Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3217 Sitting 39 2013-06-26 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għas-Saħħa

Ingaġġ ta’ psikologi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proċess għall-ingaġġ ta’ psikologi u psychologist trainees mal-Mental Health Services li sar qabel l-aħħar elezzjoni, liema riżultati kienu anki marru għand il-Public Service Commission u ħarġu, twaqqafx? Jekk iva għalfejn u fuq liema bażi legali twaqqaf? Jekk ma twaqqafx, għaliex il-psikologi għadhom ma ġewx impjegati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-proċess imsemmi ma ġiex imwaqqaf u li l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku qed tikkunsidra numru ta’ oġġezzjonijiet magħmula mill-applikanti. Sadanittant, il-Ministeru għas-Saħħa qed jitlob li jimxu kwalunkwe ħatriet li jistgħu jiġu approvati minnufih la darba tkun rikomposta l-Kummissjoni.
Leg 12 PQ #3236 Sitting 39 2013-06-26 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Servizz klerikali minn kuntratturi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kuntratti bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 maħruġa mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoi Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Power station — emissjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-average reading ta’ kull pollutant kull ġimgħa mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-lum tal-emissjonijiet tal-Power Station tal-BWSC kif moqrija mill-measuring equipment li hemm? Kif jikkomparaw dawn mal-Emission Limit Values kif speċifikati fl-IPPC Permit maħruġ mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-indivdwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu jieħu xi flus lura fuq kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rappreżentant tal-ARMS Ltd ikkuntattja lill-persuna msemmija u ngħatat spjegazzjoni għal kjarifikazzjoni fuq il-każ.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li sena ilu kellha problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma u kienet ġiet irranġata però issa reġa’ ġie kont għoli ħafna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u llum stess ittieħed qari attwali li fuqu se joħroġ kont ġdid (attwali).

membri tal-Forzi Armati – għoti ta’ mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’arranġament hemm viġenti għall-għoti ta’ mediċini, kemm bil-karta roża u kemm mod ieħor, lill-membri tal-Forzi Armati u lill-familjari tagħhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond Regolament 58 tan-Nomini u l-Kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta, uffiċċjali u r-rġiel tal –Forza “ikollhom dritt għal dawk il-faċilitajiet ta’ tobba u dentisti kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi”. Ninsab infurmat li l-uffiċċjali u s-suldati tal-Forzi Armati huma kollha ntitolati għall-mediċini b’xejn applikabbli għad-detenturi tal-karta r-roża. Normalment l-uffiċċjali u s-suldati jiġbru l-mediċini li jeħtieġu mill-klinika tal-Forzi Armati ġewwa Luqa Barracks. F’każ li xi mediċina jkollha bżonn tinxtara fi tmiem il-ġimgħa jew f’jum ta’ festa jew għax ma tkunx disponibbli l-individwu jiġi rimborzat kontra l-irċevuta u r-riċetta tat-tabib.

Skola Primarja — studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti se jispiċċaw l-aħħar sena primarja, skola skola u maqsumin fi bniet u subien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #900 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skejjel — Applikazzjonijiet tal-MEPA

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għall-bini u/jew għall-alterazzjonijiet fil-bini ta’skejjel? Liema huma l-iskejjel, min għamel kull applikazzjoni u meta saret kull waħda?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess Awtorità għandha quddiemha għaxar (10) applikazzjonijiet għall-bini u/jew għall-alterazzjonijiet fil-bini ta’ skejjel. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitlbua mill-Onorevoli Interpellant. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika ta' l-Awtorità fuq applikazzjonijiet pendenti li fil-proposta għandhom xi waħda mill-kliem elenkati hawn taħt. · Skola · Skejjel · School/s · training · classroom · klassi · learn · education · tuition · edukazzjoni · Class 8

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Priġunieri li qed jagħmlu studju akkademiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jinżammu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u qed jagħmlu xi forma ta' studju akkademiku? Jista' jgħid ukoll f'liema suġġetti u f'liema livelli? Jekk ikollhom bżonn jagħmlu riċerka għall-istudju tagħhom, din kif issir?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Studenti tal-Form 5 — Permess biex jitilqu mill-iskola qabel għeluq is-16-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm kien hemm studenti li ngħataw permess jitilqu mill-iskola qabel għalqu s-16-il sena? Kemm kienu subien u kemm bniet? X'kienu r-raġunijiet prinċipali? Kemm kienu jattendu fl-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena skolastika 2012/2013 sal-lum kien hemm tliet studenti li talbu biex jingħataw permess jitilqu mill-iskola qabel għalqu s-16-il sena. Dawn kienu żewġ tfajliet u ġuvni u kienu jattendu skejjel tal-Gvern. L-eżenzjoni ngħatat minħabba raġunijiet umanitarji.

Fondi tal-Unjoni Ewropea — Xogħlijiet fl-industrial areas

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'xogħol qed isir bħalissa mill-Malta Enterprise fil-industrial areas li huma responsabbli tagħha permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bħalissa qed jintefqu għalhekk?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #904 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qorti — kawżi ta' separazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2000 sal-lum, kemm ġew ippreżentati kawżi ta' separazzjoni quddiem il-Qrati? Kemm minnhom ġew deċiżi kull sena u kemm ġew irtirati? Jista' jagħti wkoll in-numru ta' kawżi li ġew ippreżentati fl-ewwel erba’ xhur ta' din is-sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Medja tal-Kamra.

Units residenzjali għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm units residenzjali allokati għal finijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li se issa l-Awtorità tad-Djar għandha numru ta’ units allokati għal finijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali. Din l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — benefiċċji għal min għandu problemi ta' droga

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tagħtix xi benefiċċji partikolari lil dawk il-persuni li kienu jbatu minn problema tad-droga? Jekk iva, tista’ tipprovdi l-istatistika ta’ kemm-il persuna bbenefikat f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju tal-kera doppju lil dawk li jkunu ghadhom kif temmew b’suċċess programm ta’ rijabilitazzjoni sa massimu ta’ €1,600. Dawn l-applikanti jridu jkunu tajt it-28 sena u tapplika biss għall-persuni waħedhom. S’issa ma’ kellna l-ebda applikazzjoni ta’ dan it-tip.

djar tal-anzjani — lista ta' stennija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm anzjani, minn kull lokalità f’Malta u f'Għawdex, li qegħdin fuq il-waiting list biex jidħlu fir-residenza San Vinċenz de Paul jew f’xi dar tal-anzjani residenzjali oħra tal-Gvern?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lil Onorevoli Nterpellant illi jirriżulta li l-lista tal-applikanti biex jidħlu ghall-kura fit-tul, kemm tar-Residenza San Vinċenz de Paul kif ukoll tad-Djar Residenzjali mhijiex eżatta u preciża. Għalhekk beda proċess li permezz tiegħu tisaħħaħ id-“database” fejn tinżamm il-lista ta’ stennija.

Politika Nazzjonali dwar it-tfal

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-politika nazzjonali dwar it-tfal, li d-draft tagħha ġie varat f'Novembru 2011 u sussegwentament sar proċess twil ta' konsultazzjoni, inkluż ma' ammont kbir ta' tfal, hix se tiġi addotata minn dan il-Gvern?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Il-Gvern hu kommens li jizviluppa politika nazzjonali dwar it-tfal. Sfortunatament ix-xogħol li kien sar mill-amministrazzjoni precedenti tħalla mhux konkluż. Il-Gvern sa jara li dan ikun konkluz fid-dawl tal-polotika gdida tal-Gvern skont il-mandat elettorali.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — impjegati detailed

Question

Tista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtha, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1290 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ kull kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex m'għandu l-ebda kuntratt ta' servizz ta' sigurtà mal-kumpaniji indikati. Jiena infurmat ukoll li l-kumpanija Gozo Channel ilha tagħmel użu mis-servizz ta' din il-kumpanija mis-sena 2000
Leg 12 PQ #1310 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Fond għall-Kawżi Ġusti — għajnuna lill-għaqdiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet imwiegħda għajnuna lill-għaqdiet mill-Fond għall-Kawżi Ġusti bejn Settembru 2012 u Marzu 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra