Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – konsulenzi mill-2004
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, t-tagħrif miġbur s’issa qed jitpoġġa bħala Tabella A, B u Ċ fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninfurmak ukoll li t-tagħrif miġbur mill-WasteServ, Tabella A, huwa komplut kif mitlub, filwaqt li t-tagħrif l-ieħor ikopri mis-sena 2008, Tabella B, u mis-sena 2010, Tabella Ċ, ’l hawn. Il-kumplament tat-tagħrif jingħata aktar il-quddiem.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – konsulenzi mill-2004
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni li ingħatajt, ix-xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum għall-Ministeru tiegħi, dipartimenti u entitajiet hu kif ġej:-
Konsulenzi għad- Dipartiment - Bejn l- 2004 u l- 2013 kien hemm 28 talba għall-konsulenza li 13 minnhom saru b’ Direct Order. L-ispiża tammonta għal €435,916.36
Konsulenzi għat- Tfittix taż-Żejt - Il-konsulenzi kollha ingħataw fuq sistema ta’ Direct Orders u l-ispiża tammonta għal €301,328.66
Konsulenzi għall- Grand Harbour Regeneration Corporation - Kien hemm 69 talba għall-konsulenza matul il-perjodu msemmi, li 45 minnhom inghataw b’sistema ta’ Direct Order. L-ispiża tammonta għal €22,269,956.16
Konsulenzi għal Transport Malta, RID u dawk li kienu ADT u MMA – L-ispiża għall-konsulenza hija ta’ €14,862,578.88. Ninsab infurmat li l-ammont li ntefaq għall-konsulenza għal dik li kienet id- DCA mhuwiex aċċessibli. L-istess jista jingħad għall- eks-MMA għall-perjodu ta’ bejn l-1 t’Ottubru 2003 u t-30 ta’ Settembru 2006.
L-ispiża totali għall-konsulenzi kollha li ingħataw mill-2004 sal-lum tlaħħaq is-somma ta’ €37,869,780.06
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – konsulenzi mill-2004
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – konsulenzi mill-2004
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il dar residenzjali għall-persuni b' diżabilità huwa ppjanat li jiftaħ il-Gvern matul din il-Leġiżlatura? Kemm huwa maħsub li jiżdiedu postijiet f'dawn id-djar ma’ dawk li diġà jeżistu fil-preżent?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern jemmen tabilħaqq f’soċjetà ġusta u għalhekk li mill-bidunett beda jaħdem biex fis-snin li ġejjin kull persuna b’diżabbiltà tinstabilha residenza li jisħoqqilha meta tiġi bżonnha. L-għadd ta’ postijiet se jkun qed jiżdied skont in-numru ta’ persuni b’diżabbiltà li jagħżlu dar komunitarja tal-Gvern. Kien għal dan il-għan ukoll li l-Gvern beda jħejji l-pjani tiegħu biex isaħħaħ l-Aġenzija Sapport li fil-leġiżlatura li għaddiet ma rnexxilhiex tħaddem dar residenzjali waħda ġdida tal-Gvern. Fl-istess waqt nista’ nassigura lill-interpellant li dan il-Gvern mhu se jiftaħ ebda dar residenzjali għall-persuni b’diżabbiltà li d-dħul għaliha lanqas biss huwa skont il-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà bħalma sar f’ B’Bugia qabel l-elezzjoni generali.
Birżebbuġa — Dar għal tfal b’diżabilità – ingaġġ ta’ staff
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi staff jonqos jiġi ingaġġat biex tkun tista’ tibda topera d-dar residenzjali għat-tfal b'diżabilità f' Birżebbuġa? Fejn wasal il-proċess biex jiġi ingaġġat dan l-istaff? Kemm hemm staff li diġà ġie ingaġġat u f’liema pożizzjonijiet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija SAPPORT s’issa ingaġġat leader, professional support worker, 2 support workers (full-time) u 3 support workers (part-time). Biex l-Aġenzija tkun tista’ tilqa’ l-ewwel żewġ klijenti – li għandhom bżonn support kontinwu (1:1) u li digà bdew it-transizzjoni tagħhom – ħalli jibdew jgħixu fid-dar b’mod permanenti, hemm bżonn ta’ 5 support workers (full-time) u 4 support workers (part-time) b’kollox. Dan ifisser li fadal 3 support-workers (full-time) u 1 support worker (part-time) biex jiġu impjegati. Dawn il-pożizzjonijiet huma kollha approvati mill-Gvern u allura hemm il-fondi għalihom. L-impjegati li diġà ġew ingaġġati bħalissa jużaw il-ħin kemm għat-transizzjoni tal-ewwel żewġ klijenti kif ukoll qegħdin jaħdmu fil-bqija tar-residenzi tal-Aġenzija biex jieħdu t-taħriġ neċessarju.
Il-proċess ta’ reklutaġġ għal pożizzjoni ta’ support worker reġa’ beda f’dawn l-aħħar ġimgħat però ma nstabux biżżejjed kandidati għall-bżonnijiet kollha li hemm fl-Aġenzija bħalissa. Għalhekk kellha toħroġ it-tieni sejħa għall-applikazzjonijiet u li din għalqet it-Tnejn 1 ta’ Lulju, 2013.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – xogħol f’Għawdex
Question
Peress li ammont sostanzjali ta' back office work tad-Dipartiment għas-Sigurtà Soċjali jsir f'Għawdex u peress li fis-sena 2012 ix-xogħol fuq iċ-children's allowance beda jsir ukoll minn Għawdex, tista’ l-Ministru tgħid liema xogħol ieħor tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa maħsub li jibda jsir minn Għawdex? Meta hu ppjanat li aktar xogħol jibda jsir minn Għawdex u kemm hu maħsub li jkun hemm bżonn impjegati taċ-Ċivil Għawdxin biex jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – servizz fil-kunsilli lokali
Question
Tista' l-Ministru tgħid f’liema kunsilli lokali sal-aħħar ta' Frar 2012 kien qed jingħata s-servizz mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali lir-residenti ta' dawk il-lokalitajiet? Tista' tagħti l-ġranet u ħinijiet fil-każ ta' kull kunsill fejn kien qed jingħata dan is-servizz? Tista' tikkonferma li dan is-servizz se jibqa' jingħata? Hemm il-ħsieb li dan jiġi estiż f'lokalitajiet oħra? Jekk iva, meta u f’liema lokalitajiet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1043 u jagħti numru, anke approssimattiv, ta' kemm huma dawk li se jgawdu mill-proposta tal-baġit ta' 0% taxxa għal dawk li huma fuq il-minimum wage? Kemm hu stmat li se tiswa din il-miżura?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li ser igawdu minn tnaqqis ta’ taxxa bil-miżura biex dawk li huma fuq il-minimum wage ma jeħlux taxxa huwa stmat madwar 3,700 u t-taxxa involuta hija madwar €125,000.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1044 u jispjega xi proċess qed jitħaddem sabiex dawk li se jibbenefikaw minn refund ta' taxxa fuq ix-xiri tal-ewwel residenza tagħhom (hekk kif tħabbret fil-baġit) jiġu mogħtija dan ir-refund?
Jista’ l-Ministru jgħid meta kien inħatar iċ-chairman tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u għal liem perjodu? X’kienet ir-remunerazzjoni tiegħu? Fejn kien jaħdem bħala avukat u f’liema qasam kien jipprattika l-professjoni tiegħu dak iż-żmien?
Response (CARDONA, CHRIS)
Jien infurmat li l-persuna in kwistjoni kien inħatar bħala chairman tal-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni fl-10 ta’ Dicembru 2012 għall-perijodu li kien jagħlaq f’Ġunju 2013. Ir-remunerazzjoni tiegħu kienet ikkalkulata bir-rata ta’ €3,494 fis-sena. Il-persuna konċernata kien ukoll partner ma’ Fenech and Fenech Advocates u hemmhekk kien il-kap tad-dipartiment dwar il-liġi tal-ICT.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża minn Marzu 2008 sa Marzu 2013, sena b’sena, fuq it-tender ta’ użu ta’ trakkijiet biex jinżabru s-siġar u jinġarr ġebel kbir, fuq it-tender tal-kiri ta’ trakkijiet biex jitnaddfu l-widien u fuq it-tender tal-kiri ta’ trakkijiet għall-ġarr ta’ siġar li jkunu inqatgħu mit-toroq? Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux trakkijiet tiegħu li setgħu jagħmlu dan ix-xogħol? Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jibqa’ joħroġ tenders għall-kiri ta’ trakkijiet simili jew jekk hux se jibda juża trakkijiet tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għall-informazzjoni li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra li tinkludi l-ispiża li saret sena b’sena bejn Marzu 2008 u Marzu 2013 fuq tenders li jikkonċernaw l-użu ta’ trakkijiet għall-ġarr ta’ ġebel kbir u tindif tal-widien liema xogħlijiet jaqgħu taħt ir-resposabbiltà tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura. Rigward it-tenders ta’ użu ta’ trakkijiet biex jinżabru s-siġar u għall-ġarr ta’ siġar li jkunu nqatgħu mit-toroq, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Id-Dipartment tax-Xogħlijiet u Servizzi għandu trakkijiet kemm tal-Gvern kif ukoll tal-
ex Impressed
li kapaċi jagħmlu dan ix-xogħol. Fil-futur qrib il-ħsieb huwa li dawn it-trakkijiet jintużaw ukoll għal dan it-tip ta’ xogħol u ma jinħarġux
tenders
għall-kiri ta’ trakkijiet simili.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1793, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni jekk dan ix-xogħol hux se jsir matul is-sajf li ġej?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li hemm tender rigward dan ix-xogħol li ġiet ippubblikata fl-14 ta' Ġunju 2013. Wara li tiġi aġġudikata u tingħata l-Letter of Acceptance jkun jista' jinbeda x-xogħol possibilment fil-vakanzi tas-sajf.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1334 u jagħti statistika ta’ kemm sewa kull software fid-Dipartiment tas-Saħħa, mingħand liema kumpaniji nxtara u kemm tħallas f’manutenzjoni għalih għal dawn l-aħħar sitt snin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li din l-istatistika u informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1335 u jagħti informazzjoni ta’ kemm kien hemm mediċina li skadiet f’kull spiżerija tal-Gvern f'dawn l-aħħar tliet snin u kemm kienet tiswa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija twieġbet fil-mistoqsija Parlamentari numru 1335.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1869 u jgħid kemm hemm ħaddiema fil-binja ta' Cutrico House? Jista' jgħid ukoll jekk hux il-binja kollha hija mikrija lill-Gvern jew inkella partijiet minnha? Mill-partijiet li huma mikrija dawn kollha qed jintużaw? Jista’ jgħid ukoll mill-ħaddiema li hemm f'Cutrico House kemm minnhom kienu f'xi ministeru fil-leġiżlatura li għaddiet? F'liema ministeru kienu u x'kien ix-xogħol tagħhom? Jista’ jgħid ukoll meta marru f'Cutrico House u x'inhu x-xogħol tagħhom? Jista' jgħid ukoll min kien qed jaghmel ix-xogħol li qed jagħmlu huma fil-preżent x'qed jagħmel issa u allura jekk xi ħaddiema ġewx trasferiti minħabba f'dawn l-ex ħaddiema tal-ministeri ta' qabel?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fil-binjua msemmija ( Cutrico House) bħalissa hemm sitta u oxrin ( 26 ) ħaddiem mid-Direttorat għas-saħħa Amjentali. Il-parti mikrija lill l-istess dipartiment mhiex qed tintu¿a kollha. Kien hemm tlett (3) impjegati li ġew trasferiti f’dan id-dipartiment u li kienu jaħdmu fis-Segretarjat privat tal-Ministeru tas-saħħa, l-Annzjani u l-kura fil-komunita, u ieħor li kien jaħdem fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Dawn l-impjegati jagħmlu xogħol kif imsemmi:
1. Xogħol relatat m’Amministrazzjoni t’ilmenti li jiġu reġistrati mal-Ispettorat tas-saħħa.
2.Xogħol relatat mal-Applikazzjonijiet tal-MEPA, prinċipalment fl-Amministrazzjoni tal-e-apps kif ukoll xogħol relatat mas-sistema ta’kwalita li għandu dan id-direttorat ( ISO9001:2008) kif ukoll xogħol ġenerali relatat ma’doveri klerikali.
3.Prinċipalment xogħol relatat ma’supervi¿joni ta’tindif, karozzi u¿ati mid-Direttorat u xogħol ieħor Amministrattiv bħal ħarsien tal-inventarju.
4.Prinċipalment xogħol ta’assistenza fl’HR unit tad-Direttorat.
Ninsab infurmat li ma’kien hemm bzonn li jiġi trasferit l-ebda impjegati milli kien hemm qabel minħabba l-fatt illi x-xogħol relatat ma:
1.Dan kien nieqes mill-Ispettorat u allura x-xogħol tiegħu kien qed isir minn ħaddieħor, issa li ġie lura qed jagħmel ix-xogħol li suppost kien qed jagħmel.
2.Dan kien isir minn Spettur tas-saħħa li fost l-oħrajn kellu wkoll din it-task. Issa li tneħħietlu din it-task dan qed jagħmel xogħol iehor relatat mal-Amministrazzjoni bħal lmenti u ċċekjar ta’kampjuni.
3.Dan ix-xogħol kien isir b’mod limitat mill-Amministrazzjoni u issa ġie esti¿ u qed isir b’mod aktar komplet.
4.Din l-assistenza kienet importanti biex jintlaħaq ix-xogħol fuq HR, għal 250 impjegat fid-Direttorat kollu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Isptar Mater Dei kienx/hux qed juża s-servizzi ta' kumpanija ta’ awditjar u/jew awditur/accountant privat f'dawn l-aħħar ġimgħat? Jekk iva, jista’ jgħid xi proċess intuża sabiex tintgħażel tali kumpannija u/jew persuna? Min kien responsabbli għal din l-għażla u kemm hu t-terminu ta’ żmien tas-servizz u l-ispiża involuta? Xi pjanijiet hemm rigward dan is-servizz għall-futur?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Isptar Mater Dei qiegħed juża s-servizzi tal-Kumpanija Horwath (Malta) Ltd. Dan is-servizz ingħata b’direct order wara li nġabet l-approvazzjoni meħtieġa tal-Ministeru għall-Finanzi. Din l-approvazzjoni tkopri s-servizzi ta’ reviżjoni ta’ costing excercise li kien sar fl-Elfejn u Disgħa.
It-tkomplija ta’ dan l-eżerċizzju kienet meħtieġa fl-obbligi li l-introduzzjoni tal-EU Cross Border Directive fl-aħħar kwart ta’ din is-sena, jġib miegħu.
L-ispiża ta’ dan il-kuntratt hija ta’ tletin elf ewro (€30,000). L-għażla tal-kumpanija saret fuq bażi tal-involviment ta’ din il-kumpanija fl-eżerċizzju preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Ġunju 2013 fil-lokalità tas-Swieqi?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.