Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1311 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

kummissjoni mogħtija lill-każini tal-baned

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-kummissjoni fuq il-bejgħ mill-banek tal-lottu li jingħata lill-każini tal-baned, din is-sena ma ngħatax bejn Jannar u Frar li għadda, hekk kif kien isir kull sena? Jista' jgħid meta se jingħataw dawn il-kummissjonijiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħaraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kummissjoni għall perjodu Lulju sa Dicembru 2012, fuq il-bejgħ mill-Banek tal-Lottu li jingħata lill-Każini tal-baned u assoċjazzjonijiet ħareġ u dawn l-assoċjazzjoniet diġà bdew jirċievu ċ-ċekkijiet .

Wasteserv — trakkijiet - skart issiġillat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li tinstab rotta differenti għat-trakkijiet kuntrattati mal-Wasteserv li qed jgħaddu miċ-ċentru ta' Bormla, mgħobbija bi skart li qed jinġarr mill-impjant f'Ta' Barkat għall-Magħtab? Jista' jara li t-trakkijiet li qed iġorru dan il-materjal li jnitten minn kull fejn jgħaddi, ikunu ssiġillati kif kien ġie mwiegħed fil-leġiżlatura li għaddiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskart li johrog minn ta' Barkat jista' jsegwi zewg rotot principali, wahda li tghaddi minn Bormla u ohra minn Haz-Zabbar. Ir-rotta li tghaddi minn Bormla hija dik li tikkawza inqas konvenjent possibbli lill-pubbliku generali meta wiehed jikkonsidra l-wisgha tat-toroq, il-koncentrazzjoni ta' residenzi fuq ir-rotta u l-kongestjoni tat-traffiku fl-inhawi kkoncernati. Rigward l-ahhar parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskart minn Ta' Barkat diga' qed jingarr f'kontenituri ssigillati.

Benefiċċju tal-Mard

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hix prattika normali li persuna li tieħu l-benefiċċju tal-mard, u tispiċċa sentenzjata l-ħabs, tibqa' tieħu dan il-benefiċċju waqt li qiegħda tiskonta s-sentenza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuna li tkun qegħda tiskonta sentenza ma għandha dritt tirċeivi l-ebda pensjoni, benefiċċju, allowance, għajnuna jew bonus.

Skola Primarja ta' Bormla — grawnd għar-rikreazzjoni

Question

Peress li snin ilu, l-istudenti tal-iskola primarja ta' Bormla kienu jagħmlu użu minn grawnd żgħir quddiem l-istess skola sabiex jipprattikaw il-lezzjoni tal-PE u anke joħorġu għall-break, u peress li minn xi snin 'l hawn, dan il-grawnd spiċċa jintuża bħala car park b'detriment għat-tfal li issa m'għandhom imkien fejn jirrekreaw irwieħhom, jista' l-Ministru jgħid jekk il-predeċessur tiegħu qattx ippruvat issolvi dan l-inkonvenjent? Jekk fl-affermattiv, x'għamlet fil-prattika? Jista' jgħid hux se jikkunsidra li jsir xi ħaġa għal dawn it-tfal, forsi anke jittieħed nofs l-istess parking sabiex jintuża mill-iskola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tfal tal-iskola primarja ta' Bormla ilhom imċaħħdin mill-ispazju ta' logħob mindu ttieħed għall-parking. Qed naraw x'nistgħu nagħmlu biex nipprovdulhom spazju alternattiv.

children's allowance — żieda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-familji li ħadu ż-żieda fiċ-children's allowance minn €350 għal €450 għal kull wild? Kemm kien n-numru ta' tfal li bbenefikaw minn din iż-żieda?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Pensjoni — żieda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm se jkunu l-anzjani li għandhom minn 78 sena 'l fuq li se jingħataw l-allowance ta' €300 fis-sena li tħallset għall-ewwel darba fis-sena 2012? Tista’ l-Ministru tgħid jekk fis-sena 2014 din hix se tingħata lill-anzjani kollha minn 75 sena 'l fuq kif kien imħabbar fid-diskors tal-baġit li nqara f'Novembru 2012?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ anzjani li sa issa tħallsu l-għotja msemmija għaliex laħqu l-età ta’ 78 sena hu ta’ 16,418. Nikkonferma ukoll illi minn Jannar 2014 din l-għotja ser tibda titħallas ukoll lil dawk l-anzjani li jkunu laħqu l-età ta’ 75 sena.
Leg 12 PQ #1625 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Marsalforn – terrapien mormi fil-bajja

Question

Jista' l-Ministru jispjega jekk hux minnu li, kif rappurtat fil-media lokali, terrapien li nġabar mill-wied ntefa' fil-bajja ta' Marsalforn? Jekk dan huwa minnu, jista’ jgħid jekk ix-xogħol kienx qed isir minn ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-materjal li ntefa' fil-bajja ta' Marsalforn mhuwiex terrapien iżda ċagħaq u ramel li jkun tella' l-baħar stess għal ġol-wied fil-maltemp. Jien infurmat li dan ix-xogħol sar mill-ħaddiema tad-Direttorat għal Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex skont method statement approvat mill-MEPA.
Leg 12 PQ #1626 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taċ-ċivil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' ħaddiema taċ-Ċivil li kienu jaħdmu f'Għawdex fl-aħħar ta' April 2013 u li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 1055.
Leg 12 PQ #1627 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taċ-ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' ħaddiema taċ-ċivil li kienu jaħdmu f'Għawdex fl-aħħar ta' April 2013 u li ma baqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati tas-Servizz Pubbliku li jaħdmu f'Għawdex u li fl-aħħar ta' April 2013 ma baqgħux jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex huwa ta’ 1,475.
Leg 12 PQ #1628 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — nollijiet

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1028 fejn il-Ministru indika kif inhu regolat in-noll tal-passiġġieri u vetturi li jużaw il-vapuri tal-Gozo Channel, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija proprja li saret peress li din baqgħet bla tweġiba, u ċjoè jekk jistax jikkonferma li ma hemm l-ebda ħsieb li dawn in-nollijiet jiżdiedu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi fil-preżent il-kumpanija Gozo Channel m'għandha ebda ħsieb li tirrevedi n-noll tal-passiġġieri u vetturi li jużaw dan is-servizz.

Single parents – benefiċċji — relief

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn single parents fuq ir-relief illum, x'etajiet għandhom u minn liema lokalitajiet ġejjin?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għad-Djaloju Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — konsulenza

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mill-1999 sal-lum? Tista' tgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata ebda xogħol ta’ konsulenza lill-individwu li ismu qed jidher separatament mill-1999 sal-lum, mill-Ministeru inkluz entitajiet kollha li jaqgħu taħti.
Leg 12 PQ #2129 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mill-1999 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li mis-sena 1999 sal-lum ma ngħata ebda xogħol ta' konsulenza lil dan l-individwu mill-Ministeru għal Għawdex jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu
Leg 12 PQ #2130 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar xogħol ta’ konsulenza mogħti lill-persuna msemmija.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali — konsulenza

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol ta’ konsulenza direttament lill-persuna konċernata. Madanakollu l-individwu kien parti mill-konsorzju li rebaħ tender dipartimentali dwar xogħol marbut ma’ l-ipprogrammar ta’ l-użu tal-fondi Ewropej għall-perjodu 2014-2020. Il-valur li ntrebaħ dat-tender kien ta’ €77,880.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2000 sal-lum ma ngħata ebda xogħol ta' konsulenza lill-persuna msemmija.
Leg 12 PQ #2133 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li fil-perjodu imsemmi, l-individwu in kwistjoni ma ngħata l-ebda xogħol ta’ konsulenza.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Spejjeż fuq attrezzament

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi. Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #2520 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Spejjeż fuq attrezzament

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi? Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-nefqa minn Marzu 2013 ‘l hawn mill-Ministeru tas-Saħħa kienet kif jidher hawn taħt: Items Spiża Stationery €1,408 Kompjuters L-ispiza rikurrenti għall-kiri ta' 4 kompjuters u 6 laptops hi ta' 3,281 Euro fis-sena. Barra minn hekk kien hemm spiża ta' installazjoni ta' 3 CISCO Wireless Access Points b'valur ta' 1,752 Euro. Għamara Nil Rinovar Nil

Residenza San Vinċenz de Paul – trasferiment ta’ ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru transfers jew redeployment fir-Residenza San Vinċenz de Paule minn Marzu, 2013 ’l hawn. Min huma dawn il-persuni? X’inhi r-raġuni f’kull każ li wasslet biex dawn in-nies ġew transferred u/jew redeployed?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.