Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jibdew jitpoġġew ambulanzi qrib l-iktar bajjiet popolari li għandna f'pajjiżna matul ix-xhur tas-sajf, peress li fl-iktar bajjiet popolari spiss jinqalgħu inċidenti li jkollhom bżonn ta' ambulanza biex persuni li jweġġgħu jkunu jistgħu jittieħdu lejn l-isptar, jew poliklinika, fl-iqsar ħin possibbli?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li qatt ma kienet prassi li fis-sajf jitpoġġew ambulanzi qrib l-iktar bajjiet popolari. Dan għaliex m’hemmx evidenza biżżejjed li tiġġustifika l-użu ta’ dan ir-rizorż importanti b’dan il-mod. Barra minn hekk kuljum u s-sena kollha hemm ambulanza stazzjonata maċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta li taqdi in-naħa ta’ fuq ta’ Malta inklużi il-bajjiet f’dawn il-lokalitajiet.
Tista' l-Ministru tgħid kienx hemm xi żvilupp fil-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex tkun tista' tixtri l-post tagħha taħt l-iskema Sir Sid ta' Darek?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-każ ma jistax jiġi pproċessat peress li l-art għadha mhix proprjetà assoluta tal-Gvern. L-applikant ġie nfurmat b’dan fit-22 ta’ April 2013. Aktar dettalji dwar l-akkwist tal-art li fuqha hemm mibni dan il-fond jista' jinkisbu mid-Dipartiment tal-Artijiet.
Skema ta’ social accommodation – każ ta’ individwu
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi skema ta' social accommodation jew sussidju fuq kera għal missier separat mill-mara, li minn paga ta' €17,000 fis-sena jrid iħallas mal-€2,800 f'manteniment u mat-€3,360 f'kera fis-sena, u fl-istess waqt irabbi lil bintu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna pensjonanta, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, la rċeviet il-bonus ta' Ġunju u lanqas iż-żieda għall-għoli tal-ħajja?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija rċiviet l-ittra ta' spegazzjoni mid-Dipartiment.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna pensjonanta, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma rċevietx il-bonus ta' Ġunju?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna kkonċernata rċieviet dak li hu dovut lilha.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy fir-rigward ta' familji Sirjani, residenti barra s-Sirja, li jitolbu visa temporanja sabiex iżuru familjari tagħhom f'Malta? Jista' jgħid kemm daħlu persuni Sirjani f’Malta matul l-aħħar 12-il xahar?
Response (VELLA, GEORGE)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tistax tixtri l-post tagħha, u jekk fl-affermattiv tistax tingħata indikazzjoni kemm tista' tkun it-talba?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għalkemm qiegħda tbiegħ postijiet ta’ apartamenti li jinsabu fil-binjiet tal-Gvern, hekk imsejħa housing estates, imma preżentament l-awtorità mhix qiegħda tbiegħ djar, jiġifieri terrace houses li l-Onor Interperlant indika fil-mistoqsija tiegħu.
Vouchers għall-benefiċċju tal-enerġija – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mhux tirċievi vouchers għall-benefiċċju tal-enerġija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa d-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali li jiddeciedi min hu elegibbli li jircievi l-vouchers u li jibghat il-vouchers ghall-beneficcju tal-energija. Skont l-Energy Benefits Sections intbaghat voucher lill-persuna msemmija fl-24 ta' Gunju 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta’ nies miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li qegħdin iservu sentenza ta’ ħabs? Kemm hemm minnhom li kienu sentenzjati għal għomorhom u li b’hekk mistennija jibqgħu l-ħabs sal-mewt? Dawn huma kollha Maltin? Jista’ jgħid kemm hemm nies miżmuma l-ħabs li mhumiex sentenzjati? Kemm minn dawn huma barranin u ta’ liema nazzjonalità?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru totali ta’ priġunieri sal -21 ta’ Mejju 2013 kien 610 minn dawn kien hemm 476 priġunier sentenzjat u 134 b’arrest preventiv.
Il-priġunieri sentenzjati għal għomorhom hu 12 li minnhom 10 huma Maltin u żewġ Tuneżini.
Il -priġunieri arrestati skont in-nazzjonalità huma kif ġej:
Nazzjonalità
Total
Stati Uniti
1
Gran Brittanja
2
Bulgarija
2
Kolombja
7
Repubblikia Domenikana
1
Olanda
1
Eġittu
10
Etjopja
1
Ġermanja
3
Guinea
2
Ungerija
1
Italja
4
Kosta tal-Avorju
2
Liberja
2
Libja
4
Lithuania
1
Mali
2
Morokk
1
Niġer
2
Niġerja
7
Palestina
1
Panama
2
Polonja
4
Portugal
3
Romanja
5
Slovakja
1
Somalja
8
Spanja
2
Sirja
1
Tuneżija
1
Total
84
Tista’ l-Ministru telenka kemm-il persuna, xahar b’xahar, fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena talbu l-għajnuna taċ-Ċentru tad-Detox minħabba dipendenza fuq id-droga? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu barranin u ta’ liema nazzjonalità huma? Kemm kien hemm persuni li kienu għadhom m'għalqux it-18-il sena li talbu l-għajnuna?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jispiċċaw studenti mill-Form 5 fl-aħħar ta' din is-sena skolastika mill-iskejjel statali, indipendenti u tal-Knisja separatament? Kemm minnhom huma bniet u kemm subien?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' studenti li se jispiċċaw mill-Form 5 fl-aħħar ta' din is-sena skolastika hu kif se nsemmi:-
Skejjel Statali
: 2878 student li minnhom 1406 huma bniet u 1472 subien.
Skejjel tal-Knisja: 1517-il student li minnhom 694 huma bniet u 823 subien.
Skejjel Indipendenti: 472 student li minnhom 189 huma bniet u 283 subien.
Studenti tal-Form 5 — talbiet biex jispiċċaw qabel tmien is-sena jew jilħqu s-16-il sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti li jinstabu fil-Form 5 talbu li jispiċċaw qabel it-tmiem tas-sena skolastika jew qabel jilħqu l-età ta' 16-il sena? Jista' jagħti din l-informazzjoni separata għall-iskejjel statali, indipendenti u tal-Knisja u kemm huma bniet u kemm subien?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena skolastika 2012/2013 sal-lum kien hemm żewġ (2) studenti mill-Form 5 li talbu għal eżenzjoni mill-iskola, ġuvni ta' 15-il sena u tfajla ta' 16-il sena, it-tnejn jattendu skejjel tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies direttament jew indirettament mit-tipjip u dan fl-2012 u fl-ewwel erba’ xhur tas-sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ każijiet ta’ mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet u li huma meqjusa li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip matul is-sena 2012 kien ta’ 439 f’Malta u Għawdex.
Din is-sena, bejn il-bidu ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Frar, in-numru proviżorju ta’ każijiet ta’ mwiet li huma meqjusa li kienu kkaġunati mit-tipjip kien ta’ 97 mewt f’ Malta u Għawdex.
L-informazzjoni għal Marzu u April 2013 għada qed tinħadem.
Fondi tal-Unjoni Ewropea — xogħlijiet fl-Università ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed isir fl-Università ta' Malta bħalissa li għalih qed jintużaw fondi mill-Unjoni Ewropea, kemm infrastrutturali u le?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid, lokal b'lokal, kemm hemm permessi għal gabbani? Jista' jgħid jekk, għal kull każ, għandhomx permess permanenti jew irid jiċċaqalqu kuljum?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ gabbani liċenzjati mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu jammonta ghal sebghin (70).
Il-lokalitajiet ta’ dawn il-gabbani huma kif jidhru fit-tabella li ser npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawn il-gabbani jistgħu joqogħdu b’mod permanenti fuq il-post skond id-dati stipulati fl-encroachment permit jew skond kuntratt ieħor (kirja jew cens) maħrug mid-Dipartiment tal-Artijiet.
Il-gabbani li jridu jiċċaqalqu kull jum huma dawk liċenzjati mid-Dipartiment tal-Kummerċ bħala street hawkers.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji sena b’sena mill-2008 sal-lum tal-ispiza li saret fuq konsulenzi dwar ir-riforma fit-trasport pubbliku? Jista’ jgħid min għamel ix-xogħol ta’ konsulenza f’kull każ? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali fuq konsulenzi dwar il-riforma fit-Trasport Pubbliku mill-2008 s’issa kienet ta’ €850,502 li fil-maġġor parti tagħhom ingħataw b’ Direct Order.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji sena b’sena mill-2004 sal-lum tal-ispiża li saret fuq konsulenzi dwar proġetti differenti fil-kumpless White Rocks? Jista’ jgħid min għamel ix-xogħol ta’ konsulenza f’kull każ? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill – 2004 sal-lum l-ispiża li saret fuq konsulenzi dwar il-proġett tal-White Rocks tammonta għal €517,899.84. Ninforma wkoll li x-xogħol kollu ta’ konsulenza ingħata b’ Direct Order.
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji sena b’sena mill-2008 sal-lum tal-ispiża li saret fuq konsulenzi dwar il-proġett tal-Baċir Numru 1? Jista jgħid min għamel ix-xogħol ta’ konsulenza f’kull każ? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża li saret fuq konsulenzi dwar il-Proġġett ta’ Baċir numru 1 jammontaw għal €1,273,195.78
L-informazzjoni li qed tingħata tmur lura sas-sena 2009 u mhux mill-2008 kif mitlub peress li l-GHRC ġiet imwaqqfa fl-2009.
Qed inpoġġi l-kumplament tal-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji sena b’sena mill-2004 sal-lum tal-ispiża li saret fuq konsulenzi dwar il-proġett tal-moll il-ġdid taċ-Ċirkewwa? Jista jgħid min għamel ix-xogħol ta’ konsulenza f’kull każ? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi l-ispiża fuq konsulenzi relatati mal-proġett tal-moll il-ġdid taċ-Ċirkewwa kienet hekk:
Sena
€ mingħajr VAT
2000-2008
1,936,676.94
2009
37,579.19
2010
229,436.66
2011
324,845.49
2012
240,640.83
2013
53,345.70
Total
2,822,524.81
L-ispiża ta’ bejn is-sena 2000 u 2008 tinvolvi l-ewwel fażijiet tal-proġett li jinkludu r-reklamar tal-art, il-bini tal-breakwater, u l-bini tat-tieni moll fit-tramuntana taċ-Ċirkewwa.
Il-bini tat-terminal fiċ-Ċirkewwa li ġie iffinanzjat mil-Unjoni Ewropeja bejn l-2009 u l-2013, involva sal-lum l-ispiza ta’ € 885,847.87 mingħajr VAT, li tikkonsisti f’ € 580,214.75 fi spejjeż ta’ perizja u inġinerija, € 123,396.22 fi studji, u € 182,236.90 f’servizzi ta’ Project Management. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi breakdown ta’ dawn iċ-ċifri sena b’sena għall-konsulenti involuti u l-mod ta’ kif dan ix-xogħol ta’ konsulenza ġie mogħti.
Proġett tad-daħla tal-Belt Valletta – konsulenzi — spiża
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji sena b’sena mill-2008 sal-lum tal-ispiża li saret fuq konsulenzi dwar il-proġett ta’ Bieb il-Belt, il-Parlament il-ġdid u t-Teatru l-imwaqqa’? Jista’ jgħid min għamel ix-xogħol ta’ konsulenza f’kull każ? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża li saret fuq konsulenzi dwar il-proġett ta’ Bieb il-Belt, il-Parlament il-Ġdid u t-Teatru l-Imwaqqa’ tammonta għal- €17,668,775.01
L-informazzjoni miġbura tmur lura mill-2009 u mhux mill-2008 kif mitlub peress li l- GHRC ġiet imwaqqfa fl-2009.
Qed inpoġġi l-kumplament tal-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.