Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1555 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – konsulenzi mill-1998

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – konsulenzi mill-1998

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – konsulenzi mill-1998

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewlna, t-tagħrif miġbur s’issa qed jitpoġġa bħala Tabella A, B u Ċ fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninfurmak ukoll li t-tagħrif miġbur mill-WasteServ, Tabella A, huwa mis-sena 2003 ’l hawn peress li din l-entita bdiet topera f’din is-sena, filwaqt li t-tagħrif l-ieħor ikopri mis-sena 2008, Tabella B, u mis-sena 2010, Tabella Ċ, ’l hawn. Il-kumplament tat-tagħrif jingħata aktar il-quddiem.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – konsulenzi mill-1998

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li ingħatajt, ix-xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum għall-Ministeru tiegħi, dipartimenti u entitajiet hu kif ġej:- Konsulenzi għad- Dipartiment - Bejn l- 1998 u l- 2013 kien hemm 33 talba għall-konsulenza li 20 minnhom saru b’ Direct Order. L-ispiża tammonta għal €465,863.55 Konsulenzi għat- Tfittix taż-Żejt - Il-konsulenzi kollha ingħataw fuq sistema ta’ Direct Orders u l-ispiża tammonta għal €694,389.79 Konsulenzi għall- Grand Harbour Regeneration Corporation - Kien hemm 69 talba għall-konsulenza matul il-perjodu msemmi, li 45 minnhom inghataw b’sistema ta’ Direct Order. L-ispiża tammonta għal €22,269,956.16 Konsulenzi għal Transport Malta, RID u dawk li kienu ADT u MMA – L-ispiża għall-konsulenza hija ta’ €25,805,408.95. Ninsab infurmat li l-ammont li ntefaq għall-konsulenza għal dik li kienet id- DCA mhuwiex aċċessibli. L-ispiża totali għall-konsulenzi kollha li ingħataw mill-1998 sal-lum tlaħħaq is-somma ta’ €49,235,618.45

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – konsulenzi mill-1998

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

children's allowance — żieda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-familji li ħadu ż-żieda fiċ-children's allowance minn €350 għal €450 għal kull wild? Kemm kien n-numru ta' tfal li bbenefikaw minn din iż-żieda?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ familji li bejn Jannar u Ġunju 2013 irċevew iz-zieda fic-children’s allowance minn €350 għal €450 hu ta’ 22,345 u n-numru ta’ tfal jammonta għal 33,458.

BioMalta Campus — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-BioMalta Campus li fil-baġit għal din is-sena kien indikat li wara li ħarġu l-permessi neċessarji u kien sar ix-xogħol ta’ twaqqigħ u tindif tas-sit, kellu jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni fil-bidu ta' din is-sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li wara l-ħruġ tal-permess ta’ żvilupp sħiħ mill-MEPA għall-Enabling Works (Twaqqigħ u Tħaffir), ix-xogħlijiet ta’ tiġrif u tħaffir bdew f'Settembru 2011. Saret konsultazzjoni mal-Mater Dei, OHSA, TM, u MITA minħabba s-sensittività taż-żona fil-qrib tal-isptar. Din il-konsultazzjoni saret biex jiżguraw li qegħdin isiru xogħlijiet mingħajr ma jikkawżaw inkonvenjent kbir għal xogħlijiet tal-istess sptar. Ix-xogħlijiet progressaw skont il-programm u sa Settembru 2012, ix-xogħlijiet ta’ twaqqigħ u tħaffir tlestew kompletament. F'Settembru 2012, il-MEPA ħarġet il-permess sħiħ għall-bini tal-Life Sciences Centre. Matul Diċembru 2012 il-mobilizzazzjoni fuq is-sit beda u attwalment qed jiġu finalizzati il- foundation levels. Il-programm ta’ xogħlijiet - li jinkludi xogħlijiet ta' bini, installazzjoni tas-servizzi tal-bini, il- finishes u l- landscaping - huwa mistenni li jitlesta sa l-ewwel /tieni kwart tal-2014.

Żoni industrijali – xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' titjib f'kull waħda miż-żoni industrijali ta' Bulebel, Ħal-Far, Kordin, Mosta u Xewkija Għawdex? Kemm hu l-persentaġġ tax-xogħol ippjanat li huwa lest? Meta mistenni jitlesta x-xogħol f'kull żona? Kemm se jiswa x-xogħol f'kull żona?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

ICT u Digital Content Development — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-faċilità ta’ plug in/plug out għal kumpaniji innovattivi fl-oqsma tan-negozji fl-ICT u d-digital content development li fil-baġit ġew ivvutati €3.5 miljun għaliha?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ix-xogħol fuq il-proġett tad-digital hub jinsab fi stadju avvanzat u bħalissa qegħdin jiġu iffinalizzati t-tenders għax-xogħlijiet. Huwa ppjanat illi x-xogħol jibda lejn l-aħħar tal-2013 u jitlesta fl-2014.

benefiċċju għall-gass

Question

Tista' l-Ministru tgħid iż-żieda fil-benefiċċju għall-gass minn €30 euro għal €40 kif imħabbra fil-baġit għal din is-sena ngħatatx? Jekk le, meta hu maħsub li titħallas u kemm-il familja se jibbenefikaw minnha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żieda fil-benefiċċju għall-gass minn €30 għall-€40 ingħatat u skont l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tad-Dipartiment jidher li ibbenefikaw minnha 9,374 familja.

link permanenti bejn Malta u Għawdex – studju

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1047, peress li l-Ministru afferma fir-risposta tiegħu li l-istudji fuq il-permanent link bejn Malta u Għawdex se jitkomplew, jista' l-Ministru jgħid min qed jagħmel dawn l-istudji u jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija, u ċjoè fiex wasal il-proċess u x’inhu mistenni jsir matul is-sena 2013 u s-sena 2014 fuq din il-proposta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, kif diġà ntqal fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1047, il-Kamra se tinżamm aġġornata bl-iżviluppi li jista’ jkun hemm rigward dan il-proġett.
Leg 12 PQ #1920 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Somma tat-Teżor – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament baqgħet ma ħaditx is-somma tat-teżor minkejja li għamlet 40 sena servizz meta ħafna minn sħabha ħaduha?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat illi s-sezzjoni Pensjonijiet tat-Teżor qatt ma rċeviet applikazzjoni ghat-talba tal-pensjoni/somma tat-Teżor minngħand ebda dipartiment li kien iħaddem lil din il-persuna.

Residenza San Vinċenz de Paul – trasferiment ta’ ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru transfers jew redeployment fir-Residenza San Vinċenz de Paule minn Marzu, 2013 ’l hawn. Min huma dawn il-persuni? X’inhi r-raġuni f’kull każ li wasslet biex dawn in-nies ġew transferred u/jew redeployed?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #2640 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (VELLA, KARMENU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 12 PQ #2643 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2645 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tirrikjedi numru ta’snin ta’ informazzjoni, u għaldaqstant tingħata f’xi seduta oħra.

Djar tal-Anzjani — Impjegati mħarrġa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ impjegati li jaħdmu fid-djar tal-anzjani liċenzjati? Kemm minnhom huma mħarrġa billi segwew xi kors dwar l-anzjani?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.