In-Nadur – Triq li twassal sar-Ramla l-Ħamra — xogħlijiet
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1027, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġu ppreprati t-tenders għax-xogħol fuq it-tieni parti tat-triq li twassal minn Nadur sal-bajja tar-Ramla? Meta hu maħsub li jiġu pubblikati dawn it-tenders?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm faċilitajiet sportivi f'Malta u Għawdex li huma mmexxija mill-Gvern? Liema huma dawn il-faċilitajiet? Kemm hemm faċilitajiet sportivi f'Malta u Għawdex li huma proprjetà pubblika però huma mmexxija mill-privat jew entitajiet mhux governattivi? Liema huma dawn il-faċilitajiet, u min qed imexxi kull waħda minn dawn il-faċilitajiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-istat hemm numru ta' faċilitajiet sportivi. Infurmat li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għandu 51 (wieħed u ħamsin) ftehim mal-Kunsill Malti għall-iSport għall-użu ta' dawn il-faċilitajiet wara l-ħin tal-iskola. Dawn il-ftehim ikopru l-iskejjel u l-faċilitajiet sportivi li jidhru f'tabella 'A' li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Kunsill Malti għall-iSport imexxi tmien (8) faċilitajiet sportivi li huma:
Kumpless Sportiv tal-Kottonera
Kumpless Sportiv ta' Hal Kirkop
Kumpless Sportiv tal-Marsa
Kumpless Sportiv Tal-Qroqq
Ta' Qali Outdoor Gym
Ta' Qali High Ropes
Qormi Sports and Fitness Park
Msida Skating Park.
Infurmat li l-Gozo Sports Complex huwa taħt ir-responsabbilta` tal-Ministeru għal Għawdex.
Ninsab infurmat ukoll li bħalissa 129 biċċa art tal-Gvern qegħdin għand 119-il għaqda sportiva biex jintużaw/jiġu żviluppati f'faċilitajiet sportivi għat-taħriġ tal-atleti u/jew biex iservu ta' bini amministrattiv tal-istess għaqdiet. Id-dettalji huma kif jidher f'tabella 'B'.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fis-sajf li ġej hix se terġa’ ssir Skola Sajf f'Għawdex bħalma sar għal dawn l-aħħar snin? Jekk se ssir meta se jiftħu l-applikazzjonijiet u min se jkun jista’ jattendi? Liema Ministeru se jniedi u jmexxi din l-inizjattiva, dak għal Għawdex jew dak għall-Edukazzjoni u x-Xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema toroq li jaqgħu fin-network tat-Ten-T u li jistgħu jiġu kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea fadal isiru f' Malta? Fuq liema minn dawn it-toroq inbeda x-xogħol (anke jekk ta' preparazzjoni ta' tenders)? Meta hu ppjanat li jsiru dawn it-toroq li fadal f'din in-network?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lil l-Onorevoli Interpellant li t-toroq li fadal isiru u li jaqgħu fin-network tat-Ten-T u li se jiġu kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt l-Operational Programme 1 Cohesion Policy (2007-2013) huma:
· s-Salina Coast Road, li bħalissa qed jiġu evalwati t-tenders għax-xogħlijiet
· Junction EA15 u parti minn Triq Mikiel Anton Vassalli, Kappara
· Triq Diċembru 13, fejn bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet
Ix-xogħlijiet fuq is-Salina Coast Road mistennija li jibdew fl-aħħar ta’ din is-sena u jdumu tnax il-xahar.
It-tenders għax-xogħlijiet fuq Kappara Junction huma skedati li joħorġu lejn l-aħħar ta’ Settembru u hu ppjanat li ix-xogħlijiet jibdew fit-tieni nofs tas-sena id-dieħla bit-tlestija għall-aħħar tas-sena 2015.
Fondi tal-Unjoni Ewropea – Ten-T network (Għawdex)
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema toroq li jaqgħu fin-network tat-Ten-T u li jistgħu jiġu kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea fadal isiru f' Għawdex? Fuq liema minn dawn it-toroq inbeda x-xogħol (anke jekk ta' preparazzjoni ta' tenders)? Meta hu ippjanat li jsiru dawn it-toroq li fadal f'din in-network f'Għawdex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi it-toroq li hemm preżentament fuq in-network tat-Ten-T f’Għawdex tlestew kollha.
Għawdex – Toroq Residenzjali li saru għall-ewwel darba
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' toroq residenzjali f'Għawdex li saru għall-ewwel darba mill-Ministeru għal Għawdex mill-ewwel ta' Jannar 2007 sal-aħħar ta' April 2013?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infrmat li t-toroq residenzjali f'Għawdex li saru għall-ewwel darba mill-Ministeru għal Għawdex mill-ewwel ta' Jannar 2007 sal-aħħar ta' April 2013 huma kif jidher fl-iskeda li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mid-dekasteru tiegħi, l-individwu indikat mill-Onor. Interpellant tħallas għal xogħol ta' konsulenza kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub, miġbur f’tabella.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, ingħata xogħol ta’ konsulenza fuq l-Impatt ta’ Windfarm fuq is-Sikka l-Bajda fit- 3 t’Ottubru 2012 għall-ammont ta’ €14,930.00 kif ukoll konsulenza bħala espert fuq it-tibdil tal-Klima u Ambjent fis-7 ta’ Frar 2013 għall-ammont ta’ €5,900.00. Fiż-żewġ każijiet ix-xogħol ingħata b’ direct order.
Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li r-Roads and Infrastructure Directorate fi ħdan dik li kienet l-Awtorita’ dwar it-Trasport (ADT) ukoll kienet tat kuntratt lill-istess individwu, permezz ta’ direct order fuq xogħol ta’ konsulenza fuq Pathfinder Project bi spiża ta €25,809.70 fid-19 t’Ottubru 2009.
Ma ngħata l-ebda xogħol ieħor ta’ konsulenza minn Transport Malta, l-Awtorità Marittima u d-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili lill-persuna msemmija mis-sena 2000 sal-lum.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-2008 sal-lum.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjoanli — konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ingħata l-ebda xogħol ta’ konsulenza lis-Sur David Spiteri Gingell.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat illi ma ingħata l-ebda xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru, dipartimenti entitajiet, aġenziji u awtoritajiet lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, mis-sena 2000 sal-lum.
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ kemm saru transfers fl-Isptar Mater Dei minn Marzu 2013 ’l hawn? Min ġie trasferit, x’pożizzjoni kien joppuka, f’liema dipartiment kien, fejn ġie trasferit u x’pożizzjoni qiegħed jokkupa? Għal kull persuna, x’inhi r-raġuni li wasslet biex din tiġi trasferita?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għat-tweġiba parlamentari 1068, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-projections tiegħu dwar il-listi ta’ stennija għal kull intervent sal-aħħar tal-2013? Kemm qiegħed jimmira li se tinżel l-istennija u kemm se tinżel il-lista ta’ stennija ta’ kull intervet sal-aħħar ta’ 2013 f’kull dipartiment? Kemm hi ż-żieda fl-ispiża proġetatta f’kull dipartiment sabiex il-listi ta’ stennijajinżlu mis-sena li għaddiet ’l hawn?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddejja ħidma biex il-listi ta' stennija għall-appuntamenti u operazzjonijiet li sibna f'Marzu 2013 jitnaqqsu bl-aktar mod mgħaġġel fl-isfond tar-riżorsi umani u finanzjarju disponsibbli.
L-istrateġija qegħda tinħadem fuq żewg binarji, jigifieri li jiġi żgurat l-użu massimu tar-riżorsi disponibbli u li nesploraw il-possibilita' ta aktar riżorsi fis-settur, speċjalment fil-kuntest tas-sena fiskali li jmiss.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk preżentament hux qegħdin isiru diskussjonijiet ma’ professjonisti f’kull dipartiment sabiex jiżdiedu l-operazzjonijiet u titnaqqas il-lista ta’ stennija? Mistennija li jiżdiedu t-teatri tal-operazzjonijiet minn dawk preżenti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet mal-health care professionals kollha tal-Isptar Mater Dei biex jiżdiedu l-operazzjonijiet huma għaddejjin bi proċess kontinwu. Ikunu jistgħu jiżdiedu t-teatri tal-operazzjonijiet meta jkun hemm aktar riżorsi umani biex dan ikun jista’ jsir.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li ngħataw promozzjoni anke għal acting positions minn Marzu 2013 ’l hawn? Min huma u x’inhi l-pożizzjoni ġdida tagħhom? Fuq liema bażi saru? Kemm żdied is-salarju kollettiv inkluż xi perks ta’ kull persuna? X’inhu l-pjan tal-Ministru biex jirregolarizza l-pożizzjoni ta’ dawn il-persuni?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-promozzjonijiet indikati f’tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kienu approvati abbażi tar-rakkmandazzjonijiet li saru taħt Gvern preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħatru konsulenti biex jagħtu parir speċifikament biex jitnaqqsu l-listi ta’ stennija? Min hu kull konsulent? Kemm qed jiswa lill-Ministeru u x’inhu r-rwol eżatt ta’ kull konsulent?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li preżentament m’hemm l-ebda Konsulent maħtur għal dan il-għan.
San Vinċenz de Paul – inkarigu ta’ membru parlamentari
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 542 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-guidelines li jirregolaw il-ħidma u l-operat tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u tad-Deputat Laburista, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ngħata inkarigu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u fetaħ uffiċċju f'din ir-residenza?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistqosija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Residenza San Vinċenż de Paul – inkarigu ta’ membru parlamentari
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 543 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-brief li ngħata d-Deputat Laburista, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fl-inkarigu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u x'riżultati huma mistennija minnu? Tista’ tgħid ukoll xi ħlas u benefiċċji għandu għal din il-ħidma? Qed jingħata karozza għall-użu uffiċjali u/jew personali? Jekk iva, tista’ tgħid x’tip ta’ karozza hi, minn fejn qed tinkera u b’liema rata u jekk ħarġitx sejħa għall-kiri ta’ din il-karozza?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul – sejħa għall-impjieg
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġietx impjegata fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Jekk iva meta, f’liema kariga, b’liema kundizzjonijiet, u jekk hux permezz ta’ sejħa pubblika? Xi kwalifiki għandha biex tokkupa din il-kariga?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-Residenza San Vinċenż de Paul ma ġie impjegat ħadd bid-dettalji pprovduti.