Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1548 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1549 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (REFALO, ANTON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – konsulenzi mill-2004

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (DALLI, HELENA)

Jien informata li dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru ħarġu 53 kuntratt ta’ konsulenza għal valur totali ta’ Euro 1,001,301.25 mill-2004 sal-lum. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni dettaljata kif mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Familija u Solidarjetà Soċjali – konsulenzi mill-2004

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1552 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenzi mill-1998

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – konsulenzi mill-1998

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

ETC – studenti li bbenefikaw minn skemi għax-xogħol f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2012 sal-lum kemm studenti bbenefikaw minn skemi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) biex jingħataw opportunità ta' xogħol ma' kunsilli lokali jew għaqdiet non governattivi f'Għawdex? F'kull każ jista' jelenka l-kunsilli lokali jew għaqdiet non governattivi li magħhom ingħataw din l-esperjenza u f'kull każ għal kemm sigħat jew ġranet kienet twila?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) m'għandhiex skema tat-tip li qed jistaqsi l-Onor. Interpellant.

Ċentri ta’ matul il-jum għall-anzjani

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ċentri ta' matul il-jum għall-anzjani? Fejn jinsabu dawn iċ-ċentri? Kemm persuni anzjani jattendi f'kull ċentru, u kemm hemm nies impjegati f'kull ċentru? Tista' l-Ministru tindika fejn hu maħsub li jinfetħu ċentri oħra u meta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Eżamijiet taċ-Ċivil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li qagħdu għal kull wieħed mill-eżamijiet taċ-Ċivil li saru dan l-aħħar? Kemm kien in-numru ta' dawk li għaddew minn kull wieħed minn dawn l-eżamijiet, u x'persentaġġ kien jikkostitwixxi dan in-numru min-numru totali ta' dawk li qagħdu għall-eżami?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Libja — Ftuħ ta’ Uffiċċju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċċju li kien ippjanat li jinfetaħ f'Misurata fil-fatt infetaħx? Jekk iva, min qed imexxi dan l-uffiċċju u x’inhu x-xogħol li qed isir minnu s’issa? Jekk għadu ma nfetaħx, meta hu mistenni li jinfetaħ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Jista l-Onor. Interpellant jindika għal liema uffiċċju hija indikata din il-mistoqsija.

Libja — Delegazzjonijiet ta’ negozju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni tan-negozju marret il-Libja mill-1 ta' Jannar 2013 sal-lum? Minn min kienu komposti kull delegazzjoni li marret? Hemm ippjanati delegazzjonijiet oħra tan-negozju biex immorru l-Libja fix-xhur li ġejjin? Jekk iva, meta hu ippjanat li jmorru u minn min se jkunu komposti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Din is-sena, l-Malta Enterprise assistiet diversi kumpaniji Maltin biex esebixxew ġo fieri fil-Libja, li jinkludu l-fieri Libya Oil and Gas, Libya Build, u Libya Food. L-uffiċjal tal-Malta Enterprise fi Tripoli jgħin kumpaniji Maltin biex jagħmlu kuntatti ma’ kumpaniji fil-Libja fuq bażi kontinwa. Is-sitwazzjoni ta’ sigurtà fil-Libja fix-xhur li għaddew qiegħda tillimita l-inizjattivi li jistgħu jsiru fil-Libja fil-preżent. Ta’ min jinnota wkoll li qiegħed jitfassal pjan t’azzjoni għal Libja li se jiġi diskuss ma’ l-entitajiet ikkonċernati, bil-għan li jiġu implimentati diversi inizjattivi fil-Libya fil-futur.
Leg 12 PQ #1741 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Valletta 18 – Ċerimonja għat-titolu ta’ Belt Kulturali Ewropea 2018

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien preżenti minn Malta għaċ-ċerimonja li saret fi Brussell u li fiha l-Belt Valletta irċeviet formalment it-titolu ta' Belt Kulturali Ewropea 2018? Għaliex il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ma kienx rappreżentat għal din l-okkażjoni? Għaliex ma nħassitx il-ħtieġa li jkun preżenti l-ex Chairman tal-V18 li kien strumentali sabiex il-bid ta' Malta tiġi aċċettata?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżenti kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali, iċ-Ċermen tal-Valletta 18 u tlett uffiċjali tekniċi tal-Ministeru. Il-Kunsill Lokali tal-Belt kien rappreżentat mis-Sindku tal-Belt iżda lejliet il-vjaġġ dan kien iċċertifikat marid u ma setax isiefer. Is-Segretarjat Parlamentari ħass li kellu jitla’ iċ-Ċermen il-ġdid.
Leg 12 PQ #2634 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender għal xogħol f'Għawdex ingħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru għal Għawdex bejn l-1998 u l-2102, sena b’sena ? Jista’ jgħid kemm kien il-valur ta’ kull tender? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti kull tender ? Jista' jgħid jekk dawn it-tenders ingħatawx b’direct order jew b’sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid meta beda x-xogħol fuq kull tender mogħti? Jista’ jgħid meta kellu jitlesta u meta fil-fatt tlesta x-xogħol marbut ma’ kull tender?

Response (REFALO, ANTON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2635 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Transfers ta’ uffiċjali pubbliċi fl-1998

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers ta’ uffiċjali pubbliċi fid-dipartimenti kollha tal-Gvern xahar b’xahar matul l-1998?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi it-totali ta’ transfers, inklużi dawk ma’ ħatra ġdida, ta’ Uffiċjali Pubbliċi minn Dipartiment għal ieħor li saru matul l-1998, xahar b’xahar.
Leg 12 PQ #2636 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Transfers ta’ uffiċjali pubbliċi bejn l-1999 u l-2012

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers ta’ uffiċjali pubbliċi fid-dipartimenti kollha tal-Gvern sena b’sena bejn l-1999 u l-2012 ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-totali ta’ transfers, inklużi dawk ma’ ħatra ġdida, ta’ uffiċjali pubbliċi minn dipartiment għal ieħor, li saru bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena.
Leg 12 PQ #2637 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Din ir-risposta tirreferi għal entitajiet li sal-ġurnata li saret il-Mistoqsija Parlamentari kienu jiffurmaw parti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dwar l-entitajiet oħra nitlob lil Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lil Ministru konċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (GRECH, LOUIS)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant li tikkonċerna l-ismijiet tal-membri tal-bordijiet li ġew kostitwiti sal-llum. Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Chairpersons u l-membri tal- Bord tal-Għażla – Fond Ewropew għas-Sajd 2007-2013 u ċ-Chairpersons u l- membri tal-Bordijiet kollha tal-Appell ma ħadu l-ebda forma ta’ remunerazzjoni. Il-membri tal-Bordijiet tal-Għazla tal- Fond Ewropew għall-Izvilupp Reġjonali 2007-2013, tal-Fond Soċjali Ewropew 2007-2013 u tal-Programm Ġenerali Solidarjeta’ u Ġestjoni ta’ Migrazzjoni 2007-2013 kienu jitħallsu bir-rata ta’ €6.21 fis-siegħa filwaqt li ċ-Chairpersons ma kienu jieħdu l-ebda forma ta’ remunerazzjoni.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #3101 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Servizz tal-IVF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-introduzzjoni tal-IVF fl-Isptar Mater Dei, u meta dan se jibda jilqa’ l-ewwel pazjenti u jsiru l-ewwel interventi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddej proċess ta’ tendering biex jinxtraw il-mekkinarji neċessarji li ser jintuża biex il-pazjenti li ha jirrikorru għall-IVF issirilhom l-investigazzjonijiet meħtieġa. Bħalissa qed issir evalwazzjoni tal-possibilitajiet varji li jistgħu jintużaw biex jingħata dan is-servizz tal-IVF bl-aħjar mod possibli. Il-Ministeru qed ifassal id-dokumenti neċessarji għall-ippjanar ta’ dan is-servizz, fejn huwa maħsub li jibda għall-aħħar ta’ din is-sena.
Leg 12 PQ #3102 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Skart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie ġġennerat skart mill-Isptar Mater Dei fis-sena 2012 u anke f'din is-sena? Kif qiegħed jiġi disposed of dan l-istess skart, skont il-kategoriji differenti? X'miżuri qed jittieħdu sabiex l-iskart jiġi separat u l-iskart kliniku ma jitħallatx ma’ skart ieħor?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.