Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Servizzi klerikali minn kuntratturi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm kuntratti bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 maħruġa mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda dipartiment jew entita’ fi ħdan il-Ministeru li għamel dan l-arranġament.
Ministeru għall-Affarijiet Barrini — Servizzi klerikali minn kuntratturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Servizzi klerikali minn kuntratturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 maħruġa mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
L-Uffiċċju tal-Passaporti jingaġġa s-servizzi ta’ Simple Co Ltd. Ir-rata li biha jitħallas il-kuntrattur hija ta €11.65 fis-siegħa mingħajr VAT. Qatt ma saret talba lill-kuntrattur dwar jekk iħallasx il-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u ma huwiex magħruf xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema
L-iskrivani li ġew ingaġġati mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates ġejjin minn żewġ kumpaniji li huma MISCO u Secretarial Services Ltd. Hemm kuntratt iffirmat ma’ MISCO mentri m’hemmx kuntratt ma’ Secretarial Services Ltd. Il-kuntratt imsemmi jistipula rata ta’ €8.90 fis-siegħa eskluż il-VAT mentri ir-rata li titħallas lill-iskrivani tas-Secretarial Services Ltd hija dik ta’ €8.00 fis-siegħa eskluż il-VAT. Dawn iż-żewġ rati huma ogħla mir-rata ta l-iskala 16.
Nil return:
AWAS, PBS, MSS, Probation and Parole, Broadcasting Authority, CVU, Public Registry, Land Registry, IDMO, CPD, AFM, CCF, Detention Services, Schengen Unit, Defence Matters, Aviation Security, Police, MHAS.
Ministeru għat-Turiżmu — Servizzi klerikali minn kuntratturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba f’din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Servizzi klerikali minn kuntratturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li m’hemmx kuntratti maħruġa bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħi għall-servizzi klerikali.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Servizzi klerikali minn kuntratturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?
Response (MIZZI, JOE)
Fi ħdan id-Dekasteru tiegħi, jien ninsab infurmat li Transport Malta tuża is-servizzi ta’ kuntratturi li jissuplixxu skrivana. Dawn huma is- Secretarial Services li jammontaw għal 28 ħaddiem u ħaddiem wieħed mill- Appletree għalkemm ninsab infurmat li ma hemm l-ebda kuntratt formali maż-żewġ kumpaniji msemmija. Ir-rata tal-ħlas lil dawn il –kumpaniji huwa kif ġej:
Secretarial Services
€7.65 (rata għal kull siegħa għall-parti mill-impjegati)
Secretarial Services € 1,145.50 (rata fix-xahar għal parti oħra mill-impjegati)
Appletree €14.63 (rata fis-siegħa – liema rata tkopri xogħol li imur oltre minn sempliċi xogħol klerikali)
Id-data tal-ingaġġ ta’ dawn il-ħaddiema tvarja bejn Frar 2009 u Settembru 2012.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2989, billi jirriżulta li l-lukanda in kwestjoni hi parti mill-assi ta’ kumpanija sussidjarja tal-Air Malta, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija parlamentari 2794 u ċjoè: jista’ jagħti tagħrif dwar jekk is-Selmun Palace Hotel irritornatx fuq il-kotba tad-Dipartiment tal-Artijiet inkella le, u jekk hemmx xi pjan partikolari biex dan l-ispazju mibni jiġi użat b’xi mod matul is-snin li ġejjin?
Response (VELLA, KARMENU)
Il-lukanda Selmun Palace Hotel għadha fuq il-kotba tal-Air Malta. Il-pjan huwa li l-lukanda tinbiegħ.
Jista' l-Prim Ministru jivverifika jekk il-kera li ġiet imġiegħla tħallas il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kenitx għolja ħafna speċjalment meta wieħed iqis li dan hu każ soċjali u l-appartament hu żgħir ħafna?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ma jiffissax il-kera ta’ postijiet residenzjali u l-anqas ma jagħmel reviżjoni ta’ kirjiet ta’ dawn il-postijiet. Il-kera u l-allokazzjoni ta’ postijiet residenzjali jsiru mill-Awtorità tad-Djar u għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Membru li jressaq id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid x’zidiet fil-benefiċċji soċjali se jingħataw fil-ġranet li ġejjin? Kemm hu l-ammont globali ta’ din iż-żieda u kemm persuni se jibbenefikaw minnhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Il-Belt Valletta – proġetti għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Minħabba li l-Belt Valletta hija waħda mill-lokalitajiet li għandha l-aktar talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijijiet jew proġetti intiżi biex tiġi indirizzata din il-problema?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Minħabba li l-Belt Valletta hija waħda mill-lokalitajiet li fiha hemm prevalenti l-problema tal-abbuż tad-droga, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xi proġetti jew programmi speċifiċi intiżi biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li xi snin ilu, fil-Belt Valletta infetaħ iċ-ċentru Aċċess li, fost il-ħafna servizzi oħra, joffri għajnuna ta’ natura soċjali lil dawk kollha li jinħtieġuha minħabba li jkunu għaddejin minn xi esperjenza ta’ faqar. Peress li l-problema tal-abbuż tad-droga hija normalment sintomu ta’ ħafna problemi soċjali oħra, fosthom il-faqar, dan is-servizz jkopri wkoll persuni bħal dawn. Barra li jsir xogħol dirett magħhom, dawn il-persuni jiġu wkoll referuti l-aġenzija sedqa għal għajnuna aktar speċjalizzata.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux qed jinkera apparat mingħand persuni/kumpaniji privati għall-attivitajiet mal-media u/jew uffiċjali u/jew konferenzi għall-istampa li jsiru mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Kif jaf l-Onor Interpellant, il-gvern m’għandux l-apparat kollu meħtieg biex ikunu organiżżati konferenzi tal-aħbarijiet. Għaldaqstant, kif kien jiġri fis-snin li għaddew, ikun hemm bżonn li minn żmien għal żmien, jinkera xi apparat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-policy preżenti tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) dwar billboards?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policy dwar il-billboards, li ġiet approvata nhar it-8 ta' Jannar 2007, tista' tinkiseb minn fuq is-sit eletroniku ta' l-Awtorita' http://www.mepa.org.mt/LpDocumentDetails?syskey=583
Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta’ dawk il-billboards kollha li sas-17 ta’ Ġunju 2013 għandhom permess tal-Awtoritajiet li jkunu fejn jinstabu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista t'applikazzjonijiet li ġew approvati minn meta twaqqfet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sas-17 ta' Ġunju 2013, li jirrigwardaw billboards.
Wieħed irid jinnota li hemm ukoll diversi tipi ta' billboards li huma eżentati milli jkollhom permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar skont Artiklu 4 tal-Avviż Legali Numru 171 ta' 1993, Ordni ta' l-1993 dwar Reklami.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fejn il-proposta għandha il-kelma "billboard" u l-applikazzjoni ġiet approvata sas-17/06/2013.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għamlet emendi dwar il-policy tagħha fuq l-infurzar u s-sanzjonar ta’ bini mhux skont il-permess?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont ir-raba skeda tal-Att X tal-2010, din il-policy trid tiġi diskussa quddiem l-Istanding Committee dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Leave speċjali għal min jirrappreżenta lill-Malta f’team nazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qatt ingħatatx xi tip ta’ għajnuna bħal leave speċjali għal min jirrappreżenta lill-Malta bħal coach f’xi team nazzjonali Malti u jaħdem mas-settur privat? Jista’ l-Gvern jagħmel xi ħaġa biex jgħin lil dawn il-coaches li qed jagħtu kontribut lis-soċjetà Maltija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li filwaqt illi l-Gvern għandu skema fejn l-impjegati tiegħu japplikaw għal tali leave speċjali, din l-iskema qatt ma ġiet estiża għal coaches li jaħdmu mal-privat. Min-naħa l-oħra fl-aħħar baġit kien imħabbar li minn din is-sena l-iskema 20/20 sport training scheme li bħalissa tapplika għall-atleti li jaħdmu kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat ser tkun estiża wkoll għall-coaches li jaħdmu kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat. B’hekk coaches li jkunu qed iħarrġu lill-atleti jkunu jistgħu japplikaw sa massimu ta’ 20 siegħa leave fil-ġimgħa bi ħlas.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Coaches u amministraturi full-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu coaches u /jew amministraturi impjegati miegħu full-time, u x’inhi l-proċedura biex wieħed ikun jista’ japplika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-Kunsill Malti għall-Isport m'għandu l-ebda full-time coach u/jew amministratur impjegat miegħu. Kull impjieg mal-Kunsill Malti għall-Isport jimtela wara li ssir sejħa u l-applikanti jattendu għall-intervista.
Organizzazzjonijiet rikonoxxuti bħala rappreżentanti tal-bdiewa, raħħala u sajjieda
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-organizazzjonijiet li huma rikonoxxuti bħala rappreżentanti tal-bdiewa, raħħala u sajjieda, mill-Ministeru? Kemm-il laqgħa saret s’ issa ma’ dawn l-organizazzjonijiet individwalment mill-elezzjoni ‘l hawn, kemm ilu li ġie ffurmat il-Gvern il-ġdid?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Ministeru jirikonoxxi u lest li jiltaqa ma’ kull organizazzjoni jew kull grupp ta’ persuni bona fede li jirappreżentaw lill-bdiewa, raħħala u sajjieda.
Ninsab infurmat ukoll li s’issa, kemm ilu li ġie ffurmat il-Gvern il-ġdid, il-Ministeru ltaqa ma’ numru ta’ għaqdiet kif elenkat fit-Tabella mehmuża li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ġodda (jew mibdula) li ġew sottomessi għal dak li jirrigwarda t-triq li minn St Andrew's twassal għal San Pawl il-Baħar (coast road)? X'tip ta' konsultazzjoni ġdida se ssir biex jiġi diskuss l-effett li se jirriżulta mill-bidliet li qed jiġu proposti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniċi tibdiliet fil-pjanti approvati tat-triq tal-Coast Road huma dawk imposti bħala reserved matters u kundizzjonijiet għall-permess approvat tal-MEPA. Sal-lum, waħda minn dawn il-bidliet ġiet sottomessa lill-MEPA, u dan id-disinn rivedut qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Id-dettalji addizzjonali, hekk kif meħtieġ mil-bqija tar-reserved matters u kundizzjonijiet tal-MEPA, bħalissa qegħdin jiġu ddisinjati.
Meta l-pjanti sottomessi jkunu riveduti mill-MEPA, jiġi imniedi proċess ta' konsultazzjoni pubblika mill-MEPA stess, u dan qabel il-permess ikun jista’ jiġi approvat mill-MEPA.