufa low cost qed joperaw minn u lejn Malta bħalissa? Kemm-il titjira fil-ġimgħa joperaw dawn il-linji u lejn liema destinazzjonijiet? Jista' jgħid jekk hemmx pjanijiet li jkollna iktar low cost airlines joperaw minn pajjiżna u x' qed isir għal dan il-għan?
Response (VELLA, KARMENU)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-detalji tal-linji tal-arju magħrufa bħala ‘low cost’ jew li mhux identifikati bħala ‘flag carriers’ li qiegħdin joperaw minn u lejn Malta bħalissa.
Id-diskussjonijiet mal-partijiet kollha koncernati isiru regolarment sabiex nesploraw il-possibiltajiet kollha biex nimmassimizzaw l-opportunitajiet kollha biex intejjbu u nkattru l-aċċessibilità lejn pajjizna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu pjanat li jidħlu cruise liners f'Malta fil-perijodu tas-sajf, ċjoè minn Ġunju 2013 sa Settembru 2013? Dan in-numru kif jikkompara mal-istess perijodu tas-sena li għaddiet (2012)? Kemm hi l-mira tal-Gvern ta' turisti li jaslu fuq cruise liners matul is-sena 2013 u din kif tikkompara ma’ dik tas-sena 2012?
Response (VELLA, KARMENU)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni miġbura mill-Valletta Cruise Port.
Is-sena l-oħra waħda mill-kumpanija ħadet deċizjoni li tnaqqas il-vjaġġi lejn Malta.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – kuntratti ta’ security guards
Question
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li hija responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tagħhajew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-WSC ma tat l-ebda xogħol lil Dr Andrew Borg Cardona.
L-Enemalta tat xoghol lil Dr Andrew Borg Cardona u ħallset is-somma ta' (€30,756.30) tletin elf, seba' mija sitta u ħamsin ewro u tliet ċenteżmu bejn is-sena 2005 u s-sena 2013. Dan ix-xogħol ingħata b'
direct order
.
L-ARMS Ltd tat xoghol lil Dr Andrew Borg Cardona u ħallset is-somma ta' (€826) tmien mija u sitta u għoxrin ewro bejn Frar u Ottubru tal-2011. Ix-xoghol ingħata b'direct order.
L-MRA tat xoghol lil Dr Andrew Borg Cardona fl-2006 fejn ħallset is-somma ta' (€960) disa' mija u sittin ewro u fl-2009 ħallset is-somma ta' (€708) seba' mija u tmien ewro. Dan ix-xogħol ingħata b'direct order.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-Ministeru w entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu,qatt ma għamlu użu mis-servizzi tal-kumpanija msemmija.