Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1287 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — kuntratti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? Jekk iva, tista' tgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Tista' tgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Tista' tgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Direttur tal-Anzjani – Ma sar l-ebda kuntratt. FSWS - Ma sar l-ebda kuntratt . Awtorita’ tad-Djar – Ma sar l-ebda kuntratt. KNPD - Ma sar l-ebda kuntratt. Kummisjoni tat-Tfal - Ma sar l-ebda kuntratt. Direttur tas-Servizzi Korporattivi - Ma sar l-ebda kuntratt

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — kuntratti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? Jekk iva, tista' tgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Tista' tgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Tista' tgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata ebda xogħol lil kumpaniji li dettalji tagħhom ingħataw seperatament, mill-Ministeru inkluz entitajiet kollha li jaqgħhu taħti.
Leg 12 PQ #1617 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz (Għawdex) — Triq San Lawrenz - xogħlijiet

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1026, fejn il-Ministru indika li l-ħsarat li saru fir-rotta alternattiva li qed tintuża sakemm Triq San Lawrenz f'San Lawrenz, Għawdex titlesta, qegħdin jissewwew mill-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru sa issa? Fuq liema toroq saru? U liema xogħol fadal li jsir, fuq liema toroq u sa meta huwa mistenni li jitlesta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li saru xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid ta’ partijiet imdaqqsa minn Triq Mongur u Triq Dun Alwiġ Mizzi u saru tiswijiet fi Triq il-Madonna tal-Virtu’ u Triq Birbuba. Jiena nfurmat ukoll li jridu jsiru xogħlijiet oħra ta’ tiswija fuq Triq Santu Pietru u Triq il-Madonna tal-Virtu’ u li dawn it-tiswijiet għandhom jitlestew fi żmien ġimgħa.
Leg 12 PQ #1618 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Ir-Rabat (Għawdex) — klinika tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1025 u jgħid jekk itteħditx id-deċiżjoni li l-klinika tal-Gvern li hemm fi Triq Enrico Mizzi, ir-Rabat, Għawdex, hix se tingħalaq u tibda tifforma parti mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Jekk iva, min ħa din id-deċiżjoni? Il-Ministeru għal Għawdex ġie kkonsultat dwar dan? Ġie kkonsultat il-Ministeru għal Għawdex qabel din tingħalaq? X'se jsir mill-premises meta dawn jitbattlu? Jikkunsidra li din il-klinika qiegħda qrib il-bus terminus ċentrali t'Għawdex u fl-aktar post ċentrali u allura aċċessibbli għal kulħadd inkluż anzjani u meta tingħalaq dan kollu se jintilef?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li gie deċiz li l-Klinika tal-Gvern tar-Rabat tiġi trasferita f’binja vojta li hija ferm aktar spazjuza u li tinsab fil-perimetru tal-Isptar Generali t'Għawdex. L-iskop huwa li din il-binja tintuża bħala ċentru għas-saħħa, filwaqt li dik il-binja tar-Rabat tintuża u tinfetaħ bħala berġa. Huwa fatt li ċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat t'Għawdex huwa zgħir fid-daqs u qatt ma’ġie attrezzat b'tagħmir li huwa tal-istess livell bħal dak taċ-ċentri tas-saħħa f'Malta. Konsegwenza t'hekk, il-pazjenti li jżuru ċ-ċentru tas-saħħa t'Għawdex ta' spiss jiġu riferuti l-isptar General t'Għawdex. Minbarra dawn in-nuqqasijiet hemm ukoll il-ħtiega ta' aktar aċċessibilita' ta' parking ; li ċ-ċentru jkun konformi mar-regoli sanitarji u li jibdew jintu¿aw l-istess riżorsi diġa ofruti fl-isptar Generali t'Għawdex, fosthom X-Rays u ECG's ; u biex il-poplu Għawdxi jkun moqdi ferm aħjar u b'u¿u ta' aktar servizzi minn kif qed jinqeda bħalissa. Apparti dan, meta toħrog ambulanza u jkollha bżonn servizz ta’ tabib, din trid tgħaddi l- Health Centre, tiġbor it-tabib u tmur fejn huwa meħtieg, b’telf ta’ ¿mien għad-detriment tal-pazjent. Waħda mill -policies ewlenin tal-gvern preżenti fil-qasam tas-saħħa hija li jsaħħah u jkabbar is-sistema tas-saħħa pubblika komunitarja. Dan huwa ta' ħtiega għaliex f'dawn l-aħħar snin il-gvern preċedenti ma’ baqax jevolvi dan il-livell ta' kura pari passu ma' dak sekondarju u terzjarju, anzi naqqsu, b'konsegwenza li dan in-nuqqas affettwa wkoll dawn il-livelli tas-saħħa. Is-saħħa pubblika komunitarja hija s-sies tal-qasam tas-saħħa. Il-qasam tas-saħħa pubblika ta' Għawdex bix-xieraq ġie ntegrat ma' dak ta' Malta biex b'hekk is-sistema titmexxa b'aktar għaqal u b'mod ħolostiku. Għalhekk, b’'din l-implimentazzjoni, d-dritt u d-dinjitza' tal-pazjent se jiġu mħarsa filwaqt li se jkun hemm aktar kontabilita' fis-servizz.
Leg 12 PQ #1619 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – riżenja tas-supretendent

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' kienet ir-raġuni li għaliha rriżenja s-supretendent tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex wara ftit jiem biss f'din il-kariga?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-persuna li kienet inkarigata bħala ad hoc acting medical director kien talab biex tiġi maħtura persuna oħra minfloka, minħabba raġunijiet personali.

pensjoni kontributorja

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li jieħdu pensjoni kontributorja fl-aħħar ta' Frar 2013?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in-numru ta’ persuni li tħallsu pensjoni kontributorja sa l-aħħar ta’ Frar 2013 kien ta’ 78,171 skont kif jidher iżjed l-isfel: Pensjoni għal Irtirar 57,613 Pensjoni għar-Romol 15,710 Pensjoni għal Invalidita’ 4,848

pensjoni tal-invalidità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li jieħdu pensjoni tal-invalidità fl-aħħar ta' Frar 2013?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni li tħallsu Pensjoni Għal Invalidità sa l-aħħar ta’ Frar 2013 kien ta’ 4,848.

pensjoni mhux kontributorja

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li jieħdu pensjoni mhux kontributorja fl-aħħar ta' Frar 2013?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in-numru ta’ persuni li tħallsu pensjoni mhux kontributorja sa l-aħħar ta’ Frar 2013 kien ta’ 4654.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li fil-perjodu in kwistjoni ma ngħata l-ebda xoghol lill-kumpanija in kwistjoni mill-Ministeru tiegħi u l-entitajiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mill-1999 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li fil-perjodu in kwistjoni, ma ngħata l-ebda xogħol ta’ konsulenza lill-individwu msemmi.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjoanli — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mill-1999 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol ta’ konsulenza lil Dr Peter Caruana Galizia mill-1999 sal-lum.
Leg 12 PQ #2124 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mill-1999 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħaraf lill-Onor interpellant illi ma nghatat ebda konsulenza lill-individwu msemmi mill- Ministeru tieghi jew xi dipartiment , aġenzija u awtoritajiet li jaqghu daht id dekasteru tieghi.

Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mill-1999 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-ebda entità ma tat xogħol ta' konsulenza lill-persuna indikata.
Leg 12 PQ #2126 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mill-1999 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Ministeru u entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taht id-dekasteru tiegħu,qatt ma’għamlu użu mis-servizzi tal-kumpanija msemmija.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenza

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mill-1999 sal-lum? Tista' tgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Direttur tal-Anzjani – Ma saret l-ebda konsulenza. FSWS - Ma saret l-ebda konsulenza. Awtorità tad-Djar – Ma saret l-ebda konsulenza. KNPD - Ma saret l-ebda konsulenza. Kummisjoni tat-Tfal - Ma saret l-ebda konsulenza. Direttur tas-Servizzi Korporattivi - Ma saret l-ebda konsulenza.
Leg 12 PQ #2379 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Baħar iċ-Ċagħaq – caravan site – sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jghid jekk sarux spezzjonijiet fil-caravan site ta’ Baħar iċ-Ċagħaq? Dan is-sit għandu sistema tad-drenaġġ adegwata? Jekk iva, saret spezzjoni fuqha? Jekk le, hemm xi ħsieb li din is-sistema ssir u sa meta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li din il-gimgħa stess saret spezzjoni minn uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali f’dan is-sit wara lment li daħal lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali. Mill-investigazzjoni jirriżulta li hemm erba` skips għall-iskart, u li nstabu fi stat tajjeb ta’ ndafa u manutenzjoni u li huma mikrija mill-kumitat għall-Camping Site ta’ Baħar iċ-Ċagħaq. Hemm ukoll il-ħsieb li jiġu miżjuda kontenituri sabiex fihom ikun jista` jintefa skart għar-reċiklar. Kien hemm ukoll numru ta’ karavans li ġew spezzjonati għall-faċilitajiet iġeniċi u sanitarji fejn irriżulta li dawn il karavans huma provduti b’faċilitajiet tas-sistema kimika fejn il-materjal jinġabar f’tankijiet biex imbagħad jitbattlu fil-faċilitajiet pubbliċi li hemm fl-istess żona. Il-faċilitajiet pubbliċi huma provduti b’għaxar toilets u b’għaxar showers li wkoll nstabu fi stat tajjeb ta’ ndafa. Skont informazzjoni li għandu dan id-Direttorat li ngħatat mill-uffiċċjal inkarigat ta’ dan is-sit dawn il-faċilitajiet pubbliċi huma konnessi mas-sistema tad-drenaġġ pubbliku, iżda jferrgħu fuq fossa li tappartjeni lill-Waste Water Unit fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u għalhekk għar-rigward tad-domandi fuq is-sistema tad-drenaġġ id-domandi għandhom isiru lill-Ministru responsabbli minn din il-Korporazzjoni.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar — servizz ta’ customer care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew id-dekasteru tiegħu hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali? Jekk iva, jista’ jindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv jista’ jindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li sal-lum ma sar l-ebda kuntatt bejn id-dekasteru tiegħi u xi kunsill lokali għall-għanijiet li rreferiet għalihom l-Onorevoli Interpellant.
Leg 12 PQ #2513 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Spejjeż għar-rinnovazzjoni tal-Ministeru

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi. Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li ma sar ebda xogħol ta’ rinovar fil-Ministeru minn Marzu 2013 ’il hawn. Kellhom jinxtraw xi siġġijiet peress li s-Segretarjat tal-Ministru preċedenti kien trasferixxa l-maġġoranza tas-siġġijiet għal uffiċini oħra fi ħdan il-Ministeru qabel l-elezzjoni. Inxtraw ukoll xi bċejjeċ ta’ għamara li jinkludu xkaffar għall-kotba, filing cabinets u żewġ deskijiet. L-ammont globali li ntefaq huwa ta’ €5,299.37. Rigward ix-xiri/kiri ta’ apparat eletroniku nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2367. Aktar dettalji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Spejjeż għar-rinnovazzjoni tal-Ministeru

Question

Tista’ l-Ministru tagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Tista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tagħha, kif ukoll tal-istaff tagħha u konsulenti rispettivi? Tista’ fis-somma tinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Tista’ għal kull item/servizz tgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li: · Fir- rigward xiri / leasing ta’ Computers u Laptops nagħmel riferenza għat-tweġieba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 2368. Wara li ngħatat din ir-risposta sar: · Leasing ta’ laptop u desktop. Il-leasing ser ikun ta’Euro 616.37 fis-sena għal 5 snin u charge ta’darba ta’ Euro 1,456.12 · Xiri ta’PC Tablet wara li kienu evalwati 3 stimi għas-somma ta’ Euro 679 Fir-rigward tal-bini li qed jintuża fil-prezent mill-Ministeru ma sar l-ebda spejjez ta’refurbishment. Mandankollu rigward l-ispejjez li saru sa issa għal refurbishment tal-bini fejn ser ikun rilokat fih il-Ministeru f’Barriera Wharf ( ex Dipartiment tas-Sajd ) huwa kif ġej: · Wi-Fi network u żewġ network switches f’Barriera wharf li l-ispiża mistennija tkun Euro 1301.76. · Network printer li ser jiswa Euro 260 · Xiri ta’materjal għal-Pest Control għall binja f’Barriera Wharf – Euro 125.00 · Tibdil strutturali intern f’Barriera Wharf – Euro 1888.00 · Tibdil ta’pavimentar intern f’Barriera Wharf – Euro 4956.00 L-ispiża fuq Stationery ammontat għall Euro 737.58. Dawn l-affarijiet intuzaw jew inxtraw wara li jkunu ġew maħruġa talbiet għall-Quotations neċessarji.