Legislature:
Category:
Reset
Active:

Emendi fil-Protokoll ta’ Kyoto

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istrateġija li twassal sabiex jintlaħqu l-miri tat-tnaqqis ta' emissjonijiet li Malta ntrabtet li jintlaħqu bl-iffirmar riċenti mill-Kabinett tal-Ministri Maltin tal-Protokoll ta' Kyoto għall-perijodu 2013-2020?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tnaqqis ta’ emissjonijiet serra, Malta hija marbuta mal-miri li ġew maqbula bħala parti mill-hekk imsejjaħ ‘climate and energy package’tal-Unjoni Ewropea maqbul fl-2009. Dawn jiffurmaw parti mill-pakkett ta’ miżuri li permezz tagħhom l-Unjoni Ewropea bħala blokk qed timmira li tilħaq il-mira tagħha ta’ tnaqqis ta’ 20 fil-mija fl-emissjonijiet meta mqabbel mal-1990. L-istrateġija preżenti hija dik diskussa u maqbula f’dan il-Parlament f’Settembru 2009.

servizz ta' learning support assistants — talbiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li għadhom qed jistennew learning support assistant minkejja li ġew approvati mill-iStatementing Moderating Panel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li bħalissa hemm 32 tifel u tifla li ġew approvati mill-Istatementing Moderating Panel u li qed jistennew li jiġu assenjati Learning Support Assistant.

Statementing Moderating Panel – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-iStatementing Moderating Panel? Kemm minn dawn huma applikazzjonijiet mis-settur statali u minn dak tal-Knisja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Statementing Moderating Panel – applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet quddiem l-iStatementing Moderating Panel minn Marzu 2013 sa Ġunju 2013? Kemm minn dawn ġejjin mis-settur statali u kemm minn dak tal-Knisja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

learning support assistants — impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mil-learning supports assistants huma impjegati mal-Gvern? Kemm minnhom huma impjegati ma’ skejjel tal-Knisja? Kemm minnhom huma impjegati ma’ skejjel indipendenti? F’liema skejjel u kulleġġi jaħdmu dawn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li bħalissa hawn 1742 Learning Support Assistant (LSA) li huma impjegati mal-Gvern. Infurmat ukoll li fl-iskejjel tal-Knisja hemm 663 LSA filwaqt li fl-iskejjel Indipendenti hemm 125. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi li juru dawn il-Learning Support Assistants f'liema skejjel jaħdmu.

learning support assistants

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mil-learning support assistants kollha li hawn jaħdmu f’Malta huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? X’inhuma l-kategorija tal-etajiet ta’ dawn il-learning support assistants?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #3399 Sitting 48 2013-07-10 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

learning support assistants — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi n-nefqa totali tal-Gvern fuq learning support assistants bħalissa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u jingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #3456 Sitting 48 2013-07-10 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunċert bla ħlas

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex il-kunċert tat-tenur Joseph Calleja fuq il-fosos ikun miftuħ għall-pubbliku mingħajr ħlas? Jista' jispeċifika kemm se jħallas il-Gvern lill-organizzaturi sabiex il-membri tal-udjenza li se jkunu bilwieqfa jidħlu b'xejn? Jista' jgħid kemm tneħħew postijiet standing potenzjali mill-pjan oriġinali tal-organizzaturi tal-kunċert sabiex jinbiegħu biss il-biljetti għas-siġġijiet u l-kumplament jidħlu b'xejn?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa’ llum għad m’hemm l-ebda ftehim iffirmat.

Caritas – għajnuna mill-gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux se jżid l-għajnuna lill-Caritas mis-sena d-dieħla ’l quddiem sabiex din l-organizzazzjoni tkun tista’ tkopri l-ispiża tal-operat tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

akkomodazzjoni soċjali — allokazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm bi ħsiebha talloka postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali għal kull sena minn din is-sena 2013 sas-sena 2017?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #3466 Sitting 48 2013-07-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

produzzjonijiet awdjoviżivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista tal-produzzjonijiet awdjoviżivi kollha li ġew ikkummissjonati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum? Għal kull wieħed jista’ jgħid x’kienet it-tema tal-produzzjoni, kemm swiet u x’kien il-proċess li bih intgħażel min tqabbad biex jagħmel il-produzzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Skejjel – proġett biex jitwassal il-fibre

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ implimentazzjoni tal-proġett biex jitwassal il-fibre f’kull skola primarja u sekondarja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li dan il-proġett kienet responsabbli minnu l-MITA, li taqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar. Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Proġett tal-eLearning

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ implimentazzjoni tal-proġett tal-eLearning?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-eLearning għandu diversi friegħi li qed ikomplu jiġu żviluppati skont il-policies ta’ SmartLearing u proposti ġodda oħra. 1 Il-pjattaforma virtwali msemmija iLearn (Fronter) issa hija fil-post u bdiet titħaddem mill-għalliema tal-iskejjel primarji tal-Istat u l-istudenti, filwaqt li għadu kif spiċċa t-taħriġ kollu lill-għalliema fl-iskejjel sekondarji. Fadal biss l-iskejjel sekondarji għolja f’Għawdex u n-Naxxar u numru żgħir ta’ għalliema li ma setgħux jattendu matul is-sena minħabba lif tal-maternità. 2. FL-2012 ġie ffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Ministeru u l-MUT dwar l-użu tal-Fronter mill-għalliema tal-primarja. Bħalissa qed jiġi konkluż il-Memorandum għall-għalliema tas-sekondarja. 3. Kontenut diġitali għall-iskejjel sekondarji biex jintuża fuq il-pjattaforma virtwali qiegħed fl-istadju tal-bidu ta’ implimentazzjoni filwaqt li l-offerta għal kontenut diġitali għall-iskejjel Primarji qiegħda fi stadju ta’ ġudizzju. 4. Il-klassijiet kollha tal-Istat għandhom Interactive whiteboard imwaħħal u l-għalliema qed jagħmlu użu minnu b’mod regulari, flimkien mal-laptop li għandhom. 5. Kumitat dwar id-Digital Literacy sawwar qafas għat-tliet snin li ġejjin għall-konsiderazzjoni tal-Ministeru bħala parti mill-Istrateġija Nazzjonali tal-litteriżmu għal kulħadd. 6. Iddaħħal networking lokali (LAN) fl-iskejjel kważi kollha primarji, sekondarji u speċjali, li tejjeb sew il-kwalità tas-servizz. Il-ftit skejjel li fadal isirilhom ix-xogħol skond id-deċizjoni final dwar l-użu tal-binjiet bħala skejjel.

Infringement notice mill-Kummissjoni Ewropea kontra Malta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex tikkonsisti l-infringement notice li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea kontra Malta fir-rigward tat-tnaqqis mill-Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Socjali? Fiex wasal il-proċess ta' din l-infringement notice?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm ebda zviluppi godda minn meta il-Kummissjoni Ewropea harget komunikat pubbliku dwar dan il-kaz fil-21 ta’ Marzu 2013. Ghal daqstant ghad mhux maghruf ezatt u fid-dettall fuq liema punti il-Kummissjoni Ewropea qed tibbaza l-argumenti taghha.

Infringement notice kontra Malta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-po¿izzjoni tal-Gvern rigward l-infringement notice maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea kontra Malta fir-rigward tat-tnaqqis mill-Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Socjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba moghtija minni ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 1958, cioe li l-posizzjoni tal-Gvern sa issa hija li jiddefendi l-kaz tal-Kummissjoni Ewropeja kontra Malta.

Buġibba — Water park – ilqugħ mix-xemx

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra l-possibbiltà li fil-post fejn hemm il-water park ikun hemm ukoll xi forma ta’ lqugħ mix-xemx kemm għat-tfal infushom kif ukoll għall-ġenituri li jakkumpanjawhom? Kemm hu n-numru ta' nies li qed jaħdmu f'dan il-park preżentement?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li b’żieda mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqisja Parlamentari Nru 2452, ser ikun hemm cleaner u 2 uffiċjali tas-sigurta kuljum. Ninsab infurmat ukoll li kemm it-tfal, kif ukoll min ikun qed jakkumpanjhom qed ikunu pprovduti lqugħ mix-xemx sakemm idumu jistennew biex jidħlu ġewwa l-park. Kull sezzjoni ġewwa l-park ma ddumx aktar minn għoxrin minuta u t-tfal ikunu l-ħin kollu taħt, jew imxarrbin bl-ilma.
Leg 12 PQ #3525 Sitting 48 2013-07-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar MAter Dei — Applikazzjonijiet mal-MEPA - swali ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk is-swali li dwarhom tkellem is-segretarju parlamentari responsabbli mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, u li suppost se jkunu lesti sal-aħħar tal-2015 humiex swali ppjanati ġodda, jew b'mod differenti mill-Gvern preżenti jew li kienu diġà maħsuba mill-Gvern preċedenti? Jista' jagħti tagħrif dwar meta saru l-applikazzjonijiet relevanti mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, u meta ħarġu l-permessi jekk inhu l-każ li l-permessi diġà ħarġu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għall-fondi tal-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett ġiet sottomessa lill- Planning & Priorities Co-ordination Divison (PPCD) fit 29 ta’ Ottubru 2012. Din l-applikazzjoni ġiet approvata fit 3 ta’ Lulju 2013. L-applikazzjoni għal dan l-iżvilupp ġiet sottomessa lill-MEPA f’Awwissu 2012 u l-proċess sabiex jinħareg il-permess għadu għaddej.
Leg 12 PQ #3534 Sitting 48 2013-07-10 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Birżebbuġa — Urban Improvement Funds

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi tal-Urban Improvement Funds tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) preżentement allokati lill-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa? Kemm minn dawn il-fondi huma committed diġà u għal liema proġett? Kemm fadal fondi li għadhom mhux committed?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Leg 12 PQ #3538 Sitting 48 2013-07-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MEPA – kunsilli lokali San Pawl il-Baħar — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-applikazzjonijiet għal xi forma ta' żvilupp li l-Kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar għandu pendenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Liema applikazzjonijiet tal-istess kunsill kienu approvati matul l-aħħar sentejn?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.