Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3533 Sitting 47 2013-07-09 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsaxlokk — Urban Improvement Funds

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi tal-Urban Improvement Funds tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) preżentement allokati lill-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk? Kemm minn dawn il-fondi huma committed diġà u għal liema proġett? Kemm fadal fondi li għadhom mhux committed?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.

Applikazzjonijiet għas-servizz tat-Telecare

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għas-servizz tat-telecare? Kemm-il servizz ġdid tat-telecare ingħata f’Marzu, April, Mejju u Ġunju xahar b’xahar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 80 applikazzjoni li ġew proċessati minn naħa tat-telecare u qed jistennew li jingħataw is-servizz mill-GO. Servizzi ġodda li ngħataw fil-perjodu msemmi huwa kif ġej: Marzu 37 April 96 Mejju 75 Gunju 111

Servizz ta' Home Help

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jistennew is-servizz tal-Home Help? Kemm ra każijiet ġodda l-bord minn wara l-elezzjoni 'l hawn u kemm minnhom ingħataw is-servizz? Kemm ġew miċħuda is-servizz?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamantari se tingħata f'seduta oħra.

Home Help — bord

Question

Tista' l-Minsitru tgħid minn min hu kompost il-bord tal-Home Help?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord huwa kompost min dawn il-membri: Chairperson: Mr. Remigio Zammit Members: Mr. John Bottiglieri Dr. Celine Quattromani Mr. Mario Sammut Ms. Maria Camilleri
Leg 12 PQ #22 Sitting 46 2013-07-08 Written · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – waste mormi fl-għelieqi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid huwiex infurmat illi fis-snin li għaddew l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kellha tintervjeni, wara li s-sid tar-razzett li jinsab fi Triq San Tumas ġewwa Ħal Tarxien, tefa' fl-għelieqi tal-madwar ir-razzett tiegħu, cow waste bi ksur tal-liġi, u li dan l-istess waste kien jitħalla ġimgħat jinxef u wara jiġi trasportat, b'konsegwenzi serjissimi għall-mijiet ta' residenti tal-madwar? Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-awtorità li taqa' taħtu hijex qed tissorvelja s-sitwazzjoni mill-viċin, speċjalment issa li dieħel is-sajf? Jista’ jgħid x'passi u xi prevenzjoni qed jittieħdu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 2594.
Leg 12 PQ #23 Sitting 46 2013-07-08 Written · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

waste mormi fl-għelieqi

Question

Fid-dawl tal-fatt li mijiet ta' residenti qegħdin isofru minn inkonvenjent kontinwu minħabba razzett, u fiċ-ċirkostanzi li nbdew proċeduri legali mill-Ministeru tas-Saħħa kontra s-sid tar-razzett li hemm fi Triq San Tumas Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan ir-razzett fil-preżent huwiex qiegħed jopera kontra l-liġi minħabba l-fatt li m'għandux demmiela kif titlob l-istess liġi? Jekk iva jista' jgħid x'passi u x'moniteraġġ qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jiġu protetti l-interessi tar-residenti tal-madwar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jikkonferma li r-razzett kif indikat m’għandux demmiela kif titlob il-liġi iżda proċeduri legali fil-konfront ta’ sid ir-razzett kienu nbdew minn uffiċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fis-6 ta’ Lulju 2012, dwar akkumuli ta’ ħmieġ tal-baqar u dan wara li s-sid kien ġie avżat diversi drabi kif ukoll ngħata żmien raġonevoli sabiex ineħħi dawn l-akkumuli ta’ ħmieġ u li fil-fatt kien baqa ma neħħiex. Saret spezzjoni oħra fuq il-post minn uffiċċjal ta’ dan id-Direttorat fit-8 ta’ Lulju 2013 fejn ġie nnotat li qed jitneħħa xi demel antik mir-razzett. Dan il-każ għadu qiegħed jinstema quddiem il-Qorti u qiegħed appuntat għas-seduta tal-15 ta’ Novembru 2013.

Ilmenti dwar razzett

Question

Fid-dawl tal-fatt li mijiet ta' residenti qegħdin isofru minn inkonvenjent kontinwu minħabba razzett, u fiċ-ċirkostanzi li nbdew proċeduri legali mill-Ministeru Biedja, u Sajd u Drittijiet tal-Annimali (ex MRRA) kontra s-sid tar-razzett li hemm fi Triq San Tumas ġewwa Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan ir-razzett fil-preżent huwiex qiegħed jonora l-obbligi kollha kif titlob il-liġi? Jista' l-Ministru jgħid x'passi u x'moniteraġġ qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jiġu protetti l-interessi tar-resident tal-madwar? Jista’ jgħid jekk għandux pjanijiet sabiex dan ir-razzett jiġi rilokat band’oħra?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mis-Segretarjat Parlamentari li iva, din hi s-sitwazzjoni li writna mil-Gvern preċedenti u dan il-każ ilu għaddej numru ta’ snin u qatt ma sar xejn. Fil-ġejjieni, l-ħsieb tal-Gvern huwa li jmexxi l-proġett tar-relokazzjoni tal-irziezet.
Leg 12 PQ #929 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata — tkabbir

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess amministrattiv sabiex ikun hemm tkabbir taċ-Ċimiterju tal-Addolorata li kien inbeda fil-leġiżlatura li għaddiet?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li t-tender għall-iskavar u l- kostruzzjoni ta' oqbra fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata issa ġie evalwat u qiegħed id-dipartiment tal-kuntratti biex tittieħed deċiżjoni dwar l-għoti tiegħu. L-applikazzjoni għal din l-estensjoni li saret mal-MEPA issa ġiet approvata.

Skejjel primarji u sekondarji — Għalliema kwalifikati u gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi eżerċizzju biex isir magħruf jekk hux se jkun hawn nuqqas ta' għalliema kwalifikati u gradwati fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-istat fis-snin li ġejjin? Huwa meqjus li qed jidħlu biżżejjed żgħażagħ isegwu l-korsijiet fil-fakultà tal-edukazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li ta' kull sena id-Direttorat jagħmel eżerċizzju biex jara kemm se jkun in-numru ta' għalliema ta' kull settur/suġġett li jkunu se jirtiraw. Jittieħed in konsiderazzjoni ukoll in-numru ta' għalliema li jista' jkun se jirriżenjaw jew joħorġu b'xi forma ta' leave (Parental/Maternity/eċċ.). Dan ta' l-aħħar isir biex jiġu studjati xejriet li jkunu seħħew matul l-aħħar snin. B'dan il-mod id-Direttorat ikollu stampa ta' liema settur/suġġett jista' jkun li ser ikun hemm bżonn ta' għalliema fihom. Qed jidħlu biżżejjed żgħażagħ isegwu l-korsijiet fil-fakulta` tal-Edukazzjoni.

Nuqqas ta' ugwaljanza fuq il-postijiet tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'tagħrif għandu l-Gvern dwar in-nuqqas ta' ugwaljanza li għadha teżisti fuq il-post tax-xogħol għan-nisa f'dak li għandu x'jaqsam ma' livell ta' dħul u kundizzjonijiet oħra ta' xogħol? X'differenza hemm fis-salarji bejn irġiel u nisa għall-istess xogħol u fl-istess grad?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija parlamentari għandha tingħata mill-Ministru konċernat.

MCAST — Kors tal-ICT - dropouts

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Ottubru 2012 sa Mejju 2013, kemm kien hemm drop-outs ta' studenti mill-iskola tal-informatika u komunikazzjoni tal-MCAST f'kull kors bl-istatistika mogħtija separatament: i) mill-istitut innifsu ii) miċ-ċentri ta' taħriġ privati li jipprovdu kors tal-MCAST?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel primarji — Facilitators - Talbiet Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal fi skejjel primarji li qed jistennew li jingħataw facilitator biex ikollhom l-għajnuna meħtieġa biex ma jaqgħux lura?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 29 tfal jistennew li jingħataw Learning Support Assistant.
Leg 12 PQ #934 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxa tad-Dħul — refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn l-2008 u l-2012 kemm kien hemm refunds mogħtija liċ-ċittadini mid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dħul li kien ilhom pendenti għal ħafna snin?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra

Akkomodazzjoni soċjali — applikanti

Question

Peress li l-Ministru ġiet ikkwotata li qalet li hemm 3,800 persuna jistennew biex jingħataw akkomodazzjoni soċjali, tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar l-ammont ta' applikanti lokalità b'lokalità f'Malta u Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien qatt ma semmejt il-figura ta' 3800 imma ta 2848. Din hija l-figura tan-numru ta' applikazzjonijiet ta persuni jistennew biex jingħataw akkomodazzjoni soċjali li sibt kif dħalt f’dan il-Ministeru. L-Awtorita’ tad-Djar sal-lum għandha 3,003 applikazzjoni għall-akkommodazzjoni alternattiva. L-informazzjoni dwar l-ammont ta’ applikanti lokalità b’lokalità f’Malta u Għawdex hija murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Meja tal-Kamra

Għawdex — Djar residenzjali għal persuni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot biex tinfetaħ l-ewwel dar residenzjali f'Għawdex għall-persuni b'diżabilità tnaqqas minn €500,000 għal €300,000, u dan meta l-Gvern għandu wegħda espressa li matul din il-leġiżlatura jiftaħ djar fil-komunità għall-persuni b'diżabilità kollha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kummissjoni dwar l-Użu tad-Droga u Alkoħol — rapport

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ir-rapport konkluż mill-Kummissjoni dwar l-Użu tad-Droga u Alkoħol, wara konsultazzjoni wiesgħa ħafna u bis-sehem ta' diversi esperti, dwar sistema ġdida kif jiġu trattati persuni li jinqabdu jużaw id-droga l-ewwel darba hux se jiġi adottat, u jekk le x'direzzjoni se tittieħed f'dan il-qasam?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tħalliet f’forma ta’ draft għal snin sħaħ, dwar il-politika nazzjonali dwar l-alkohol kif wkoll l-proposta dwar il-proċedura li għandha tithaddem meta persuna tkun abbuzat mid-droga għall-ewwel darba, qedgħin għal konsiderazzjoni tal-Ministeru u se jittieħdu deċizjonijiet fil-futur qarib.

Kummissjoni dwar l-Użu tad-Droga u l-Alkoħol — politika nazzjonali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-politika nazzjonali dwar l-użu tal-alkoħol li ġiet ippreparata mill-Kummissjoni dwar l-Użu tad-Droga u l-Alkoħol, wara konsultazzjoni wiesgħa u bis-sehem ta' esperti, jista' l-Ministru jgħid jekk hix se tiġi adottata minn dan il-Gvern u jekk le x'direzzjoni se tittieħed f'dan il-qasam?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari numru 1207.

Post tal-Gvern — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara li l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jingħata prijorità peress li ilha diversi snin tistenna post tal-housing?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar is-17 t’ Ottubru, 2007. Hija għandha żewġt itfal u toqgħod ġo post mikri mis-settur privat fejn tħallas kera ta’ €4,080 fis-sena. Hija applikat ukoll għall-Iskema ta’ sussidju fuq il-kera fil- 11 ta’ Gunju 2013 u l-applikazzjoni tagħha għadha qed tiġi pproċessata. L-ewwel lokalita’ preferuta tagħha hija B’Kara. Hija tibbenefika mill-assistenza soċjali u d-dħul tagħha għas-sena 2012 kien jammonta għal €6,780.10. L-applikazzjoni tagħhha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — membri tal-bordijiet - Remunerazzjoni u Benefiċċji

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1554 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – konsulenzi mill-1998

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar, u għalhekk, tingħata risposta f'seduta oħra.