Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #2376 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li ma’nxtrat l-ebda mobile device għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministeru. Il-mobile devices kienu inklużi bħala parti mill-pakkett tas-servizz li ntgħazel jew inġiebu mill-Key Loyalty Scheme, għaldaqstant ma’ kien hemm l-ebda spiża inizjali. Ħdax (11) il-mobile device inġiebu għal uża tas-segretarjat. L-ispiża rikurrenti bejn servizzi ta’ voice u data hija ta’elf u sbatax-il ewro (€ 1,017) fix-xahar. Mit-13 ta’ Marzu sa’ llum inkrew erba’ (4) computers u sitt (6) laptops bi spiża rikorrenti ta’tlett elef,mitejn u wieħed u tmenin ewro (€ 3281) fis-sena, għal ħames snin. L-ispiża f’dan ir-rigward mhux ser issir mill-vot tal-Ministeru peres li dawn ser jiġu mħalssin minn vot ċentrali.
Leg 12 PQ #2377 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tilqima tat-TB

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tilqima tat-TB hux se tibqa’ tingħata b’xejn fl-iskejjel? Jekk iva, sa liema età? Jekk le, għal liema raġuni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika kien ħabbar fit-tmienja ta’ Mejju li kien se jsir tibdil fl-iskeda tat-tilqim, b’waħda mill-bidliet tkun propju dik tat-tilqima kontra t-tuberkulożi. Wara li saret evalwazzjoni sħiħa tal-evidenza xjentifika li hawn illum fuq kemm hija effettiva it-tilqima, instab li ma hemmx evidenza li din it-tilqima fil-fatt la tilqa’ kontra infezzjonijiet primarji u lanqas kontraz ir-rijattivazzjoni ta’ infezzjoni fi tfal li għandhom ‘l fuq minn hames snin. L-evidenza turi li din it-tilqima iżda hija effettiva biex tilqa’ kontra infezzjonijiet b’mod specjali kontra it-tifrix tal-marda fil-ġisem.u kontra il-meninġite ikkawżata mill-mikrobu tat-tuberkulozi fit tfal taħt il-ħames snin li ġejjin minn pajjiżi fejn l-incidenza tal-marda hija għolja. Wara konsultazzjonijiet li saru mal Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) u mac-Centru Ewropew għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard Infettiv ġie konkluż li l-għoti ta’ din it-tilqima fit-tfal ta’ tnax il-sena kif kien qed isir f’Malta ma kienx qed jilħaq l-għan mixtieq. Għaldaqstant ġie deciż li-fl-interess tal-istess tfal, din it-tilqima ma tibqax tinġħata lit-tfal kollha iżda tingħata biss lit-tfal taħt il-ħames snin li jitwieldu lill-ġenituri li ġejjin minn pajjiżi fejn l-incidenza hija għolja jew lill-koppji li għexu għal tul ta’ żmien f’dawn il-pajjiżi.
Leg 12 PQ #2378 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Baħar iċ-Ċagħaq – spezzjoniijiet tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-aħħar sarux spezzjonijiet tal-baħar fiż-żona ta’ ħdejn il-caravan site ta’ Baħar iċ-Ċagħaq? Jekk iva x’irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet? Jekk le, hemm pjan li dawn isiru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-aktar sit fil-viċin taż-żona ta’ ħdejn il-caravan site ta’ Baħar iċ-Ċagħaq li tifforma parti mill-program ta’ monitoraġġ għall-kwalita` tal-ilma baħar hija dik fil-bajja ta’ Baħar iċ-Ċagħaq magħrufa bħala Żona B 01. Kampjuni tal-ilma baħar minn din iż-żona jinġabru kull ġimgħa bħala parti mill-program ta’ monitoraġġ nazzjonali għall-kwalita` tal-ilma baħar u wara t-tielet ġimgħa mill-bidu ta’ dan il-programm, din iż-żona hija kklassifikata bħala ta’ kwalita` eċċellenti.

Importazzjoni ta’ laħam u bajd minn Sqallija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi sforzi qed isiru ħalli l-laħam u bajd li ġej minn Sqallija jiġi rregolat ħalli l-konsumatur ikun żgurat prodott ta’ kwalità u konformi mar-regoli tal-Unjoni Ewropea?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-istess proċedura, dik stabbilita, għada qed tintuża mid-Direttorat tar-Regolament Veterinarju sabiex ikun żgurat prodott ta’ kwalità u konformi mar-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali — Spejjeż fuq attrezzament

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi? Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ntefqu €1,354 minn Marzu l'hawn fuq rinovar fil-Berġa t'Aragona. Ntefqu wkoll l-ammonti ta' €11,170.75 fuq għamara u apparat iehor inkluz photocopiers u €1,493 fuq Stationery. Dawn l-ammonti jkopru l-ispiza għas-Segretarjat tiegħi kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari. L ispejjez msemmija hawn fuq ġew mixtrija wara li nġabru kwotazzjonijet. Rigward nefqa fuq kompjuters, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 2356 u 2357.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Spejjeż fuq attrezzament

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi? Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kif spjegat fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, in-nefqa totali kienet ta' €63,641.52. Din l-ispiża totali tikkonsisti minn dawn l-ispejjez msemmija hawn taħt: Rinnovar €45,382.49, li €20,994.06 minnhom kien għal xogħol li nbeda qabel Marzu 2013 Għamara €2,320.23 Kompjuters €6,710.89 Stationery €9,164.56 Dwar kompjuters għall-uffiċċju tiegħu u tas-Segretarjat, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 2359.
Leg 12 PQ #2509 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Spejjeż fuq attrezzament

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi. Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Spejjeż fuq attrezzament

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi? Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ta' min isemmi li fil-binja prinċipali tal-Edukazzjoni fil-Floriana ma kienx hemm spazju allokat kemm għas-segretarjat tiegħi kif ukoll għal dak tas-Segretarju Parlamentari u għall-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti. Għaldaqstant, iktar minn rinovar kellhom isiru alterazzjonijiet meħtieġa qabel setgħet issir ir-rilokazzjoni li seħħet daqs tlett ġimgħat wara l-ħatra. Għal iżjed informazzjoni l-Onor. Interpellant hija ġentilment mitluba tara d-dettalji li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima — Spejjeż fuq attrezzament

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi? Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif dħalt fil-parti ta’ fuq fil-binja tal-Ministeru, ma sibtx la għamara u lanqas ċertu neċessitajiet sabiex kemm jien kif ukoll is-Segretarjat inkunu nistgħu niffunzjonaw. Għalkemm sibna l-għajnuna kollha mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, peress li qabel il-ħatra tiegħi kienu jokkupaw il-binja l-entita` governattiva National Commission for Further and Higher Education, xorta kellha ssir nefqa kemm għall-għamara kif ukoll għal l-istationery u affarijiet oħra. Tajjeb li jingħad li fil-każ tan- network system din kellha ssir ġdida peress li dik li kien hemm qabel tqaċċtet minn postha. Intant qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-infiq li kellu bżonn isir.

Ministeru għat-Trasport u Infrastruttra — Spejjeż fuq attrezzament

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi? Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-‘breakdown’ tal-infieq li sar għar-rinovar, stationery u computers fil-Ministeru tiegħi minn Marzu 2013 ‘l hawn hu kif ġej: Stationery/Toners €7330.11 Office Furniture €1159.80 Computers € 719.00 Computer Installations € 858.30 MITA Annual Rent € 273.19 Printers €1465.70 Peress li l-ispiża ta’ kull item mixtri/maħdum kienet waħda minima, dan sar b’sistema ta’ direct order bid-differenza għall-kompjuters u printers li nxtraw b’sistema ta’ quotations.

Il-Belt Valletta – mina fis-sur faċċata ta’ St Michael’s Counterguard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-Gvern għadux kommess li jagħmel il-proġett li bih juża l-mina li tinsab fis-sur faċċata ta' St Michael's Counterguard fil-Belt Valletta biex din isservi ta’ passaġġ għan-nies? Għadu bil-ħsieb li dan il-passaġġ jiġi restawrat u jiġi stallat people mover fil-forma ta' escalator ħalli jiffaċilita l-passaġġ tan-nies mill-foss għal ġewwa l-Belt Valletta? Jekk iva, meta hu maħsub li jibda x-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

L-intenzjoni ta’ Gvern ġdid hi li jkompli bil-proġett li permezz tiegħu juża l-mina li tinsab fis-sur faċċata ta' St Michael's Counterguard fil-Belt Valletta biex din isservi ta’ passaġġ għan-nies. Għad hemm il-ħsieb ukoll li jiġi stallat people mover fil-forma ta' escalator ħalli jiffaċilita l-passaġġ tan-nies mill-foss għal ġewwa l-Belt Valletta. Il-proġett ikun jista' jinbeda meta l-permessi mehtiega jinħarġu, u l-fondi necessarji (stmati madwar Eur1.4 miljun Ewro) jiġu allokati. Minħabba li sa issa ma jidhirx li kien hemm allokazzjoni specifika ta' fondi għal dan il-progett, qed tiġi mistħarrġa l-possibilta' li jiġu allokati fondi strutturali mill-UE taħt il-programm ta' finanzjarjament 2014-2020.
Leg 12 PQ #2782 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Manutenzjoni ta’ skejjel – rapport finali

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li kellhom jagħmlu l-periti li ġew imqabbda mill-Ministru u kellu jitlesta sal-aħħar ta’ Mejju dwar ix-xogħlijiet u l-manutenzjoni tal-iskejjel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.

Manutenzjoni ta’ skejjel – overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema vot se jitħallsu l-ħaddiema fil-kulleġġi u fid-direttorati li ġew imwiegħda li se jaħdmu overtime biex isir ix-xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema fil-Kulleġġi u fid-direttorati li se jaħdmu overtime biex isir ix-xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel se jitħallsu mill-fondi tal-bank loan tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada.

Manutenzjoni ta’ skejjel — koordinatur

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar min se tkun il-persuna li se tikkoordina x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li se jsiru fl-iskejjel dan is-sajf?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' tisbiħ u manutenzjoni li ser isiru fl-iskejjel dan is-sajf ser jiġu kkordinati mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada u d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. Il-Fondazzjoni għandha l-periti tagħha filwaqt li kull Kulleġġ għandu wkoll College Precincts Officer li x-xogħol primarju tiegħu huwa li jikkordina x-xogħlijiet li jsiru fl-iskejjel.

Skejjel – xogħlijiet fis-sajf

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħlijiet li se jsiru fl-iskejjel dan is-sajf? Liema huma l-iskejjel u x'inhuma x-xogħlijiet kollha li se jsiru f'kull skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji tax-xogħlijiet li se jsiru fl-iskejjel dan is-sajf mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xogħlijiet fuq rilokazzjoni tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar ix-xogħlijiet kollha li saru sabiex saret ir-rilokazzjoni tas-Segretarjat tal-Ministru, Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari, u tal-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari mill-Belt għal Furjana? Jista' jgħid kemm swew dawn ix-xogħlijiet? Min għamel dan ix-xogħol? Minn liema voti tħallsu dawn l-ispejjeż li saru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Spejjeż ta’ ġarr

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ispejjeż kollha tal-ġarr mill-Belt għall-Furjana meta saret ir-rilokazzjoni tal-Ministeru? Minn liema vot tħallsu dawn l-ispejjeż?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tuneżija — Memoranda of understanding

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mat-Tuneżija?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Memoranda of Understanding pendenti mat-Tuneżija huma: - Memorandum of Understanding bejn ir-Repubblika ta' Malta u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar Rikonoxximent taċ-Ċertifikati ta' Baħħara skont il-Providimenti tar-Regolament I/10 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Istandards għal Taħriġ,Ċertifikazzjoni u Watch-keeping għall-Baħħara. - Memorandum of Understanding bejn ir-Repubblika ta' Malta u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar koperazzjoni fil-qasam tat-turiżmu. - Memorandum of Understanding bejn il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tal-Agrikoltura tar-Repubblika tat-Tuneżija.

Niġerja — Memoranda of understanding

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti man-Niġerja?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma l-Onor. interpellant li hemm Memorandum of Understanding pendenti man-Niġerja dwar l-immigrazzjoni bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Malta u il-Gvern tar-Repubblika Federali tan-Niġerja.