Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3103 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

MRI – Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew għal MRI, kategorija b`kategorija, u meta hu l-aktar appuntament fil-bogħod?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura mill-Medical Imaging Department tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ persuni li qegħdin jistennew għal MRI, kategorija b’kategorija kif ukoll id-data tal-aħħar appuntament ibbukjat fuq is-sistema tinsab fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #3104 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Emerġenza — Ħin ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-maximum waiting time li wieħed jista’ jistenna fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei? Xi standards qed jintużaw fit-tfassil tal-pjanijiet sabiex jitnaqqas dan il-ħin ta’ stennija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s’issa ma hemmx maximum waiting time stabbilit fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei. Dan għaliex il-prattiċi u r-risorżi biex dan jista jseħħ ma kienu qatt stabbiliti qabel. Però saru ħafna laqgħat mal-professjonisti fid-dipartiment u l-amministrazzjoni tal-isptar u numru ta’ proposti biex jitjieb is-servizz ġew maqbula u ser jiġu attwati fil-futur qarib. Fost dan it-tfassil tal-pjanijiet hemm proġetti għall-triage system ġdida u revizzjoni fil-prattiċi tat-tobba li se jkunu marbuta għall-ewwel darba ma target times għal kull prijorita tal-każ. L-istandards li qed jintużaw huma dawk internazzjonali u ibbażati fuq studji xjentifiċi.
Leg 12 PQ #3105 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Mard respiratorju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn individwi, kull wieħed skont is-sess, l-età u ż-żona tal-pajjiż li ġejjin minnha, li għandhom problemi respiratorji? X'miżuri qed jieħu l-Gvern sabiex dawn il-problemi jonqsu speċjalment it-trab fin li jiġi ġġenerat mill-barrieri?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-uniċi sorsi ta’ informazzjoni eżistenti dwar mard respiratorju f’persuni residenti f’Malta u Għawdex huma n-National Hospital Information System u l-iStħarriġ Nazzjonali dwar is-Saħħa, li sar l-aħħar fl-2008. Minħabba li dan tal-aħħar sar fuq kampjun rappreżentattiv, l-istatistika qed tingħata maqsuma skont is-sess u reġjun ta’ Malta, kif definiti mis-sistema NUTS. Sabiex tkun komparabbli, l-istatistika ġiet standardizzata skont il- European Standard Population , sabiex jiġu ndirizzati d-differenzi fl-età medja tal-popolazzjoni tar-reġjuni differenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3106 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Overtime

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm kienet l-ispiża ta' overtime fix-xhur ta' April u Mejju 2013 f`kull dipartiment u entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kulleġġi – popolazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi fil-preżent il-popolazzjoni ta’ kull kulleġġ skola bi skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi li juru kif inhi fil-preżent il-popolazzjoni ta' kull kulleġġ skola bi skola.

Popolazzjoni fil-kulleġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif hija ppjanata li tkun il-popolazzjoni ta’ kull kulleġġ wara li tiġi rriorganizzata l-formazzjoni tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-pjan hu li l-għadd ta' studenti f'kull Kulleġġ ikun mifrux b'mod aktar ekwu. Bħalissa hemm diskrepanza bejn il-Kulleġġi f'dan ir-rigward. L-iżgħar Kulleġġ għandu 1879 student, filwaqt li l-akbar għandu 4333 student. Il-pjan hu li jkun hemm tqassim aħjar.

Skejjel primarji u Sekondarji – popolazzjoni medja ta’ studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-popolazzjoni medja ta’ studenti fil-primarja u fis-sekondarja b’mod separat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3146.

Klassijiet – medja ta’ studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iqiesx il-mejda ta’ studenti f’kull klassi bħala waħda ideali? Jekk le, jista’ jgħid xi pjanijiet għandhu biex iqarreb lejn is-sitwazzjoni ideali? Sa meta se jiġu fis-seħħ dawn il-pjanijiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun iżjed speċifiku fid-domanda tiegħu.

Numru ideali ta’ studenti fi klassijiet — impatt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif, xi pjanijiet li jista’ għandu biex iżomm rata ta’ studenti ideali f’kull klassi tista’ timpatta in-numru ta’ klassijiet, għalliema, u spiża neċessarja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jipprova li waqt li jżomm in-numru ta' studenti fi klassi raġonevoli u addattat għal tagħlim ta' kwalità, jieħu wkoll inkonsiderazzjoni id-daqs tal-klassijiet fl-iskola kkonċernata, l-ispazju disponibbli ġo skola, in-numru ta' għalliema li jistgħu jiġu ngaġġati u anke l-ispiża finanzjarja. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jagħmel ħiltu kollha biex jinstab bilanċ bejn dawn il-fatturi.

Skejjel primarji – nefqa totali fuq kull student

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa totali fis-sena fuq kull studenti tal-iskejjel primarji? X’qed tinkludi din in-nefqa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li d-Direttorati tal-Edukazzjoni, mitluba jistmaw dan it-tagħrif, qalu li mhumiex f'pożizzjoni jwieġbu din id-domanda. S'issa l-baġit edukattiv kif jinħadem ma jagħtix dan it-tagħrif awtomatikament u dan l-eżerċizzju għad irid jibda jinħadem. Nemmen li eżerċizzju bħal dan għandu jsir. L-uniku studju li naf bih jien li jersaq biex jagħti tagħrif simili huwa dak ikkummissjonat mill-iskejjel indipendenti dwar in-nefqa fuq l-istudenti fis-setturi edukattivi statali, tal-knisja u indipendenti iżda dan l-istudju mhuwiex fid-dominju pubbliku.
Leg 12 PQ #3249 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Servizzi klerikali minn kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li ma hemmx kuntratti maħruġa mid-dipartimenti jew entitajiet fid-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex għal servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Servizzi klerikali minn kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura.
Leg 12 PQ #3251 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – kuntratti ta’ security guards

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1707 jista’ l-Ministru jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà, inkluż ir-rata komputata fis-siegħa ta’ kull kuntratt, peress li huwa poġġa biss in-numru tal-kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għaldaqstant, fir-rigward tal-MFIN, EPD, FIAU, Lottu, Borża ta’ Malta, tad-Dwana, tat-TeŻor, l-NSO u l-Bank Ċentrali r-risposta hija fin-negattiv.
Leg 12 PQ #3252 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

aġenzija tal-gwardjani lokali – pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus minn kull reġjun kull 6 xhur minn Jannar 2012 sal-lum lill-aġenzija tal-gwardjani lokali, lill-uffiċjali awtorizzati, lill-prosekuturi u oħrajn? X’kien id-dħul u x’kien il-ħruġ tal-istess reġjuni?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, skont kif miġbura mill-Kumitati Reġjonali.
Leg 12 PQ #3278 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Customer Care tal-Gvern — moniteraġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega kif taħdem il-funzjoni tal-customer care tal-Gvern u kif din tiġi monitored? X’tip ta’ statisitka tinħareġ biex ikun hemm analiżi effettiva ta’ kif u kemm il-pubbliku qiegħed jinqeda?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba ghall-mistoqsija parlamentari 3279.
Leg 12 PQ #3279 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntatt għal ilmenti dwar operat tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’għandu jagħmel u/jew fejn għandu jagħmel kuntatt, ċittadin li jkollu lment dwar xi parti mill-operat tal-Gvern? Jista’ jispjega kif isir follow-up dwar il-każijiet imsemmija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ċittadin li jkollu ilmenti, suġġerimenti, proposti x’jagħmel dwar xi parti mill-operat tal-Gvern jista’ jwassalhom f’waħda mill-Customer Care Units li jinsabu fil-Ministeri differenti. Kull uffiċjal li jaħdem f’dawn il-units huwa responsabbli li jagħmel il-monitoraġġ tal-każijiet li jkun responsabbli għalihom. Ix-xogħol kollu li jsir minn dawn il-units jsir b’mod li jiġi mħares id-dritt tal-privatezza tal-persuni involuti.
Leg 12 PQ #3280 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet Sportivi – talba għall-proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-proċess li permezz tiegħu għaqda sportiva tkun tista’ titlob proprjetà tal-Gvern għal skopijiet sportivi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont id-disposizzjoni tal-Att li jirregola l-Isport Kapitlu 455 tal-Liġijiet ta’ Malta, proprjetà tal-Gvern tista’ tiġi trasferita lill-għaqdiet sportivi għal skopijiet sportivi. Il-prassi sabiex dan it-trasferiment iseħħ huwa li l-għaqda sportiva titlob il-proprjetà dirett lill-Kunsill Malti għall-Isport, u dan tal-aħħar jitlob il-proprjetà lid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern. Kemm il-darba din il-proprjetà hija vojta, tkun koperta bil-permess tal-MEPA fejn ikun meħtieġ u l-Gvern lest li jittrasferixxi l-proprjetà in kwistjoni, id-Dipartimnet Proprjetà tal-Gvern jittrasferixxi din il-proprjetà lill-Kunsill Malti għall-Isport permezz ta’ Avviż Legali sabiex l-istess Kunsill ikun jista’ jidħol fi ftehim mal-għaqda sportiva li tkun talbet għall-proprjetà. Madankollu, jekk għaqda sportiva titlob proprjetà dirett lid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, l-istess Dipartiment jista’ jikkunsidra li jalloka l-propjetà mitluba lill-għaqda sportiva direttament skont xi waħda mid-disposizzjonijiet tal-Att li jirregola t-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern Kapitlu 268 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Leg 12 PQ #3281 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt — encroachements

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista kollha ta’ encroachments mogħtija mid-Dipartiment tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt minn Marzu 2013 ’l hawn, lil min ingħataw, x’kienet ir-raġuni għal xiex ingħataw, x’inhuma t-termini u kundizzjonijiet kollha għal xiex ingħataw u xi proċess intuża biex dawn jingħataw?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista kollha ta’ encroachments mogħtija mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern minn Marzu 2013 ’l hawn bid-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Dawn l-encroachments huma tip ta’ permessi mogħtija direttament sabiex proprjetà tal-Gvern tkun tista’ tiġi okkupata għal perjodu ta’ żmien skont id-disposiżżjoni tal-Att li jirregola t-Trasferiment ta’ Proprjetà tal-Gvern (Kapitlu 268).
Leg 12 PQ #3282 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt – kirjiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista kollha ta’ kirjiet mogħtija mid-Dipartiment tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt minn Marzu 2013 ’l hawn, lil min ingħataw, x’kienet ir-raġuni għal xiex ingħataw, x’inhuma t-termini u kundizzjonijiet kollha għal xiex ingħataw u xi proċess intuża biex dawn jingħataw?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista bil-kirjiet kollha mogħtija mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern minn Marzu 2013 ’l hawn bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru. Ninforma lill-Onorevoli Membru illi dawn il-kirjiet saru skont id-disposizzjoni tal-Att li jirregola t-Trasferiment ta’ Proprjetà tal-Gvern Kapitlu 268.
Leg 12 PQ #3283 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Interim From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

servizz pubbliku — Programm ta’ ristrutturar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jagħmel programm ta’ ristrutturar fis-servizz pubbliku u jekk iva fiex se jkun qiegħed jikkonsisti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f’xi seduta oħra.