Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3081 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

L-Imsida — avviżi ta' kontravenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Ġunju 2013 fil-lokalità tal-Imsida?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3082 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ta’ Xbiex — avviżi ta' kontravenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Ġunju 2013 fil-lokalità ta’ Ta’ Xbiex?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3083 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

San Ġwann — avviżi ta' kontravenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Ġunju 2013 fil-lokalità ta’ San Ġwann?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3084 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ħal Għargħur — avviżi ta' kontravenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Ġunju 2013 fil-lokalità ta' Ħal Għargħur?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3085 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ħal Luqa – ġbir ta’ skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill ta' Ħal Luqa għandux kuntratt in vigore għall-ġbir ta’ skart fil-bor¿a s-sewda? Jekk hemm kuntratt in vigore jista' l-Ministru jgħid fi x'ħin suppost qiegħed jinġabar l-iskart f'Misraħ Sant' Indrija ġewwa Ħal Luqa?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa li fil-preżent għandu kuntratt għall-ġbir tal-iskart, inkluż għall-ġbir ta’ skart fil-borża s-sewda. Infurmat ukoll li l-ħinijiet tal-ġbir tal-iskart huwa mid-9.00 am ’il quddiem fis-Sajf u mis-2.00 pm ’il quddiem fix-Xitwa.
Leg 12 PQ #3096 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ingaġġ ta’ Health Care Professionals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu ingaġġati health care professionals fis-sena 2013 f'kull professjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li qed jittieħdu l-passi kollha sabiex jiġu maħruġa s-sejħiet neċessarji għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa skont l-esiġenzi tas-servizz pubbliku.
Leg 12 PQ #3097 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu siefer fuq xogħol fix-xhur ta' April u Mejju 2013, kemm kienet l-ispiża, safra b'safra, u minn fejn inqatgħu l-biljetti tal-ajru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3098 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa — Infiq f’reklami

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jintefqu flus f'reklami/spots ta’ pubbliċità mid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa matul is-sena 2013 u f'liema media se jidhru dawn il-reklami? Jista’ jgħid kemm se jitħallsu flus f'reklami fil-media taż-żewġ partiti politiċi matul is-sena 2013, u jagħti d-dettalji kull wieħed separatament?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta Mejju 2013 ntefqu mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard oxrin elf ewro (€20,000) f’spots b’messaġġi għal-stil ta ħajja aħjar. Dawn il-flus ntefqu kollha fuq l-istazzjon nazzjonali il-Public Broadcasting Services. Sa issa ma’saru l-ebda spots oħra fuq stazzjonijiet oħra, inkluz dawk politici jew radju. Spots oħra għal matul il- kumplament tas-sena 2013 għadhom qed jiġu ppjanati.
Leg 12 PQ #3099 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Testijiet tad-demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei matul is-sena li għaddiet u anke matul din is-sena, u jagħti d-dettalji xahar b`xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3100 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Xiri ta’ Mediċini mill-internet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi forma ta' kontroll fuq mediċini li jiddaħħlu f`Malta permezz tal-internet? Kemm iddaħħlet mediċina f'Malta b'dan il-mod matul is-sena 2012 u anke din is-sena? Liema leġiżlazzjoni tirregola din l-attività?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nitlob lill-Onorevoli Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Middle schools – sistema tal-co-ed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li l-middle schools jaddottaw is-sistema co-ed minn kif jiftħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li huwa l-ħsieb li l-Middle Schools jaddottaw is-sistema co-ed - jekk il-Kulleġġ fejn jiddaħħlu jaqbel.

Introduzzjoni ta’ middle schools

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-introduzzjoni tal-middle schools hix se tkun obligatorja biss għall-iskejjel tal-istat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-middle schools se jkunu ntrodotti fl-iskejjel tal-Istat. Xi skejjel mhux tal-Istat ilhom snin twal bil-middle school. Oħrajn jistgħu jaddottawha jekk jixtiequ.

Introduzzjoni ta’ middle schools — studji

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha li għandu dwar l-introduzzjoni tal-kunċett ta’ middle school?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jgħid li m'għandux studji dwar din il-materja. Id-deċiżjoni favur id-dħul tal-Middle Schools ittieħdet fid-dawl ta' ħafna riċerka internazzjonali u li hi aċċessibbli għal kull min ifittex dwarha.

Bini ta’ skejjel ġodda — studji

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji u l-pjanijiet li għandu dwar bini ta’ skejjel ġodda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li dan il-pjan għadu qed jiġi diskuss però hemm deċiż li jinbnew skejjel ġodda f'dawn il-lokalitajiet:- Ħal-Kirkop San Pawl il-Baħar Mosta

Kulleġġi — formazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se tiġi rriorganizzata l-formazzjoni tal-kulleġġi skont il-lokalitajiet li se jinkorporaw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li d-diskussjoni dwar din il-materja għadha għaddejja.

Is-Swieqi – miżuri ta’ sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fid-dawl ta’ bosta lmenti mir-residenti tas-Swieqi minħabba nuqqas ta’ sigurtà, hemmx xi pjan sabiex il-foot patrol u l-car patrols jiżdiedu u jsiru aktar effettivi speċjalment fix-xhur tas-sajf?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà qed issir ronda b’mod regolari kemm mill-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tal-Mobile Squad, però huwa maħsub li is-sorveljanza tal-Pulizija f’din il-lokalità tkompli tissaħħaħ ankè permezz ta’ CCTV.
Leg 12 PQ #3243 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Servizzi klerikali minn kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Servizzi klerikali minn kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3245 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Servizzi klerikali minn kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.