Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma x-xogħlijiet li qed isiru bħalissa fil-bandli ta' Triq Parades San Pawl il-Baħar, mill-Kunsill lokali jew minn xi għaqda oħra? X'xogħol ieħor hu mistenni li jitwettaq fl-istess post fil-futur? Liema applikazzjonhijiet pendenti għandu l-kunsill għal dan is-sit?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li bħalissa għaddej xogħol ta’ manutenzjoni regolari fil-lattrini pubbliċi fil-bandli ta’ Triq Parades. Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali mistenni li jkompli bl-istess proġett għall-istess sit, hekk kif pjanat mill-Kunsilli preċedenti.
Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti turistiċi mistennija jibdew din is-sena b'fondi mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet se jsiru dawn il-proġetti u f'kull każ fiex jikkonsistu?
Response (VELLA, KARMENU)
Il-gvern qiegħed ikompli jaħdem fuq proġetti turistiċi li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea, fosthom il-proġett ta’ restawr tal-fortifikazzjonijiet, il-proġett tal-akkwarju pubbliku fil-Qawra li huwa parti mill-proġett ta’ titjib fiż-żoni turistiċi, il-proġett ta’ konservazzjoni tal-wirt arkeoloġiku fil-Ġgantija, fit-Tempji ta’ Ħal Tarxien u l-Katakombi ta’ San Pawl, kif ukoll il-proġett tal-Forti ta’ Sant’Anġlu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familji li s'issa huma liċenzjati biex iżommu studenti barranin magħhom u kif jitqabbel dan in-numru mal-istess perjodu tas-sena l-oħra?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sat- 2 ta’ Mejju 2013 n-numru ta’ familji liċenzjati biex iżommu studenti barranin magħhom huwa ta’ sitt mija ħamsa u sittin (665).
Niġbed l-attenzjoni li din l-informazzjoni fin-norma ma’ tinġabarx xahar b’xahar, minkejja dan nista nikkonferma li sa’ l-aħħar ta’ Lulju ta’ 2012 kien hemm elf u hdax (1011) il-familja liċenzjati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet non-governattivi li għandhom impjegati taċ-Ċivil sekondati magħhom? Liema huma dawn l-għaqdiet non-governattivi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li preżentement hemm wieħed u tletin (31) Organizzazzjoni Volontarja li għandhom uffiċjali pubbliċi rilaxxati magħhom.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-Organizzazzjonijiet Volontarji, hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Korporazzjoni Enemalta qed tieħu passi minn qabel, u għal kemm tul, biex tixtri ż-żejt b'mod li kemm jista' jkun ma tintlaqatx ħażin mill-prezz taż-żejt?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta hija vigilanti u għandha strateġija illi jekk ikun hemm opportunitajiet fis-suq taż-żejt, tintervjeni biex tnaqqas ir-riskju fuq il-volatilità tal-prezz taż-żejt. Dan il-process huwa mmexxi minn Risk Management Committee.
Peress li għadna naraw tfal ta' età żgħira ġejjin u sejrin l-iskola b'basktijiet ta' piż u daqs eżaġerat fuq daharhom, jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi konkreti ttieħdu matul din is-sena skolastika u se jittieħdu f’dik li se tibda iktar tard din is-sena biex ma ssirx ħsara lis-saħħa tat-tfal bil-piż eżaġerat li jġorru fuq daharhom minn u lejn l-iskola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-iskejjel ingħataw direzzjoni mid-Direttorati Edukattivi dwar il-piż tal-basktijiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-Ċirkolari li nħarġet f'dan ir-rigward. L-iskejjel għandhom isegwu dawn il-proċeduri li għadhom fis-seħħ għal din is-sena skolastika u anke ta' warajha.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – konsulenzi mill-1998
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-informazzjoni mitluba ser tingħata f 'seduda oħra.
Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma – konsulenzi mill-1998
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tirrikjedi ammont ta’data, u għaldaqstant tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Famlija u Solidarjetà Soċjali – konsulenzi mill-1998
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (DALLI, HELENA)
Jien informata li dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru ħarġu 53 kuntratt ta’ konsulenza għal valur totali ta’ Euro 1,001,301.25, mill-1998 sal-lum.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni dettaljata kif mitluba mill-Onor Interpellant.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1051, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux policy dwar l-persentaġġ minimu ta' nisa li għandu jkun hemm f' kull bord appuntat mill-Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 1241. L-informazzjoni tkun tista’ tigi kkompilata ġaladarba l-proċess ikun ġie konkluż.
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fuq il-każ li l-Kummissjoni Ewropea qed tmexxi kontra Malta dwar il-pensjoni tas-servizzi issa li għaddew aktar minn xahrejn minn meta l-Gvern qal li qed jevalwa s-sitwazzjoni?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk minn Marzu sal-lum kellhiex laqgħat ma' rappreżentanti ta' pensjonanti dwar il-każ li fetħet il-Kummissjoni Ewropea kontra Malta dwar il-pensjoni tas-servizzi? X'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru tagħha dwar dan il-każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum ma saret ebda laqgha ma’ xi ghaqda tal-pensjonanti appositament dwar din il-materja ghalkemm gieli ssemmiet f’xi laqghat. Il-posizzjoni tal-Gvern sa issa hija li jiddefendi l-kaz tal-Kummissjoni Ewropeja kontra Malta.
Nadur (Għawdex) Triq Rabat – periklu minn ħajt ta’ lqugħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jittieħdu passi biex jiġi żgurat li m’hemmx periklu mill-ħajt ta' lqugħ li hemm fi Triq Rabat fin-Nadur, eżattament fil-post imsejjaħ Ħdejn il-Għajn, peress li jidher li hemm konsenturi li matul l-aħħar xitwa żdiedu mhux ftit?
Response (REFALO, ANTON)
Minsab infurmat li l- hajt ta' lqugħ fil-post imsejjah il-Ghajn li hemm fi Triq ir-Rabat fin-Nadur qiegħed jiġi mmonitorat biex jiġi stabilit jekk hemmx ċaqlieq fil-ħajt u b'hekk jiġi deċiż x' intervent hemm bżonn fuq dan is-sit.
Nadur (Għawdex) – Triq l-Imġarr – Playing Field — periklu minn ħajt ta’ lqugħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jittieħdu passi biex jiġi żgurat li m’hemmx periklu mill-ħajt ta' lqugħ li hemm fi Triq l-Imġarr fin-Nadur, eżattament il-ħajt tal-playing field, peress li jidher li hemm konsenturi li fl-aħħar xhur jidher li żdiedu sew?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li s-sit imsemmi ġie mgħoddi lill-Kunsill Lokali tal-lokalità tan-Nadur permess ta' fthim li sar fid-19 ta' Diċembru 2000.
Nadur (Għawdex) – Wied ta’ San Blas – xogħlijiet fuq ħajt
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsir xi xogħol fuq il-ħajt li jagħti għal fuq il-Wied ta' San Blas fi Triq it-Torri Sopu, Nadur, peress li jidher li taħt dan il-ħajt hemm blat li qed iċedi bil-periklu li ċċedi parti mit-triq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li tajt struzzjonijiet biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — kompożizzjoni tal-bordijiet ta' entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub rigward il-WasteServ, miġbur f’tabella.