Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux maħsub li l-pjanta li ġiet approvata mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għall-Coast Road, li minn St Andrew’s twassal sa San Pawl il-Baħar hux se tinbidel, wara li ġiet approvata? Jista' jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq is-sit?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett tal-Coast Road kien ġie approvat mill-Mepa taħt żewġ applikazzjonijiet, u ċioe’ PA 3883/08 u PA 3758/09. Din l-approvazzjoni ngħatat b’numru ta’ “reserved matters” fil-kundizzjonijiet tal-istess permessi. Għalhekk kellhom isiru pjanti ġodda biex jiddettaljaw dawn ir-“reserved matters”, fejn l-istess pjanti qegħdin jiġu evalwati mill-MEPA.
Fid-dawl tad-diversi aċċidenti tat-traffiku li qed iseħħu fi Triq il-Kosta, Transport Malta hija konxja mill-fatt li din it-Triq hija l-agħar road killer f’pajjiżna. Il-pjanijiet ta’ Transport Malta huma li d-difetti strutturali li hemm fi Triq il-Kosta, ikunu indirizzati. Il-proġett jaħseb biex fost l-oħrajn ikun hemm żewġ karreġġjati fl-istess direzzjoni (kull naħa) kif ukoll crash barriers li jisseparaw id-direzzjonijiet opposti. Dan għandu jnaqqas drastikament mill-overtaking perikoluż kif qed isir bħalissa kif ukoll se jkun hemm aktar safety features bħal traffic lights, asphalting aħjar tat-triq innifisha, fosthom high friction f’partijiet partikolari. Se jkun hemm ukoll bicycle lanes apposta kull naħa tat-triq biex anki ċ-ċiklisti jkunu aktar siguri u protetti.
Ix-xogħol huwa ppjanat li jibda għall-aħħar ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema se jkunu ż-żoni riservati għall-għawm f'dan l-istaġun? Meta hu mistenni li jitqiegħdu f'posthom il-markings li s-soltu jkun hemm fid-diversi żoni biex jimmarkaw l-inħawi li fihom ma jkunx jista' jsir dħul ta' dgħajjes, u allura jkunu riservati għall-għawwiema?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żoni riservati għall-għawm għal din is-sena huma 47, b’żewġ żoni ġodda, li huma s-Salina u Balluta. Iż-żoni kollha huma dawn:
Mġarr ix-Xini
Xlendi
Qbajjar
Marsalforn
San Blas
Ramla l-Ħamra
Ħondoq ir-Rummien
San Niklaw
Santa Marija
Blue Lagoon
Ġnejna
Għajn Tuffieħa
Ir-Ramla tal-Mixquqa
Ċirkewwa
Paradise Bay
Armier
Għadira
It-Tunnara
Buġibba
L-Imġiebah
Selmun
Tal-Veċċja
Tal-Għażżelin
Bajja Ta’ San Ġorġ
Spinola
San Ġiljan
Exiles
Rinella
Żonqor Point
M’Scala (Jerma)
Bajja ta’ San Tumas
Xrobb l-Għaġin
Delimara
Birżebbuġa
Marsamxett
Buġibba (Dolmen)
Salini(hdejn il-Coastline)
Salina (ħdejn is-Suncrest)
Fond Għadir
Ta’ Xbiex
Xemxija
Fekruna
Birżebbuġa (San Ġorġ)
Qawra
M’Xlokk
Tigne’
Balluta
Dawn iż-żoni se jkunu lesti sal-aħħar ta’ Ġunju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi ta' għalliema mal-Gvern bħalissa? F'liema suġġetti u f'liema livell? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jiġu impjegati supply teachers għas-sena skolastika li jmiss u f'liema suġġetti u livelli?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalissa m'hemmx vakanzi ta' għalliema fl-iskejjel tal-Istat. Supply Teachers jiġu mpjegati jekk u meta jinħolqu vakanzi li ma jkunux jistgħu jimtlew minn għalliema.
Tista' l-Ministru tindika f'dawn l-aħħar ħames snin, kemm kienu l-każijiet li ġew riferuti mill-Assessment Team tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin lill-Aġenzija Appoġġ? Sar pjan ta' azzjoni ma' kull każ fejn f'dan il-pjan ta' riabilitazzjoni jkun hemm involut il-priġunier? Kemm kien hemm familji ta' priġunieri f'dan il-perjodu li sabu għajnuna minn servizzi oħra tal-Aġenzija Appoġġ u mhux dak li x-xogħol prinċipali tagħha hu mal-priġunieri?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Sa Ottubru 2008 l-Aġenzija APPOGG kienet toffri servizz ta’ social work fi ħdan l-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin, fejn kien isir xogħol kemm mal-inmates kif ukoll mal-familjari tagħhom. Skond statistika li għandha l-Aġenzija matul dik is-sena ġew referuti 4 każijiet u saru interventi ma 276 każ. Wara dan il-perjodu l-Aġenzija ma ġietx mitluba li toffri aktar dan is-servizz.
L-Aġenzija APPOGG toffri għajnuna lill diversi familji b’diffikultajiet socjali iżda ma żżommx data dwar jekk dawn il-familji humiex familjari ta’ priġunieri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn child care centres fil-preżent u kemm minnhom huma tal-Gvern u mmexxija mill-Gvern stess? Fejn jinsabu dawn iċ-child care centres? Jista' jgħid jekk jintalabx ħlas għal min jagħmel użu minn dawn iċ-child care centres? Fejn huwa maħsub li jinfetħu oħrajn ġodda? X'ħin jiftħu u jagħlqu dawn iċ-ċentri li huma mħaddma mill-Gvern?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali.
Ninsab infurmat li ċ-ċentri li tmexxi l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi jinsabu f'dawn il-lokalitajiet:-
1. Il-Birgu
2. Bormla
3. Birkirkara
4. Il-Qawra
5. Floriana
6. In-Naxxar
7. Ħal Qormi
8. Pembroke
9. Is-Siġġiewi
10. Santa Venera
11. Il-Marsa
Tintalab issir kontribuzzjoni mingħand min juża s-servizz u din tinħadem fuq sistema ta' means testing.
Skont in-National Reform Programme, child care centres ġodda għandhom jinfetħu fil-Gżira u ż-Żurrieq.
Dawn iċ-ċentri jiftħu fis-7.30 ta' filgħodu u jagħlqu fl-4.00 ta' wara nofsinhar.
Peress li l-istaġun tal-futbol wasal biex jintemm, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li tressqu l-Qorti fuq ksur tal-liġi fl-Istadium Nazzjonali, fil-Victor Tedesco Stadium, fil-grawnd tal-Hibernians f'Kordin, fis-Centenary Stadium u fil-Gozo Stadium?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 18-il persuna fuq akkużi ta’ reati fil-grawnds tal-futbol, kif ġej:
Stadium Nazzjonali
6
Victor Tedesco Stadium
3
grawnd tal-Hibernians f'Kordin
4
Centenary Stadium
2
Gozo Stadium
3
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' studenti, subien u bniet separatament, li daħlu fil-Higher Secondary Giovanni Curmi f'din is-sena skolastika? Kemm minnhom telqu mill-istudji tagħhom qabel ma ntemmet is-sena skolastika? Kien hemm xi studenti li tkeċċew? Jekk iva, għal liema raġuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjegati detailed
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru tiegħi u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, m’hemm l-ebda impjegat tat-tip li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant.
Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku — impjegati detailed
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Kumpanija
Tip ta’ Kuntratt
Daħal fis-seħħ
Jiskadi
Valur
Public Registry & Passports and Civil Registration
Security Service Malta
Trasport ta’ Passaporti u Servizz ta’ Gwardjani
01/04/2011
31/03/2014
€95,155
Security Service Malta
Cash Van
01/04/2011
31/03/2014
€9,751
Nil reply:
Schengen Unit, Permanent Commission Against Corruption, Malta Arbitration Centre, Public Broadcasting Services, Defence Matters, Broadcasting Authoriy, Malta Security Service, Notary to Government, Citizenship and Expatriate Affairs, Central Visa Unit, Lands Registry, Identity Management Office, Ministry for Home Affairs and National Security, Armed Forces of Malta, Probation and Parole, Civil Protection Department, Corradino Correctional Facility, Agency for the Welfare of Asylum Seekers, Attorney General, Aviation Security, OCIO, Central Visa Unit, Police Department.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħaraf lill-Onor.Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar.