Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Servizzi klerikali minn kuntratturi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tagħha għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda kuntratt, kif indikat fil-mistoqsija tiegħu f’xi dipartiment jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Servizzi klerikali minn kuntratturi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tagħha għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
FSWS- Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Socjali daħlet f’kuntratt ma’ kumpanija biex tassenja persuna sabiex temporarjament twettaq is-servizz klerikali meħtieġ (385 siegħa, ekwivalenti għal €5,000 vat inkluża), għal erba sigħat kuljum. Il-kumpanija ikkonfermat li bħala ritorn hi tħallas lill-persuna assenjata lil Fondazzjoni l-massimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (l-ekwivalenti annwali ta’ €13,500 apparti bonuses statutorji, vacation leave, u drittijiet oħra skond il-liġi ibbażżati fuq is-sigħat maħduma fuq bażi part-time ). Ir-rata pagabbli lill-kumpanija hija ta’ €11.00 + 18% VAT
Awtorità tad-djar - Ma sar l-ebda kuntratt.
Kummisjoni tat-tfal - Ma sar l-ebda kuntratt.
KNPD - Ma sar l-ebda kuntratt.
Direttur tal-Anzjani - Ma sar l-ebda kuntratt.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Servizzi klerikali minn kuntratturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mid-dekasteru tiegħi il-Kunsill Malti għall-Isport għandu kuntratt mal-kumpanija JF Security Services Ltd għal servizz ta’ skrivani bir-rati ta’ €7.90 fis-siegħa għal kull persuna matul il-ġranet tal-gimgħa u rata ta’ €13 fis-siegha għal kull persuna matul il-Ħdud u Festi Pubbliċi. Ir-rata ta’ kemm jitħallsu l-iskrivani mill-kuntrattur hi rata maqbula bejn l-istess kuntrattur u l-iskrivan/a inkwistjoni skont il-ftehim li jkun sar bejn iz-żewġ partijiet. Dan il-ftehim ma jidħolx fih il-Kunsill Malti għall-iSport. Il-KMS għandu dikjarazzjoni mingħand il-kuntrattur li hu josserva l-Att dwar l-impjiegi u f’każ li jinstab mod ieħor il-kuntratt jiġi terminat b’mod immedjat.
Dan il-kuntratt beda fit- 2 ta’ Jannar 2013 u jintemm fit-2 ta’ Jannar 2014.
Infurmat ukoll li l-MCAST għandu kuntratt wieħed għal servizzi klerikali. Dan il-kuntratt m’għandux provediment biex il-ħaddiema tal-kuntrattur jitħallsu paga ta’ xi skala partikolari. L-istess kuntratt ma jispeċifikax xi ħlas qegħdin jitħallsu l-ħaddiema tal-kuntrattur. Ir-rata ta’ ħlas li qiegħda tingħata lill-kuntrattur hi ta’ €8.20 is-siegħa, VAT inkluża.
Dan il-kuntratt huwa validu mit-8 ta' Jannar 2013 sa massimu ta' tliet snin jew sakemm jinqabeż il-valur tal-kuntratt kif stabbilit mill-MCAST, skont liema minnhom jiġi l-ewwel.
Il-Fondazzjoni għal-Iskejjel t'Għada kellha kuntratt għal servizzi klerikali bir-rata ta' €7.30c + VAT għal kull siegħa xogħol. Il-kuntratt kien għal perijodu bejn Lulju 2012 u Settembru 2012.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika dwar in-numru ta’ impjegati permanenti (mhux casual) fis-servizz pubbliku li hemm f’kull grad illum, maqsuma sena b’sena, minn meta l-impjegati ġew ingaġġati għall-ewwel darba fis-servizz pubbliku, mill-1980 ’il hawn (u skont il-format li qed jingħata separatament)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jeħtieġ ammont konsiderevoli ta' ħin u riżorsi sabiex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba. Fl-assenza ta' raġuni valida għaliex l-Onor. Interpellant jixtieq jingħata din l-informazzjoni, ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati permanenti fis-Servizz Pubbliku, f’kull grad, f’dawn id-dati:
a) 1 ta’ Ġunju 1987;
b) 15 ta’ Ottubru 1996;
ċ) 15 ta’ Settembru 1998;
d) 1 ta’ Marzu 2003;
e) 1 ta’ Marzu 2008;
f) 1 ta’ Marzu 2013;
g) 15 ta’ Ġunju 2013?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jeħtieġ ammont konsiderevoli ta' ħin u riżorsi sabiex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba. Fl-assenza ta' raġuni valida għaliex l-Onorevoli Interpellant jixtieq jingħata din l-informazzjoni, ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
B’referenza għall-ħatra tal-Kummissarju kontra l-Burokrazija, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini ta’ referenza tal-Kummissarju Kontra l-Burokrazija u jgħid x’inhuma d-deliverables mistennija minnu għall-2013?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-Kummissarju responsabbli mis-simplifikazzjoni amministrattiva u t-tnaqqis tal-burokrazija se jkun qiegħed jeżamina kontinwament il-prassi burokratiċi fl-entitatijiet tal-Gvern, kif ukoll jipproponi u jeżegwixxi metodi kif titnaqqas il-burokrazija b’mod effettiv kif ukoll biex din ma tiżdiedx. Il-mira hija li l-burokrazija titnaqqas b’25%. Matul dan is-sajf, il-Kummissarju se jkun qiegħed imexxi proċess ta’ konsultazzjoni f’dan ir-rigward li jinvolvi lill-konsumaturi, lill-komunita tan-negozju u lill-impjegati taċ-ċivil.
Management Efficiency Unit – lista ta’ rapporti u studji
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tar-rapporti u/jew studji u/jew analiżi u/jew ħidma ohra li tqabbdet tagħmel il-Management Efficiency Unit f’dawn l-aħħar mitt jum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant, qiegħed nagħti lista ta’ rapporti u/jew studji u/jew analiżi u/jew ħidma oħra li tqabbdet tagħmel il-Management Efficiency Unit f’dawn l-aħħar mitt jum:
· Implementazzjoni ta’ taħriġ fis-sistema tal-Customer Care, servizz.gov, għall-Customer Care Units fil-Ministeri kollħa
· Analiżi tal-operat tal-Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru
· Analiżi tal-operat tal-Qrati tal-Ġustizzja fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, u illum fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru
· Proposta fuq l-istrutura tat-tmexxija (Top Management Structure) fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali
· Sapport fid-disinn ta’ Programme Management System u Reporting Dashboard relatati mal-Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali
· Analiżi tal-operat tad-Divizjonijiet Planning & Priorities Division u Funds & Programmes Division fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali
· Żvilupp tal-Operations Programme tal-Asylum Migration Fund kif ukoll tal-Internal Security Fund għall-Funds & Programmes Division fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali
· Analiżi tal-istruttura organizattiva tal-EU Secretariat fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali
· Riforma fis-Sistema ta’ Infurzar Lokali fil-Ministeru tat-Turiżmu
· Sapport lid-Dipartiment tal-Awditjar Intern tal-Airmalta plc
· Aġġornament tar-rapport li l-Management Efficiency Unit kien għamel fuq il-Kunsill Malti għall-iSport fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u Impjiegi
· Analiżi ta’ kif twettaq il-Proġett tal-Park tal-Familja f’Marsascala għall-Ministeru għall-Iżvilupp sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima
· Analiżi tal-operat tas-Saint Vincent de Paule Residence fil-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali
· Analiżi tal-operat tal-Foundation for Social Welfare Services u l-aġenziji inkorporati tagħha – Sedqa, Sapport u Appoġġ - fil-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali
· Analiżi tal-operat tad-Dipartiment tal-Kuntratti u Public Procurement fil-Ministeru tal-Finanzi
· Proposta fuq l-istrutura tat-tmexxija (Top Management Structure) fil-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma
· Disinn ta’ Governance Process Framework għall-Proġett tal-Impjant l-Ġdid f’Delimara għall-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma
· Proposta fuq l-istrutura tat-tmexxija (Top Management Structure) fil-Ministeru għas-Saħħa
Kummissarju kontra l-Burokrazija – operat amministrattiv
Question
B’referenza għall-ħatra tal-Kummissarju Kontra l-Burokrazija, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif se jkun strutturat l-operat amministrattiv tal-Kummissarju Kontra l-Burokrazija?
Kummissarju kontra l-Burokrazija – regolamenti li se jitneħħew fl-2013
Question
B’referenza għall-ħatra tal-Kummissarju kontra l-Burokrazija, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-ewwel sett ta’ regolamenti li se jitneħħew matul l-2013?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern għandux pjanijiet partikolari biex jiżdiedu l-polikliniċi f'irħula oħra madwar Malta? Jekk iva, fejn hu mistenni li jinbnew dawn il-kliniċi? Kif se jiġu ffinanzjati tali polikliniċi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li Gvern ser isaħħaħ il-kura primarja biex jassigura servizz eċċellenti u fil-pront lil min għandu bżonnu, bil-għan li s-serviżż tas-saħħa jkun eqreb il-komunitajiet. B’hekk titnaqqas il-pressjoni fuq l-istituzzjonijiet tal-kura sekondarja u terzjarja.
Tħejjijiet qed isiru mal-awtoritajiet konċernati, biex fil-futur qarib issir talba formali lil istituzjonijiet Europej, biex dawn l-inizzjattivi jiġu ffinazzjati minn fondi strutturali tal-Unjoni Ewropeja.
Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar jekk preżentament hemmx karozzi tal-linja li mill-Qawra jmorru direttament lejn Tas-Sliema, lejn Golden Bay u lejn l-Għadira peress li skont risposta parlamentari 3019 qiegħed jingħad li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar qed jitlob għal dawn ir-rotot?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Qawra hemm servizz ta’ trasport dirett lejn diversi lokalitajiet hekk kif ġej:
a) Rotta 12 li mill-Qawra tmur tas-Sliema fi triqitha lejn il-Belt Valletta;
b) Rotta 221 li mill-Qawra tgħaddi minn ġewwa l-Għadira fi triqitha lejn iċ-Ċirkewwa li l-frekwenza tagħha tiżdied matul ix-xhur tas-Sajf;
ċ) Rotta 223 li hija rotta diretta mill-Qawra lejn Għajn Tuffieħa. Fix-xhur tas-sajf jiżdiedu in-numru ta’ vjaġġi fuq din ir-rotta.
Dawn ir-rotot jibdew il-vjaġġi tagħhom mill-venda ta’ Buġibba.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' appartamenti li għadhom proprjetà tal-Gvern li huma mikrija lil terzi persuni? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-istess appartamenti, lokal lokal?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu, skont l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) in-numru ta' ħaddiema barranin li għandhom il-permess li jaħdmu f'pajjiżna? Minn liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) għandha bħalissa 6,575 liċenzja tax-xogħol maħruġa għall-ħaddiema barranin. L-istatistika mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din l-informazzjoni tinkludi persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta, detenturi ta' protezzjoni umanitarja temporanja jew protezzjoni sussidjarja u refuġjati, kif ukoll ċittadini tal-Bulgarija u r-Rumanija minħabba l-arranġamenti transitorji li għadhom japplikaw għal dawn iż-żewġ Stati Membri tal-Unjoni Ewropeja.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-postijiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament humiex battala, u jekk humiex proprjetà tal-Gvern?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar l-10 ta’ Settembru, 2007. Hija toqgħod ġo post mikri mis-settur privat u tħallas kera ta’ € 2,796 iżda tibbenefika mis-sussidju tal-kera li jammonta għal €745.40 fis-sena u għaldaqstant hija tħallas kera ta’ € 2,050.60 jiġifieri €170.88 fix-xahar. Il-lokalitajiet preferuti tal-persuna koncernata huma Floriana u Valletta.
Minn records li għandha l-Awtorità tad-Djar:
· 14 Triq il-Batterija, Valletta huwa proprjetà tal-Gvern iżda l-Awtorità m’għandhiex ċwievet ta’ dan il-post.
· 41 Triq Zekka, Valletta m’huwiex proprjetà tal-Gvern
· 61, 62, 63, 64, 65, 66, 67 l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex informazzjoni fuq dawn il-postijiet għalhekk mitlub tressaq din-il-mistoqsija lill-Uffiċċju Konġunt.
Ministri u s-Segretarji Parlamentari – dikjarazzjoni tal-assi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hu, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari kollha tiegħu ottemperawx ruħhom mal-obbligu naxxenti mill-paragrafu 48 tal-Kodiċi ta’ Etika tal-Ministri li jobbliga lil kull membru tal-Kabinett li “fi żmien xahrejn mill-ħatra tiegħu u mhux aktar tard mix-xahar ta’ Marzu ta’ kull sena, kull Ministru għandu jiddepożita mas-Segretarju tal-Cabinet” id-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-kabinett se jkunu qed jippreżentaw id-dikjarazzjoni tal-assi tagħhom kif huma marbuta li jagħmlu u dawn se jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan b’differenza minn dak li ġara fis-snin li għaddew. Ngħarraf lill-Onor Interpellant li d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-kabinett għas-snin 2001, 2005 u 2007 ma tqiegħdux fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan fl-istess ħin li fis-snin 1994, 1995, 1999, 2003, 2004, 2005, 2009 u 2012, id-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-kabinett kienu ippreżentati fit-tieni nofs tas-sena, minkejja li kif qed jgħid l-Onor Interpellant fil-mistoqsija tiegħu ‘l-Kodiċi ta’ Etika tal-Ministri jobbliga lil kull membru tal-Kabinett li “fi żmien xahrejn mill-ħatra tiegħu u mhux aktar tard mix-xahar ta’ Marzu ta’ kull sena, kull Ministru għandu jiddepożita mas-Segretarju tal-Cabinet” id-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu’.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk tax lilu nnifsu waiver mill-obbligu naxxenti mill-paragrafu 48 tal-Kodiċi ta’ Etika tal-Ministri li jobbliga li “fi żmien xahrejn mill-ħatra tiegħu u mhux aktar tard mix-xahar ta’ Marzu ta’ kull sena, kull Ministru għandu jiddepożita mas-Segretarju tal-Cabinet” id-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu? Jekk tali dikjarazzjoni ġiet depożitata, għaliex sal-jum li fih qed issir din l-interpellanza tali dikjarazzjoni għadha ma ġietx ippubblikata?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li għall-ewwel parti tal-mistoqsija, it-tweġiba hija le. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija 3308.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk tax waiver lill-membri kollha tal-Kabinett mill-obbligu naxxenti mill-paragrafu 48 tal-Kodiċi ta’ Etika tal-Ministri li jobbliga li “fi żmien xahrejn mill-ħatra tiegħu u mhux aktar tard mix-xahar ta’ Marzu ta’ kull sena, kull Ministru għandu jiddepożita mas-Segretarju tal-Cabinet” id-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu? Jekk tali dikjarazzjoni ġiet depożitata, għaliex sal-jum li fih qed issir din l-interpellanza tali dikjarazzjoni għadha ma ġietx ippubblikata?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li għall-ewwel parti tal-mistoqsija, it-tweġiba hija le. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija 3308.
Ministri u s-Segretarji Parlamentari – dikjarazzjoni tal-assi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għala s-Segretarju tal-Kabinett għadu ma ppubblikax id-dikjarazzjoni tal-assi tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari kollha?
Ministri u s-Segretarji Parlamentari – dikjarazzjoni tal-assi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk jaqbilx li l-membri tal-Kabinett, inkluż hu stess, għandhom jippubblikaw id-dikjarazzjoni tal-assi fi żmien xahrejn mill-ħatra, skont kif irid il-Kodiċi ta’ Etika fil-para.48 tiegħu?
Ministri u s-Segretarji Parlamentari – dikjarazzjoni tal-assi
Question
Jikkonferma l-Prim Ministru li l-obbligu tal-Kodiċi ta’ Etika li fil-para. 48 tiegħu jobbliga lil-membri tal-Kabinett jiddepożitaw mas-Segretarju tal-Kabinett id-dikjarazzjoni tal-assi tagħhom huwa obbligu favur trasparenza u kontabilità? Jekk iva, għaliex dan għadu ma sarx?