Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3314 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sejħiet għall-ambulanza

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, kull xahar ġiet imsejħa ambulanza biex iġġorr pazjenti, b'urġenza, mil-lokalitajiet, individwalment, li jinsabu fit-12-il distrett kull xahar din is-sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #3315 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Inċidenti tat-traffiku – sejħiet għall-ambulanza

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm okkażjonijiet li fihom, kull xahar matul din is-sena, kienu msejħa ambulanzi biex jintervjenu f'inċidenti tat-traffiku, f'kull lokalità, indipendenti waħda mill-oħra, tat-12-il distrett?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat lid-Dipartiment tal-Emerġenza ma jżommx l-istatistika mitluba, jiġifieri kemm kienu msejħa ambulanzi biex jintervjenu f'inċidenti tat-traffiku, f'kull lokalità, indipendenti waħda mill-oħra, tat-12-il distrett. Id-dipartiment jiġbor in-numru kollettiv fl-aħħar tas-sena u għal Malta kollha. In-numru s’issa għal din is-sena għadu mhux miġbur. Is-sena l-oħra kien hemm 973 sejħa għall-inċidenti tat-traffiku.

Learning Support Assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm learning support assistants (LSAs) (facilitators) ġewwa Malta u f'liema skejjel qegħdin? Kemm hemm tfal li ġew statemented u f'liema skejjel jinsabu? Kemm ġew impjegati LSAs fl-aħħar ħames snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Tabella 'A' turi l-għadd ta' Learning Support Assistants u f'liema skejjel tal-Gvern qegħdin, filwaqt li Tabella 'B' tirrigwardja l-għadd ta' tfal li ġew statemented u f'liema skejjel tal-Gvern jinsabu. Tabella 'Ċ' tagħti t-tagħrif rispettiv (imqassam f'erba' tabelli) fl-iskejjel tal-Knisja u f'dawk Indipendenti. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, infurmat li 757 Learning Support Assistants ġew impjegati fl-iskejjel tal-Gvern fl-aħħar ħames snin. Matul l-istess perjodu kien hemm żieda ta' 250 LSAs fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti.

Junior College — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' studenti, subien u bniet separatament, li daħlu għall-ewwel darba fil-Junior College f'din is-sena skolastika? Kemm minnhom telqu mill-istudji tagħhom? Kien hemm min tkeċċa? Jekk iva, għal liema raġuni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti subien u bniet li daħlu għall-ewwel darba fil-Junior College kien 581 u 753 rispettivament. 25 subien u 29 bniet telqu mill-istudji tagħhom. Infurmat ukoll li 17 subien u 15 bniet abbandunaw l-istudji tagħhom u mhux se jagħmlu l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena. Ma kienx hemm studenti li tkeċċew mill-Junior College.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Għajnuna lil min jixtieq jistudja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif id-Direttorat tal-Edukazzjoni qed jgħin biex dawk miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u jkunu jridu jistudjaw, ikunu jistgħu jagħmlu dan?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għandu arranġament li permezz tiegħu għalliem hu assenjat dmirijiet fil-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin biex jgħin lil dawk li jkunu jixtiequ jistudjaw.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Aġenzija Appoġġ - social workers

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti x-xogħol tas-social workers tal-Aġenzija Appoġġ fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #915 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — każijiet riferuti lill-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jgħid skont id-Dipartiment tat-Taxxi Interni kemm hemm każijiet in dispute li ġew riferuti mit-taxpayers lill-Ombudsman?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob l-Onorevoli Nterpellant jispeċifika għal liema perjodu ta zmien irid din l-informazzjoni.
Leg 12 PQ #916 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' mina bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-politika tal-Gvern dwar il-proġett ta’ jekk għandux ikun hemm mina bejn Malta u Għawdex?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-possibilta’ ta’ mina bejn iż-żewg gżejjer beda jsir ix-xogħol fuqha taħt l-amministrazzjoni preċedenti, minkejja li ma ssemmietx fl-aħħar budget tal-leġislatura l-oħra. Fuq parir tal-Ministeru għal Għawdex u tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, il-Gvern iddeċieda li jibqa’ għaddej bl-istudju ta’ fattibilita’ dwar din il-mina, flimkien ma’ pont u possibilitajiet oħra. Saret applikazzjoni biex parti mill-ispejjeż jitħallsu minn Fondi Ewropej filwaqt li parti oħra titħallas mill-Gvern Malti. It-tender mistenni joħroġ sa tmiem din is-sena. Sa’ issa jidher li l-mina jkollha tibda mill-inħawi tal-Għadira u tiżbokka fuq in-naħa l-oħra ta’ Għawdex.

ARMS Ltd – konsulenzi — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji sena b’sena mill-2008 sal-lum tal-ispiża li saret fuq konsulenzi dwar it-twaqqif tal-kumpanija ARMS Ltd? Jista’ jgħid min għamel ix-xogħol ta’ konsulenza f’kull każ? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża li saret fuq xogħol ta' konsulenza laħqet is-somma ta' €39.982. Dan ix-xogħol ingħata b'direct order għas-snin 2009/2010.
Leg 12 PQ #1537 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Leg 12 PQ #1539 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub jirrikjedi ħafna ħin biex jinġabar u dan ifisser spiża sostanzjali għall-Ministeru. Madanakollu jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq ikun jaf fuq xi każ jew każijiet partikolari, il-Ministeru lest li jagħti t-tagħrif fuq dawn il-każi.
Leg 12 PQ #1540 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Fir-rigward ta' Malta Air Traffic Services (MATS) u Civil Aviation, din l-informazzjoni tiġi preżentata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1645 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Surfacing ta’ Toroq residenzjali ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' toroq residenzjali ġodda f'Għawdex li għadu qatt ma sar il-wiċċ tagħhom? Fil-każ ta' kull triq meta hu maħsub li jsir ix-xogħol neċessarji biex dawn jiġu surfaced għall-ewwel darba?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fl-iskeda li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u li ix-xoghol fuq dawn it-toroq isir aktar 'il quddiem meta jkun possibli.
Leg 12 PQ #1646 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Fondi tal-Unjoni Ewropea — Tempji tal-Ġgantija

Question

Jista' l-Ministru jelenka x-xogħol li sar fis-sit tat-tempji tal-Ġgantija f' Għawdex matul l-aħħar ħames snin? Liema xogħol hu għaddej bħalissa? Kemm minn dan ix-xogħol li tlesta u li jinsab għaddej huwa kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Meta hu mistenni li jkun lest ix-xogħol li għaddej?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar ħames snin saru bosta xogħolijiet fuq it-Tempji Megalitici tal-Ġgantija u fil-madwar. Saru xogħolijiet iffinanzjati mill-VODAFONE Malta Foundation, li swew madwar €200,000, li jinkludu ‘walkway’ riversibbli fit-tempji sabiex tipproteġi l-art preistorika oriġinali u sabiex tagħmel it-tempji aċċessibbli għal kulħadd, u ġew installati ‘weather station’, sistema ta’ CCTV kif ukoll zewg ‘interactive infomation kiosks’. Barra minn hekk, bħala parti mill-proġett ta’ €9.2miljun ko-finanzjat mill-Fond Ewropew ghall-Iżvilupp Regjonali (ERDF), li jkopri tliet siti ta’ Heirtage Malta (il-Katakombi ta’ San Pawl u t-Tempji ta’ Hal Tarxien u tal-Ggantija), bħalissa għaddej xoghol ta’ bini ta’ ċentru ta’ interpretazzjoni, tisbiħ u konservazzjoni tal-‘landscape’ orġinali u bini ta’ ‘Exit Building’, b’valur totali ta’ €2.3miljuni. Dan ix-xogħol jinstab fi stadju avvanzat u mistenni jkun lest fix-xhur li ġejjin. Qed isiru wkoll studji fuq l-istabbilita’ ta’ partijiet mit-tempju li llum hemm scaffolding mibni madwarhom. Sar ukoll xogħol ta’ skavi arkeologici u surveys bi preprazzjoni għal dan l-istess proġett.
Leg 12 PQ #1647 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri ta' Maltin u turisti (Għawdxin esklużi), liema ċifri jkunu jinkludu kemm passiġġieri kif ukoll vetturi, li qasmu bejn Malta u Għawdex f' kull weekend tax-xhur ta' Marzu, April u Mejju tas-snin 2011, 2102 u 2013 (fil-każ ta' Mejju 2013 sal-lum)?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1648 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Lejliet Lapsi — spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-ispejjeż kollha li ġew minfuqa għall-attività ta' Lejliet Lapsi inkluż dawk għar-reklamar tal-istess attività? Fil-każ ta' kull spiża, jista' jindika jekk din saritx permezz ta’ direct order, sejħa għal kwotazzjonijiet jew inkella tender?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar ta’ anzjani — residenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm anzjani residenti f’ San Vinċenz de Paul u f'kull waħda mid-djar tal-anzjani immexxija mill-Gvern? Tista' tagħti n-numru ta' anzjani f'kull waħda mid-djar tal-anzjani privati li l-post tagħhom huwa mħallas jew sussidjat mill-Gvern?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Guardianship Board – talbiet

Question

Wara l-emendi li saru s-sena l-oħra fil-liġijiet tagħna illi permezz tagħhom iddaħħal il-kunċett tal-guardianship, tista' l-Ministru tgħid kemm-il talba saret sa issa quddiem il-Guardianship Board u kemm minn dawn it-talbiet ġew deċiżi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-bord għadu ma twaqqafx.