Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġodda ġew ingaġġati mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tul is-sena li għaddiet u f’liema grad? Jista’ jgħid x’sejħiet ġodda se jkun hemm tul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Fis-sena 2016 ġew impjegati ħames avukati fi grad ta’ trainee lawyers.
Għas-sena 2017 hemm pjanat;
1. sejħa ta’ żewġ
trainee lawyers
ġodda u
2. sejħa ta’ żewġ
trainee lawyers
u avukat li huma
replacement
ta’nies li rreżżenjaw matul 2016.
3. sejħa ta’ tlett
Higher Clerical Officers
li huma
replacement
ta’nies li rrezzenjaw matul 2016.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26680, jista’ l-Ministru jikkonsidra li jestendi l-faċilità elettronika tal-Wi-Fi ġewwa l-Isptar Monte Carmeli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fix-xhur li ġejjin ser jibdew studji dwar il-possibilita’li jkun estiż is-servizz tal-Wi-Fi fl-isptar Monte Carmeli.
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi ngħataw, kemm persuni attendew u x’tiswijiet saru u kemm intefqu spejjeż għal dan l-għan, fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa Wied il-Għajn matul l-2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Wied il-Għajn jingħata servizz ta’ tabib tal-familja u ta’ infermiera filwaqt li fl-2016 attendew 2,055 persuna. Matul l-2016 saru xogħolijiet fosthom tiswijiet fil-membrane ta’ din l-imsemmija berġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kif suppost għandhom jiddisponu mill-iskart li jkollhom x'jarmu bosta negozji, kemm jekk dan l-iskart ikun riċiklabbli, kif ukoll jekk ma jkunx riċiklabbli?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tip ta’ skart ġġenerat minn negozji jiddependi fuq l-attività tan-negozju. Għaldaqstant in-natura u l-kompożizzjoni ta’ skart tvarja minn negozju għal ieħor u għalhekk il-mod ta’ kif jiġi mmaniġjat ivarja wkoll peress li dan jiddependi fuq in-natura u l-kompożizzjoni tal-iskart inkwistjoni.
B’referenza għar-regolament 12 fuq dmir ta’ kura stipulat fl- L.S. 549.63, Regolament dwar l-Iskart, negozji għandhom jiżguraw li l-iskart iġġenerat minnhom ikun immaniġġjat skont il-paragrafi 2 u 3 tal-iskeda 5 dwar il-ġerarkija tal-iskart u ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent rispettivament. F’dan il-kuntest, negozji għandhom jiddisponu mill-iskart tagħhom, kemm dak riċiklabbli kif ukoll dak li mhux, bi ftehim ma’ kollettur privat jew pubbliku ta’ skart u jassiguraw li l-iskart jasal u jkun immaniġġjat minn stabbilimenti jew negozji li jagħmel proċess ta’ trattament ta’ skart awtorizzati mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.
Fir-rigward ta’ skart riċiklabbli ġġenerat minn negozju bħal skart tal-ippakkjar, skart minn apparat elettriku u elettroniku u skart ta’ batteriji u akkumulaturi, in-negozjanti jistgħu jagħmlu użu minn sistemi ta’ ġbir u riċiklaġġ iffinanzjati mill-produtturi ta’ tali materjali skont il-liġijiet ta’ Malta. Negozji li jiġġeneraw skart li ma jkunx riċiklabbli u li n-natura u l-kompożizzjoni tiegħu mhux simili għal dak iġġenerat mid-djar, għandhom jagħmlu l-arranġamenti neċessarji ma’ kolletturi u faċilitajiet awtorizzati mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi sabiex jiddispondu minn tali skart.
Ħal Safi, Ħal Luqa u Ħal Farruġ – Applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-applikazzjonijiet li hemm pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (kemm bħala Full Development Permits kif ukoll bħala DNOs) fil-lokalitajiet ta’ Ħal Safi, Ħal Luqa u Ħal Farruġ u għal kull applikazzjoni jgħid:
a) meta daħlet;
b) fejn hu s-sit;
c) x’inhu l-iżvilupp propost; u
d) f’liema stadju waslet l-applikazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 29503, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi mgħoddija lili mill-Awtorità tal-Ippjanar, waħda ta’ Full Development Applications u oħra ta’ Development Notification Orders li huma validati jew li ġew ippublikati u li huma pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar fil-kunsilli lokali ta’ Ħal-Safi u Ħal-Luqa.
Peress li l-boundary ta’ Ħal-Farruġ mhuwiex definit, l-Awtorità ma tistax tagħti l-informazzjoni mitluba sakemm l-Onor. Interpellant ma’ jindikax fuq site plan l-arja li tinteressaħ.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ Enforcement Notices li nħarġu mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-Belt Valletta fl-aħħar sitt xhur? Għal kull każ jista’ jgħid:
a) meta nħarġet l-
Enforcement Notice;
b) fiex kienet tikkonsisti l-irregolarità; u
c) x’inhu l-istadju tal-irregolarità?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-lista mgħoddija lili mill-Awtorita tal-Ippjanar ta’ Enforcement Notices li nħarġu mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-Belt Valletta fl-aħħar sitt xhur .
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnhu li f’xi stadju, uffiċjal tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar indika lil xi uffiċjal u/jew rappreżentant ta’ Valletta FC li jekk l-istess club [Valletta FC] japplika għall-permess ta’ żvilupp fuq is-sit mgħoddi lilhom mill-Kunsill Malti għall-Isport, illum SportMalta f’Ħal Farruġ, dan il-permess ma kienx se jinħareġ? Jekk iva, jista’ jgħid min kien dan l-uffiċjal u x’inhuma r-raġunijiet għal xiex ta din l-indikazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar għadha mhiex mgħarrfa liema hija l-art li l-Kunsill Malti għall-iSport għadda lill-Valletta FC.
Clubs/Assoċjazzjonijiet sportivi – għotja ta’ art pubblika
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ clubs/assoċjazzjonijiet sportivi Maltin u Għawdxin li ngħatatilhom art pubblika (direttament mid-Dipartiment tal-Artijiet) biex jiżviluppaw u joperaw faċilitajiet sportivi tagħhom? Għal kull każ jista’ jgħid:
a) l-isem tal-
club
/assoċjazzjoni;
b) fejn jinsab is-sit;
c) x’daqs (f’metri kwardi) fiha l-art;
d) fiex jikkonsistu l-faċilitajiet; u
e) meta ngħatalhom u b’liema titlu ngħatalhom?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk l-istabbilimenti li għandhom il-permess joperaw mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fil-lokalità tal-Marsa u għal kull post jagħti l-isem, l-indirizz u x’inhi l-attività li hija koperta bil-permess li għandu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid għal xiex il-Gvern qiegħed joġġezzjona li s-sit mogħti b’ċens mill-Kunsill Malti għall-Isport, illum SportMalta,lil Valletta FC f’Ħal Farruġ jiġi żviluppat mill-istess club bħala stadium u faċilitajiet anċillari?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – kuntratti ta’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għandhiex kuntratti mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom u jgħid ukoll meta daħal fis-seħħ kull kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista’ jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli u d-Dipartimenti, entitajiet, u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi, ma taw l-ebda kuntratt lill-Kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw b’mod separat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew addottati tfal minn koppji jew individwi Maltin bejn Jannar 2016 u Diċembru 2016 minn pajjiżi barranin, pajjiż b'pajjiż b'mod individwali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, bejn Jannar 2016 u Diċembru 2016, ġew addottati 6 itfal minn koppji jew individwi Maltin minn pajjiżi barranin, kif ġej:
· Adozzjoni waħda mill-Albanija;
· 3 adozzjonijiet mis-Slovakkja;
· Adozzjoni waħda mir-Russja; u
· Adozzjoni waħda mill-Indja.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, matul l-2016, numru ta’ tfal minn pajjiżi barranin ġew imqabbla ma’ koppji Maltin, u qegħdin fil-proċess li jiġu addottati, minn ġenituri adottivi prospettivi Maltin. Dawn jinkludu:
· 2 adozzjonijiet mill-Portugal;
· 15–il adozzjoni mill-Indja;
· 5 adozzjonijiet mis-Slovakkja; u
· Adozzjoni waħda mir-Russja.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorità tad-Djar se tkun qed tagħti lura l-ħlas ta' kera żejda li ħallsu dawk il-persuni li jgħixu f'akkomodazzjoni soċjali u li sofrew żidiet fil-kirjiet tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-ħlas lill-inkwilini li jikkwalifikaw għall-miżura li ġiet imħabbra fil-Baġit ta’ din is-sena , rigward ir-rifuzzjoni ta’ kera u li joqogħdu fi proprjeta’ tal-Awtorita’ tad-Djar, huwa propost li ser jingħata lilhom matul din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew iffirmati kuntratti ta' kiri fis-sena 2016 mill-Awtorità tad-Djar ta' kirjiet li kienu skaduti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn il-proprjetajiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar kompliet iġġedded il-kuntratti li kienu saru fis-snin 2009, 2010 u fl-2011. Fl-2016 ġġeddu 11-il kuntratt li kienu skadew fis-sena 2016. Dawn il-proprjetajiet huma mferxin ma’ Malta u Għawdex.
Tali proċess għadu għaddej.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27727, jista' l-Ministru jgħid kemm-il anzjan jew anzjana bbenefikaw mill-iskema meqjusa bħala proġett pilota tal-live in carer fis-sena 2016? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża relatata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ anzjani li applikaw għal dan is-servizz kien ta’ 184. L-ispiża allokata għal dan il-proġett pilota kienet tammonta għal €1,000,000.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Korp tal Pulizja sena b'sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016? Jista’ l-Ministru jagħti break down ta’ kull direct order li ngħatat kemm fl-ammont kif ukoll lil min ingħatat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji ta’ direct orders li ngħataw mill-Korp tal-Pulizja sena b'sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) sena b'sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016? Jista’ l-Ministru jagħti break down ta’ kull direct order kemm fl-ammont kif ukoll lil min ingħatat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-breakdown ta’ dawn id-direct orders qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.