Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill tal-Arkivji Nazzjonali ġiex maħtur? Jekk iva, min hemm fuq il-bord? Jekk le, x'qed iżomm il-Ministru milli jwaqqaf dan il-bord?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-ħatra tal-bord saret u dawk maħtura qed jiġu nfurmati dawn il-ġranet.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ qabdiet ta’ sigaretti u/jew tabakk (illegali) li saru mill-Forzi tal-Ordni f’dawn l-aħħar ħames snin? Għal kull qabda jista’ jgħid meta din seħħet, minn liema Forza tal-Ordni saret (eż. Pulizija, Armata eċċ.), kemm inqabdu sigaretti u/jew tabakk illegali, x’passi legali ttieħdu u x’sar mis-sigaretti u/jew tabakk maqbuda?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin il-Forzi Armati għamlu ħames qabdiet ta’ sigaretti ‘illegali’. Dawn kollha seħħew fuq il-baħar b’interċessjoni tal-Patrol Boats tal-Iskwadra Marittima tal-Forza. Dawn il-qabdiet kollha ingħaddew lill-Pulizija li min-naħa taghhom ħadu il-passi legali neċessarji. Il-qabdiet imsemmija huma elenkati fit-tabella:
Ser No
(a)
Data
(b)
Isem tal-bastiment
(c)
Numru ta’ sigaretti
(d)
1
16 Dec 2008
Jane S
9,400
2
20 July 2011
Mae Yamnea
546,000
3
12 Aug 2011
Gently
1,990,000
4
1 Dec 2011
Crystal Starlight
126,000
5
17 Feb 2013
Sea Lioness
390,000
Total ta’ 3,075,400 sigarett.
Jista’ l-Ministru jgħid kif taħdem l-interazzjoni bejn id-Dwana u l-Forzi tal-Ordni f’każijiet ta’ qbid ta’ sigaretti u/jew tabakk illegali u x’jiġri mis-sigaretti u/jew tabakk illegali li jkunu nqabdu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat illi s-sigaretti u/jew tabakk illegali li jinqabdu mill-Forzi tal-Ordni jgħaddu lid-Dwana u wara l-eżitu tal-każ u s-sigaretti jiġu konfiskati, dawn jiġu distrutti taħt superviżjoni tad-Dwana ġewwa mpjanti awtorizzati li jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu dħul il-Gvern mit-taxxi kollha (sisa, dazju eċċ.) fuq is-sigaretti u/jew tabakk, sena b’sena, matul dawn l-aħħar 15-il sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm dipartimenti li s’issa daħlu s-sistema tal-eProcurement (www.etenders.gov.mt) kif ukoll jagħti l-lista sħiħa ta’ tenders li ġew ipproċessati permezz ta’ din is-sistema minn Jannar 2013 sal-lum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat illi d-dipartimenti li s'issa daħħlu s-sistema tal-eProcurement (www.etenders.gov.mt) huma sbatax (17). Il-lista sħiħa ta' tenders (mitejn u wieħed u tmenin (281)) li ġew ipproċessati permezz ta' din is-sistema minn Jannar 2013 sal-lum hija kif muri fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet b'kollox il-pubblicità, inkluż avviżi fil-gazzetti, social media, radios, stazzjonijiet tat-TV u media oħra, għas-sensiela ta' laqgħat ta' konsultazzjoni li saret mal-Ministri u Segretarji Parlamentari fil-Berġa ta' Kastilja u fil-Ministeru għal Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoi Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema aġenzija ħadet ħsieb il-pubbliċità kollha għas-sensiela ta' laqgħat ta' konsultazzjoni li saret mal-Ministri u Segretarji Parlamentari fil-Berġa ta' Kastilja u fil-Ministeru għal Għawdex? Kemm tħallset din l-aġenzija? Din ġiet magħżula wara sejħa għall-offerti jew kwotazzjonijiet, jew inkella b'direct order?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod konkret qed jaħseb il-Gvern li jgħin lis-sajjieda lokali?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li b’mod konkret il-Gvern ser jgħin lis-sajjieda billi għall-ewwel darba f’numru ta’ snin ħatar Segretarju Parlamentari politikament responsabbli għal dan is-settur u li bis-saħħa ta’ dan is-sajjieda u l-għaqdiet tagħhom qed ikollom kuntatt kontinwu mas-Segretarjat responsabbli għas-sajd.
Barra minn dan ġa beda ix-xogħol biex jitfassal il-qafas legali għat-twaqqif ta’ kunsill konsultattiv dwar is-sajd, b’rappreżentanza tal-kooperattivi u ta’ nies tekniċi u esperti f’dan is-settur.
Ninsab infurmat ukoll li diġa twaqqaf management committee kompost minn rappreżentanti tad-Dipartiment tas-Sajd u 2 kooperattivi biex ikun aċċertat li l-hardstand facility f’Marsaxlokk titmexxa b’mod ġust u trasparenti għall-beneffiċju tas-sajjieda li jagħmlu użu minha.
Inbeda wkoll xogħol preparatorju biex jitwettaq il-proġett tal-bini tal-breakwater, proġett li ilu jiġi mitlub mis-sajjieda. Dan ix-xogħol qed isir minbarra x-xogħol neċessarju biex is-sajjieda jkollom estenzjoni tas-servizzi diretti provduti fuq bażi ta’ 24/7 u tfassil ta’ pjanijiet li eventwalment iwasslu għal titjieb fl-infrastruttura fil-portijiet kif ukoll fil-bini tal-pixkerija l-ġdida.
Ninsab infurmat li qed isir ukoll ix-xogħol meħtieġ biex jiġu allokati flus taħt il-programm ġdid tal-UE għat-tisħiħ u żvilupp ta’ dan is-settur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il bajja għandna bi status ta’ Blue Flag u jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm iktar u fejn?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2012 f’Malta kellna sitt (6) bajjiet bi status ta’ Blue Flag.
Jista jkun li matul din is-sena waħda mill-bajjiet bl-istatus ta’ Beach of Quality tieħu ukoll l-istatus ta’ Blue Flag; fost dawn hemm; Fond Għadir tas-Sliema, Golden Bay il-Mellieħa u Paradise Bay Hotel Private Beach fil-Mellieħa ukoll.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija ta’ awdituri, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li s-sena l-oħra ngħatat kuntratt għall-internal audit fi Transport Malta wara sejħa pubblika għall-offerti, dan l-aħħar ingħatatx inkarigu addizzjonali għal xogħol ieħor fi Transport Malta li mhux kopert bl-imsemmi kuntratt, u jekk dan ix-xogħol addizzjonali li jidher li jinkludi wkoll audit dwar l-impjiegi jew promozzjonijiet li setgħu saru fi Transport Malta, ingħatax wara sejħa għall-offerti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ngħatax xogħol addizzjonali li mhux kopert mill-kuntratt imsemmi minnu lill-kumpanija ta’ awdituri li d-dettalji dwarha qed jintbghatu separatment.
Transport Malta — xogħlijiet minn kumpanija ta' awdituri
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija ta’ awdituri, lid-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ingħatatx jew hix se tingħata xi inkarigu jew xogħol fi Transport Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jippubblika s-sejħa għall-offerti li saret, jekk saret? Jekk fin-negattiv, jista’ l-Ministru jispjega l-preżenza tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, partner fid-ditta, fl-uffiċċji ta’ Transport Malta fil-jiem li għaddew?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-awdituri li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament ġew ingaġġati minn Transport Malta direttament u b’urġenza sabiex jassistu lill-istess Transport Malta f’każ miġjub kontriha fil-Qorti Ċivili fejn qed jintalbu danni li jistgħu jammontaw għal aktar minn sitt miljun Ewro. Dan ix-xogħol jinkludi evalwazzjoni dettaljata mill-aspett finanzjarju ta’ din it-talba.
Jista' l-Ministru jgħid x’infiq sar minn Transport Malta f’apparat bħal mobile phones, televisions u computers mill-10 ta’ Marzu sal-lum? Għal min inxtara dan l-apparat u ntalbu kwotazzjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hix se tiġi maqsuma fi tliet awtoritajiet distinti u separati, jiġifieri l-Awtorità Marittima, l-Awtorità għat-Trasport fuq l-Art u l-Awtorità għall-Avjazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm se tiġi tiswa din is-separazzjoni u x’se jsir mill-funzjonijijet orizzontali bħall-accounts, HR, strategy, IT u Enforcement li sal-lum iservu lill-Awtorità sħiħa? Jekk fin-negattiv, jista' jispeċifika b’mod ċar u mhux ekwivoku taħt liema ministeru taqa' Transport Malta peress illi jidher illi sal-lum hemm tal-inqas tliet Ministri u Segretarju Parlamentari wieħed li lkoll b’xi mod qed jivvantaw ġurisdizzjoni fuq il-marittimu u l-avjazzjoni? Fil-każ tal-avjazzjoni, jista' jgħid jekk dan jaqax taħt il-Ministru għat-Turiżmu u jekk fl-affermattiv jgħid għaliex il-Ministru għat-Trasport mar iżur id-Direttorat tal-Avjazzjoni fi ħdan Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent il-politika tal-Gvern hi li Transport Malta tibqa’ entita’ waħda. Bħala Awtorita’ u regolatur Transport Malta taqa’ taħt il-Ministeru tiegħi, filwaqt li l-Ministeru għat-Turiżmu u l-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar huma responsabbli mill-promozzjoni tas-settur tal-avjazzjoni u dak marittimu rispettivament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (REFALO, ANTON)
L-informazzjoni mitluba mill- Onorevoli Interpellant qieghda tingabar u risposta tinghata f' xi seduta ohra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenzi minn individwi jew kumpaniji
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lil individwi u/jew kumpaniji mill-2004 sal-lum mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — konsulenzi minn individwi jew kumpaniji
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lil individwi u/jew kumpaniji mill-2004 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba tinghata f'xi seduta ohra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — konsulenzi minn individwi jew kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lil individwi u/jew kumpaniji mill-2004 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u, għaldaqstant, tingħata tweġiba f'seduta oħra.
Ministeru għat-Turiżmu — konsulenzi minn individwi jew kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lil individwi u/jew kumpaniji mill-2004 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?