Heritage Malta — fondi allokati għall-użu ta' teknoloġija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-budget ta' Heritage Malta li huwa allokat speċifikament għall-użu ta' teknoloġija fl-interpretazzjoni ġewwa s-siti u mużewijiet tagħha? Jista' jgħid kif intefaq dan il-budget s'issa u x'hemm ippjanat fil-futur qrib?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li qatt ma kien jeżisti budget speċifiku għall-użu ta' teknoloġija fl-interpretazzjoni fil-mużewijiet. Dan jiġi evalwat skont il-każ u ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull proġett.
Heritage Malta — ħaddiema - ħlas ta' internet tad-dar
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm xi ħaddiema ta' Heritage Malta li għandhom l-internet tad-dar imħallas mill-istess aġenzija? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Karma lista ta' dawn l-individwi u f'liema grad jaqgħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda ħaddiem ta’ Heritage Malta li għandu l-internet tad-dar imħallas mill-aġenzija.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa ta' Heritage Malta fir-rigward ta' riċevimenti u festini minn Marzu tal-2013 s'issa? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn l-festini jew riċevimenti li saru u għal liema okkażżjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Heritage Malta — Manager Conservation - job description
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-job description tal-manager conservation fi ħdan Heritage Malta? Jista' jikkonferma li din il-job description ġiet mgħoddija lill-persuna li qed tokkopa din l-pożizzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-post ta’ manager conservation ma jeżistix. Jeżisti senior conservator. Kopja tal-job description, li ngħatat lill-uffiċjal responsabbli, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex- Personal Emoluments — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Generali li jigu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Bagit.
Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluża u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Generali li jmiss.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Personal Emoluments - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Baġit.
Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluża u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Personal Emoluments - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Bagit.
Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluża u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Personal Emoluments - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Baġit.
Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluza u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — Personal Emoluments - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Bagit.
Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016, din l-informazzjoni għadha mhix konkluza u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.
Ministeru għall-Finanzi — Personal Emoluments - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Baġit.
Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016, din l-informazzjoni għadha mhix konkluża u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-vjaġġi li għamel bħala Prim Ministru? Min kienu l-persuni li akkumpanjawh fil-vjaġġi? X’kienet l-ispiża ta’ kull vjaġġ? Mingħand min inxtraw il-biljetti tal-ivvjaġġar? X’kienu l-ispejjeż li tħallsu f’kull vjaġġ f’dak li huwa: a) ikel, b) xorb u ċ) vjaġġar b’vetturi waqt iż-żjarat li saru? Din il-mistoqsija qed issir b’referenza għal informazzjoni li qed tidher fl-Estimi Supplimentari Vot 5 tal-istess Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 12115,17753,26715 u 26833.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar kif ser tkun qed titħallas u lil min ser ikun qed jitħallas il-finanzjament taħt Vot 29 Information Services għas-sena 2016? Jista’ jgħid kemm-il direct order sar u lil min saru, taħt dan il-vot u jekk kienx hemm pagament li sar b’proċess ta’ tender? Din il-mistoqsija qed issir b’referenza għall-informazzjoni li qed tidher taħt Vot 5 fl-Estimi Supplimentari.
Vot 31 Professional Services għas-sena 2016 — pagamenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar fiex kienu jikkonsistu l-pagamenti, lil minn saru u għal liema raġuni saru dawn il-pagamenti relatati mal-Vot 31 Professional Services għas-sena 2016 taħt Vot 5 kif jidher fl-Estimi Supplimentari?
Jista’ l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ €3,200,000 għal Vot 5365 CHOGM 2015 u jgħid:
a) x’pagamenti ser ikunu qed isiru sabiex jitħallas dan l-ammont ta’ flus mitluba;
b) lil min ser ikunu qed isiru;
c) x’pagamenti ser ikunu qed isiru jew saru b’direct order; u
d) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru fil-proċess ta’
tendering
għall-attività ta’ CHOGM 2015?
Jista’ l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ żieda ta’ €2,400,000 għal Vot 5808 EU-Africa Summit u jgħid:
a) x’pagamenti ser ikun qed isiru b’dawn l-€2,400,000;
b) lil min ser ikunu qed isiru jew saru b’
direct orders
; u
c) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru bil-proċess ta’
tendering
għall-attività tal-
EU-Africa Summit
?
Vot 9 6161 Running Expenses of the Electoral Commission — nefqiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’pagamenti ser ikunu qed jitħallsu b’€3000 li qed ikunu mitluba taħt Vot 9 6161 Running Expenses of the Electoral Commission, lil min ser ikunu qed jitħallsu u għal liema raġuni saru dawn in-nefqiet li għamlet il-Kummissjoni Elettorali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-Kummissjoni Elettorali mhix awtoritá jew entitá li taqa’ taħt xi Ministeru għaldaqstant tweġiba f’isem il-Kummissjoni Elettorali mhix indikata.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kull kemm żmien l-Enemalta tagħmel spezzjonijiet fuq l-arbli tad-dawl tagħha? X'inhi r-raġuni li għaliha minn żmien għal żmien xi arbli tad-dawl jinqalbu, mhux minħabba li jkunu mkissra b'inċidenti tat-traffiku, u li l-covers tal-istess arbli jinqalgħu minn posthom u jdumu ġranet sħaħ mhux imsewwija? Jista’ l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex arbli li hemm matul il-front tax-Xemxija jiġu spezzjonati u msewwija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-ispezzjonar u l-manutenzjoni tal-arbli li magħhom ikun hemm lampi jew linji tal-elettriku li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kumpanija, isir b’mod regolari matul is-sena bħala parti mill-proċess ta’ manutenzjoni kontinwa tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-pajjiż.
Kull meta jidħol rapport ta’ xi ħsarat jew perikli marbutin ma’ arbli, Enemalta tibgħat it-tekniċi tagħha biex iwettqu t-tiswijiet meħtieġa mill-aktar fis. Uħud minn dawn ix-xogħlijiet ma jkunux jistgħu isiru qabel ma jintalbu permessi ta’ kontroll tat-traffiku mil-awtoritajiet konċernati.
Il-ħsarat tal-arbli normalment ikunu kkawżati minn aċċidenti tat-traffiku, maltemp u irjiħat qawwija jew vandaliżmu.
Fix-xatt tax-Xemxija, Enemalta plc spezzjonat l-arbli li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kumpanija u sabet biss arblu wieħed li kellu l-cover tiegħu li kellu bżonn jinbidel. Enemalta ma kienet irċeviet l-ebda lment mingħand klijenti jew mingħand il-Kunsill Lokali konċernat dwar din id-diffikultà f’dan l-arblu.
San Pawl il-Baħar – Triq Patri Ġużepp Calleja – bozoz bil-ħsara
Question
Billi numru ta' bozoz fi Triq Patri Ġużepp Calleja, San Pawl il-Baħar qed ikollhom ħsara b'mod regolari, u jidher li minkejja l-interventi li saru sa issa l-Enemalta għadha ma' sabitx soluzzjoni permanenti għal din il-problema, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din il-ħsara tiġi rranġata b'mod permanenti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li fil-bidu ta’ Diċembru 2016 huma rċevew l-ewwel rapport ta’ ħsara bil-maltemp f’żewġ bozoz tat-triq indikata, liema tiswijiet tlestew mill-ewwel.
Nhar il-11 ta’ Jannar 2017 il-Kumpanija daħlilha rapport mingħand il-Kunsill Lokali dwar ħsara oħra li kienet qed tolqot diversi toroq, fosthom it-triq imsemmija. It-tiswijiet neċessarji saru l-għada stess, fit-12 ta’ Jannar. Iż-żewġ ħsarat ma kellhomx x’jaqsmu ma’ xulxin ħlief li b’koinċidenza affettwaw id-dwal tal-istess triq.
Jista’ l-Ministru jikkonferma t-timeline tat-tluq tal-Iskola Chiswick mill-Kappara? Jista’ jgħid f’liema lokalità ser tkun allokata bħala skola? Kemm se jkun kbir l-ispazju allokat għal skola ġdida speċjalment il-playing area ġaladarba l-ispazju ġol-Kappara huwa ħafna limitat għan-numru ta’ studenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed f’kuntatt mal-iskola bil-ħsieb li jkun ikkunsidrat sit alternattiv għall-iskola msemmija.