Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Deputy chief of staff/head of secretariat
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hu/hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tiegħu u/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fejn applikabbli?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi m’għandix Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat.
Ministeru għall-Finanzi — Deputy chief of staff/head of secretariat
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hu/hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tiegħu u/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fejn applikabbli?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħaraf lill-Onorevoli Nterpellant illi fir-rigward tal-Ministeru għall-Finanzi , ir-risposta hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni li ġejja, sena b'sena, minn mindu ddaħħlet is-sistema tas-CVA fil-Belt Valletta: Kemm kien hemm vetturi li ma weħlux CVA charges għaliex fl-ebda istanza ma daħlu fiż-żona tas-CVA tal-Belt Valletta? Kemm kien hemm vetturi li għalkemm daħlu fiż-żona tas-CVA tal-Belt Valletta, ma weħlux CVA charges? Kemm kien hemm vetturi eżenti għaċ-charges tas-CVA? Kemm kien hemm vetturi li ħallsu bejn €0.01 u €40 f'CVA charges f'sena? Kemm kien hemm vetturi li ħallsu bejn €40 u €50 f'CVA charges f'sena? Kemm kien hemm vetturi li ħallsu aktar minn €50 f'CVA charges f'sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tinbidel il-prassi biex learning support assistants li jiksbu l-kwalifika rikjesta jkunu jistgħu jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom b’mod immedjat minflok li jistennew biex toħroġ sejħa biex iseħħ dan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li mhemmx ħsieb li tinbidel il-prassi. Peress li dawn ikunu mpjegati bħala Supply Learning Support Assistants, ikunu jridu japplikaw permezz ta' sejħa tal-Public Service Commission biex jidħlu fi grad ieħor ta' Learning Support Assistant I jew Learning Support Assistant II. Jekk jibqgħu mpjegati bħala Supply Learning Support Assistants għal aktar minn erba' snin, dawn jingħataw kuntratt indefinit bħala Supply LSA.
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hawn f’Malta learning support assistants li għandhom il-kwalifika neċessarja u għandhom l-impjieg tagħhom regolarizzat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-Learning Support Assistants kollha, jiġifieri 381 Learning Support Assistant I u 536 Learning Support Assistant II, għandhom il-kwalifika neċessarja jiġifieri Ċertifikat jew Diploma fl-Edukazzjoni Inklussiva u għandhom impjieg regolarizzat peress li s-sejħa tagħhom ħarġet mill-Public Service Commission u huma uffiċjali pubbliċi.
Infurmat ukoll li fl-iskejjel tal-Knisja hemm 66 Learning Support Assistant I u 211 Learning Support Assistant II filwaqt li fl-iskejjel Indipendenti hemm 1 Learning Support Assistant I u 6 Learning Support Assistant II.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn f’ Malta supply learning support assistants li qegħdin f’impjieg? Kemm minnhom qed jagħmlu taħriġ biex jiksbu kwalifika rikonoxxuta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li bħalissa hawn 767 Supply Learning Support Assistants fl-impjieg mad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi.
Fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti hemm 386 u 118 Supply Learning Support Assistants fl-impjieg rispettivament.
Infurmat ukoll li hemm 67 Supply Learning Support Assistants li huma fl-iskejjel tal-Istat u 21 Supply Learning Support Assistants li huma ma' Non State Schools li qed jistennew l-aħħar riżultati biex jiksbu kwalifika rikonoxxuta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu t-total ta’ learning support assistants jaħdmu f’Malta (b’ mod regolari jew bħala supply)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' Learning Support Assistants (kemm regolari u supply) li jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat f'Malta huwa ta' 1592.
Infurmat ukoll li fl-iskejjel tal-Knisja hemm 663 Learning Support Assistants filwaqt li fl-iskejjel Indipendenti hemm 125.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u fil-każ kemm, jinħtieġux jiġu impjegati aktar learning support assistants biex tintlaħaq id-domanda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li bħalissa ma hemm ebda vakanza ta' Learning Support Assistant fl-iskejjel statali. Madankollu, bħalissa għaddej eżerċizzju sabiex ikun magħruf kemm il-Learning Support Assistant hemm bżonn jiġu ngaġġati. Għaldaqstant, bħalissa għaddej ukoll proċess ta' għażla.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li għandhom learning support assistant? Kemm minn dawn għandhom shared learning support assistant?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li fl-iskejjel tal-Istat bħalissa hawn 2943 tifel u tifla li għandhom Learning Support Assistant (LSA). Minn dawn 519 għandhom support fuq bażi shared.
Fl-iskejjel tal-Knisja hemm 1095 student li għandhom Learning Support Assistant. Minn dawn 608 għandhom support fuq bażi shared.
Fl-iskejjel Indipendenti hemm 174 student li għandhom Learning Support Assistant, li minnhom 104 għandhom support fuq bażi shared.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ulied ta' ġenituri barranin (it-tnejn barranin) li jitwieldu f'Malta jiġux ukoll reġistrati f'xi reġistru f'Malta? Kemm kien in-numru ta' dawn it-tfal li ġew reġistrati matul l-aħħar għaxar snin, sena sena? Kemm minnhom kienu subien u kemm kienu bniet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant lir-Reġistru Pubbliku jikkonferma li jirreġistra ulied ta' ġenituri barranin (it-tnejn barranin) li jitwieldu f'Malta. Madanakollu ma jirreġistrax in-nazzjonalità tal-ġenituri li jwelldu trabi f’Malta jew f’Għawdex.
Fit-tabella t’hawn taħt, jidhru n-numru ta’ tfal reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta u t’Għawdex, liema ġenituri huma imwielda barra minn Malta u Għawdex matul l-aħħar għaxar snin.
Sena
Subien (Malta)
Bniet (Malta)
Subien (Għawdex)
Bniet (Għawdex)
Total
2003
99
102
3
6
210
2004
84
85
12
13
194
2005
89
74
9
10
182
2006
110
105
7
13
235
2007
112
117
5
7
241
2008
133
144
11
14
302
2009
163
130
4
5
302
2010
156
135
5
8
304
2011
204
214
12
7
437
2012
245
248
12
8
513
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-pjanti li jinxtraw mil-land registry ikunu aġġornati skont il-Pjanti tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jieħu l-passi neċessarji biex dawn l-istess pjanti jibda jkun possibbli li jinxtraw online mill-uffiċċji tal-periti/nutara, bħalma hu possibbli li wieħed jixtri l-pjanti tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Ġunju tal-2011, il-MEPA kienet għaddiet l-aħħar aġġornament ta’ pjanti lir-Reġistru tal-Artijiet. Minn dakinhar ‘l hawn ma saru l-ebda aġġornamenti oħra.
Il-possibilità li l-pjanti jkunu aċċessibli online ġiet ikkunsidrata kemm-il darba fil-passat. Minħabba l-ħsieb li kellu jiġi introdott l-Att dwar ir-Reġistru Ċentrali u miegħu, sistema elettronika moderna sabiex dan l-Att ikun jista’ jiġi implimentat, ma nħassx li jkun prudenti u vijabbli finanzjarjament li jsiru modifiki maġġuri tas-sistema kompjuterizzata li preżentament tintuża fir-Reġistru tal-Artijiet biss imma li kellu jsir eżerċizzju ħolistiku. Madankollu ir-Reġistru tal-Artijiet se jkompli jinsisti dwar l-immodernizzar tas-sistema kompjuterizzata tar-Reġistru u tat-tqegħid tiegħu online.
Reċentement saru wkoll diskussjonijiet ma’ rappreżentanti tal-Kunsill Notarili sabiex tiġi diskussa l-inizzjattiva li l-pjanti jitpoġġew online flimkien ma’ inizzjattivi oħra bl-iskop li jiġu esplorati dawn il-possibilitajiet msejsa fuq lil-modernizzar fl-istess Reġistru tal-Artijiet. Aktar diskussjonijiet huma mistennija.
Billi dehru xi reklami li jitolbu li l-privat jipprovdi 300 sodda biex ikunu jistgħu jintużaw minn anzjani, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk it-talba hix maħsuba li tkun għal post wieħed jew inkella maqsuma f'diversi lokalitajiet? F’kull każ, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet hu maħsub li hemm l-iktar bżonn ta' dawn il-faċilitajiet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sallum ma kienu ppubblikati ebda riklami f'dan ir-rigward.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li għandhom talba pendenti mal-Gvern biex jingħataw l-għajnuna ta' servizz ta' home help, lokalità lokalità, madwar Malta u Għawdex?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Billi f'risposta preċedenti għal dak li jikkonċerna talbiet pendenti għal stallazzjoni ta' speed cameras, l-ispeed camera tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar mhix imniżżla bħala waħda li qed tistenna li tiġi stallata, jista’ l- Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema stadju tinsab din il-camera, almenu f’dak li jikkonċerna Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3336.
Billi xi ġimgħat ilu kien hemm rapport fil-media lokali dwar allegat użu tal-glysophate fuq prodotti agrikoli minn bdiewa Maltin, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi ħa l-Ministeru dwar l-istess rapporti u l-konsegwenzi tagħhom?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi tal-Urban Improvement Funds tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) preżentement allokati lill-Kunsill Lokali tal-Imqabba? Kemm minn dawn il-fondi huma committed diġà u għal liema proġett? Kemm fadal fondi li għadhom mhux committed?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi tal-Urban Improvement Funds tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) preżentement allokati lill- Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop? Kemm minn dawn il-fondi huma committed diġà u għal liema proġett? Kemm fadal fondi li għadhom mhux committed?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi tal-Urban Improvement Funds tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) preżentement allokati lill- Kunsill Lokali tal-Qrendi? Kemm minn dawn il-fondi huma committed diġà u għal liema proġett? Kemm fadal fondi li għadhom mhux committed?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi tal-Urban Improvement Funds tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) preżentement allokati lill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq? Kemm minn dawn il-fondi huma committed diġà u għal liema proġett? Kemm fadal fondi li għadhom mhux committed?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi tal-Urban Improvement Funds tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) preżentement allokati lill- Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi? Kemm minn dawn il-fondi huma committed diġà u għal liema proġett? Kemm fadal fondi li għadhom mhux committed?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.