Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Proġetti inawgurati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li kienu inawgurati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi kienu dawn li ġejjin:-
(a) Proġett imniegħdi mill-MCA , flimkien ma’ St. Vincent de Paul Residence, il-Community Technology Learning Centre (CTLC) f’SVPR. It-tnehdija, li nżammet fit-2 ta’ Frar, ma involviet ebda spiża għall-MCA. L-
equipment
installat fis-CTLC (6 computers) kienu ġew donati. Dan is-CTLC kien komplut, u bħalissa qiegħed jiġi intużat.
Iċ-ċentru kien inawgurat mis-Segretarju Parlamentari (f’dak iz-zmien) għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, Hon. Mario Galea M.P.
(b) It-tqegħid tal-ewwel ġebla fil-
Lifesciences Centre
li saret nhar it-Tnejn 25 ta’ Frar, 2013 mill-Onor. Lawrence Gonzi, Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech.
Fiż-żmien tat-tqegħid tal-ewwel ġebla, it-tħejjijiet għall-pedamenti kienu qed iseħħu. Ix-xogħlijiet li fadal fuq il-proġett jinkludu l-bini tal-erba’ blokki, x-xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi,
finishes
u
landscaping
.
Il-pagamenti effettwati sal-25 ta’ Frar, 2013 laħqu € 6.7M, bil-bilanċ dovut ta’ € 25.5m skont il-
Grant Agreement
. L-ammonti huma mingħajr il-VAT.
Jista’ l-Ministru jgħid il-Gvern preċedenti kemm ivvota flus għall-iżvilupp sostenibbli fil-baġit 2013? Kemm ħadmu l-istrutturi sal-lum minn mindu għaddiet il-liġi dwar żvilupp sostenibbli fil-Parlament?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-baġit 2013 ma kien hemm l-ebda vot speċifiku sabiex jiġu eżegwiti partikolarment il-funzjonijiet ġodda msemmija fil-liġi tal-iżvilupp sostenibbli.
Tajjeb li wieħed jirreġistra li għalkemm in-nies fuq l-istrutturi li joħorġu mil-liġi dwar l-iżvilupp sostenibbli ġew appuntati riċentament, minkejja l-qari tal-liġi dwar l-iżvilupp sostenibbli sar fit-tieni nofs tal-2010, il-liġi nnifisa għaddiet mil-istadji kollha tal-Parlament f’Lulju tas-sajf li għadda, iżda l-ewwel ħatriet ta’ dawn l-istrutturi saru biss lejn tmiem is-sena l-oħra.
Fiċ-ċirkostanzi nixtieq nuri appreżament għall-kontribut li nies involuti taw f’dan iż-żmien limitat.
Peress li fl-istrateġija tiegħu l-Gvern preċedenti kien qal li kien determinat li jħaddem mekkaniżmu biex jiżgura li dawk il-Ministeri li ma jiġbdux ħabel wieħed dwar l-iskart kienu se jiġu ċċensurati mill-Kabinett, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan sarx?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Prim Ministru.
Peress li l-istrateġija dwar l-iskart kienet titlob li kull Ministeru u stakeholder jappunta uffiċjal eżekuttiv li flimkien miegħu l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali kellu jiddjaloga fl-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar l-iskart, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-mekkaniżmu twaqqafx u tħaddimx?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma sibna ebda evidenza dettaljata li dan sar - speċjalment li l-mekkaniżmu nnifsu twaqqafx u tħaddimx kif il-Gvern preċedenti kien mistenni u marbut li jagħmel- ħlief għall-Green Leaders li kellhom jiġu ko-ordinati mill-Uffiċju tal-Prim Ministru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern preċedenti kienx kommess li jikkummissjona reviews perjodiċi indipendenti dwar il-progress tal-istrateġija dwar l-immaniġġar tal-iskart? Jista’ jgħid jekk dan sarx u kemm kien effettiv?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern preċedenti kien kommess li jagħmel dawk li jissejħu periodic reviews iżda ma sibna ebda evidenza li dan l-aġġornament u jekk dawn r-reviews indipendenti qattx saru dwar il-progress tal-istrateġija nnifisa, lanqas meta tlabna tagħrif mir-regolatur.
Peress li l-istrateġija dwar l-iskart kienet bassret li sas-sena 2015 ir-rata tat-tkabbir kellha titnaqqas għal 1.5% fis-sena, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan it-target hux se jintlaħaq?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex ġentilment jispeċifika għal liema tnaqqis ta’ 1.5% fis-sena qed jireferri.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-working group li kien twaqqaf fil-Leġiżlatura l-oħra sabiex jaħdem fuq Kodiċi ta' Mġiba għall-kindergarten assistants hux se jitħalla jtemm ix-xogħol tiegħu sabiex jiġi ppubblikat il-Kodiċi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant jingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-working group li kien twaqqaf fil-Leġiżlatura l-oħra sabiex jaħdem fuq Kodiċi ta' Mġiba għal-learning support assistants hux se jitħalla itemm ix-xogħol tiegħu sabiex jiġi ppubblikat il-Kodiċi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-working group ma ġiex xolt mill-Gvern il-ġdid u m'hemm l-ebda problema biex itemm ix-xogħol tiegħu.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Literacy Resource Pack li kien ġie ppreparat mid-Direttorat tal-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni skont iċ-ċirkolari QAD 29/2012 li ħarġet fis-17 ta' Mejju 2012?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Dan huwa xogħol li sar għall-użu professjonali waqt il-lezzjonijiet tal-Complementary. Dan huwa proprjetà tal-iskola u mhux tal-individwu. Se ngħaddi kopja kunfidenzjali lill-Onor. Interpellant ghax huwa maħsub biss għall-użu mill-Complementary teachers.
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċirkolari rilevanti.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati u l-analiżi kollha li saru mill-2009 tal-Year 3 Literacy Competence Assessment mid-Dipartiment tal-Quality Assurance?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan hu li d-dokument mitlub jiġi ppubblikat mal-bidu tas-sena skolastika ġdida.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-full complement tal-literacy support teachers, tal-oracy support teachers, u tal-complementary teachers fid-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi għal din is-sena skolastika 2012/2013 u kemm kien fis-sena skolastika fl-2006/2007?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti u/jew servizzi li l-Gvern jixtri ċentralment għall-użu fil-Gvern sħiħ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat illi l-Gvern jixtri il-prodotti li gejjin għall-użu sħiħ tad-Dipartimenti:-
Anoraks
Computer continuous stationery
f’Malta
Formoli tad-
Departmental Accounting System (DAS)
Envelops
Xerographic paper
Bnadar nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea
Pullovers
Kalzetti u
tights
Qomos tas-sajf
Uniformijiet tas-sajf
Toilet paper
Xugamani
Żraben tal-mixi għall-irġiel u n-nisa
Qomos tax-xitwa
Uniformijiet tax-xitwa, qliezet/dbielet
spare
u ngravajjet
Madankollu, ma jinxtrawx servizzi għall-użu tad-Dipartimenti kollha.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn spazji ta’ uffiċini (office space) bil-permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), lokalità b’lokalità f’Malta u f’Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma żżommx din it-tip ta' nformazzjoni.
Madanakollu qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Kapitlu 4 tal-
Employment Topic Paper
(
http://www.mepa.org.mt/lpg-structureplanreview#Employment
) fejn wieħed jista' jsib l-
approved floorspace
sena b'sena mis-snin 1993 sas-sena 2000. Fir-rigward ta' applikazzjonijiet mill-2006 sal-lum, ninforma lill-Onorevoli Membru li bħalissa l-Awtorita' għaddejja b'eżerċizzju biex tiġbor l-
approved floorspace
minn applikazzjonijiet li ġew approvati fis-snin msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid xi swiet il-ħidma tal-Gvern kontra t-tipjip sena b’sena mill-2008 ’l hawn? Jista’ jagħti din l-informazzjoni maqsuma fuq spejjeż marbutin ma’: edukazzjoni u prevenzjoni; u spejjeż marbutin mal-kura ta’ pazjenti li jkollhom kundizzjoni relatata mat-tipjip?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-nefqa tad-dipartiment tas-saħħa fil-kampanja edukattiva u f’għajnuna ta’ clinics biex jitwaqqaf it-tipjip mill-2008 kienet ta’mitejn u erba’mitt elf, disa’mija, sitta u sebgħin ewro ( € 204,976. )
Ninsab infurmat ukoll li l-ispejjeż relatati mal-kura tal-pazjenti b’kundizzjonijiet li jirriżultaw minn ħsara li jġib it-tipjip,qadt ma’nżammet.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni f’għamla ta’tabella li tispjega sena b’sena hekk kif inhu mitlub.
Jista’ l-Ministru jgħid xi swiet il-ħidma tal-Gvern kontra l-abbuż mid-droga sena b’sena mill-2008 ’l hawn? Jista’ jagħti din l-informazzjoni maqsuma fuq spejjeż marbutin ma’ edukazzjoni u prevenzjoni u spejjeż marbutin mal-kura u/jew servizzi oħra tas-saħħa mogħtija lil persuni li għandhom il-problema tad-droga?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija stazzjonati fl-għases tal-lokalitajiet imsemmija hawn isfel, f’dawn id-dati: 31/12/2009, 31/12/2010, 31/12/2011, 28/2/2013 u 30/5/2013:
Belt Valletta;
Furjana;
Ħamrun;
Marsa; u
Santa Venera?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tqassim tal-membri fid-diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija isir skond l-esiġenzi tal-Korp u n-neċċessitajiet oħra li jkun hemm bżonn. Għar-raġunijiet ta’ sigurtà, ma jkunx adekwat li jiġi ppublikat tagħrif dettaljat dwar l-operat tal-Pulizija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrappurtati fil-lokalitajiet imsemmija hawn isfel, sena b’sena fl-aħħar ħames snin, u fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena:
a) Belt Valletta;
b) Furjana;
c) Ħamrun;
d) Marsa; u
e) Santa Venera?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej:
2008
2009
2010
2011
2012
2013*
Total
Floriana
301
172
211
218
219
125
1246
Ħamrun
290
274
284
291
321
142
1602
Marsa
236
209
279
301
308
122
1455
Sta Venera
120
116
177
169
160
74
816
Valletta
836
591
610
487
478
211
3213
Total
1783
1362
1561
1466
1486
674
8332
*sa l-aħħar ta’ Mejju, 2013.