Tista’ l-Ministru tivverifika jekk il-kera li ġiet imġiegħla tħallas il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex għolja ħafna speċjalment meta wieħed iqis li hija każ soċjali u l-appartament hu żgħir ħafna?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni għandha l-kera kummerċjali tal-post fejn toqgħod €2,094. Hija tħallas kera ta’ €1,256 fis-sena jiġifieri €314 kull tlett xhur.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 966 u jgħid il-Korporazzoni Enemalta kemm ħallset jew se tkun mitluba tħallas għall-konsulenzi legali u pariri legali mogħtija mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum? Min hija jew huma d-ditti legali li qed jipprovdu tali servizzi legali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Koporazzjoni Enemalta qed tuża l-istess entita' li kienet tuża amministrazzjoni preċedenti b'rati bħal ta' qabel.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – impjegati li qed isegwu kors l-Università
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-Università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — impjegati li qed isegwu kors l-Università
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-Università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — impjegati li qed isegwu kors l-Università
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?
Response (VELLA, GEORGE)
Fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin hemm tliet impjegati li qed jagħmlu kors l-Università.
Id-dettalji li qed jintalbu mill-Onorevoli Interpellant huma :
Ministeru għat-Turiżmu — impjegati li qed isegwu kors l-Università
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?
Response (VELLA, KARMENU)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3195 u tgħid kemm hu l-ammont ta' nies li applikaw u qed jistennew sabiex jidħlu f'dar tal-anzjani? Minn din il-waiting list, kemm huma dawk l-applikanti li huma residenti fin-Nofsinhar ta' Malta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li jbiddel il-funzjoni attwali u l-mod kif qed jaħdem illum l-Kunsill Malti għall-Isport?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent il-Gvern ma għandu l-ebda pjan f'dan ir-rigward.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1302, jista' l-Ministru jikkonferma jekk iċ-Chairman attwali tal-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) kienx wieħed minn dawk li applika għall-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-istess KMS u fil-fatt ismu ma jidhirx fil-lista mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra għax ma kienx għadda mill-interview? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux minnu li skont rapport ippubblikat fit-Torċa ta' nhar il-Ħadd 30 ta' Ġunju f'paġna 5, l-istess Chairman qed jinvestiga l-proċess tal-għażla tal-Kap Eżekuttiv li hu stess kien kandidat fih? Jekk dan hu minnu min qabbad liċ-Chairman jagħmel din l-investigazzjoni? Ma jaħsibx li ċ-Chairman kellu jiddikjara kunflitt ta' interess u jitlob biex ma jagħmilx din l-investigazzjoni hu? X'kien ir-rwol taċ-Chairman fl-investigazzjoni sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li t-tweġiba għall-ewwel mistoqsija hija iva nikkonferma u t-tweġiba għat-tieni parti hija le mhux minnu.
Ministeru għat-Turiżmu — konsulenzi minn ex ħaddiema tal-Air Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jagħmel użu mis-servizzi bħala konsulenti fuq bażi ta’ self employed ta’ ex ħaddiema tal-Air Malta li kienu għażlu li jieħdu l-voluntary retirement scheme? Jekk iva, min huma, x’xogħol qed jintalbu jagħmlu u x’rati ta’ pagament qed jitolbu?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li isimha qiegħed jingħata separatament, f’Jannar 2012, taħt il-Gvern preċedenti, kien ingħata kuntratt ta’ impjieg iffirmat dirett mal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
F’Lulju 2012 il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kien informa verbalment lill-persuna konċernata li kellu jibda jipproduċi irċevuti tal-VAT. Għaldaqstant il-kuntratt tiegħu kien mibdul għal wieħed self employed bħala Part-Time Investigator (Chief Inspector of Accidents) fil-Bureau of Air Accident Investigation, b’salarju ta’ Euro 15,000 fis-sena.
Fi Frar 2013 din il-persuna għażlet li tieħu l-Voluntary Retirement Scheme tal-Air Malta.
Bħalissa l-Ministeru għat-Turiżmu qiegħed jieħu l-pariri neċessarji dwar jekk persuna li ħadet il-Voluntary Retirement Scheme tal-Air Malta tistax taħdem mal-Gvern fuq bażi ta’ self employed.
Jista' l-Ministru jgħid meta ħa jkun konkluż il-proċess ta' ingaġġ ta’ assistants heads (primary) li l-interviews għalihom saru f'Jannar li għadda u r-riżultati kienu ppubblikati fit-22 ta' Frar li għadda? Kemm se jkunu dawk li f'Settembru li ġej se jassumu r-responsabbiltà ta' assistant head? Huwa minnu li se jkun hemm tnaqqis min-numru maħsub oriġinarjament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li fil-preżent hemm rakkomandazzjoni pendenti għall-żewġ assistenti kapijiet ta' skola fis-settur tal-primarja. Hemm ukoll talba għal hames replacements ad hoc.
In-numru ta' dawk li se jassumu r-responsabbilità ta' assistenti kapijiet fil-primarja jiddependi mill-esiġenzi tal-iskejjel/il-capacity building u m'hemm l-ebda ħsieb li jkun hemm tnaqqis.
B'referenza għall-istqarrija tal-Uffiċċju tiegħu nhar is-7 ta' Mejju 2013, fejn intqal li ġiet sospiża l-iskema tal-parkeġġ tar-residenti f'Tas-Sliema, jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema vires għamel dan? Abbażi ta' liema artikolu, ta' liema liġi jew avviż legali saret din is-sospensjoni llum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Studenti li ma joqogħdux għal lezzjonijiet tar-reliġjon
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti t-tagħlim dwar l-etika li jirċievu dawk l-istudenti tal-iskejjel tal-istat li ma jkunux iridu joqogħdu għal-lezzjonijiet tar-reliġjon?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali (QKN) ġie varat fi Frar 2013. Issa jmiss li jitwaqqaf il-Bord ta' Reviżjoni għall-Implimentazzjoni ta' dan il-Qafas. Fix-xhur li ġejjin jibda jiġi ppjanat dan il-programm. Qed nippjanaw li f'għadd ta' skejjel ikollna proġett pilota dwar it-tagħlim tal-etika fl-iskejjel tal-Istat fejn għandna 800 student (500 primarja u 300 sekondarja) li mhumiex qed jieħdu lezzjonijiet tar-Reliġjon.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien in-numru ta’ mediċini li l-prezz tagħhom roħos permezz tal-ħidma tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u Ħarsien tal-Konsumatur (MCCAA) fl-aħħar ħames snin?
Response (DALLI, HELENA)
Ninsab infurmata li n-numru ta’ mediċini li l-prezz tagħhom roħos fl-aħħar ħames snin kien kif ġej:
Sena
Numru ta’ mediċini
2008
9
2009
0
2010
87
2011
89
2012
44
Tista’ l-Ministru tispjega l-ħidma li ssir mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) biex tissorvelja u tiġġieled l-importazzjoni illegali ta’ merkanzija u oġġetti permezz tal-katamaran minn portijiet oħra tal-Unjoni Ewropea li jevadu t-taxxi bħal VAT u eco-tax u allura jimminaw is-suq Malti?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għall-Kompettizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) f’koperazzjoni sħiħa mad-Dwana hija responsabbli li tara li ma jidħlux f’Malta minn portijiet oħra oġġetti li m’humiex konformi ma’ regolarmenti tekniċi u fejn dawn iridu pre-notifikazzjoni jew reġistrazzjoni biex jidħlu Malta.
Ministeru għas-Saħħa — xogħol ta’ konsulenzi lil individwi jew kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lil individwi u/jew kumpaniji mill-2004 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħol ta’ konsulenzi lil individwi jew kumpaniji
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lil individwi u/jew kumpaniji mill-2004 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li jingħatajt għal mistoqsija parlamentari 1551.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-konsumatur u Libertajiet Ċivili — xogħol ta’ konsulenzi lil individwi jew kumpaniji
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lil individwi u/jew kumpaniji mill-2004 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 1550.
Ministeru għal Għawdex — xogħol ta’ konsulenzi lil individwi jew kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lil individwi u/jew kumpaniji mill-2004 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (REFALO, ANTON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tad-Dentristija — Appuntamenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li appuntamenti mad-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar Mater Dei minflok tressqu 'l quddiem, tħassru jew intefgħu lura b’sena? Jista’ jgħid kemm-il appuntament huwa involut ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ma tħassar l-ebda appuntament.
Appuntamenti għal kura restorattiva (fillings) ġew trasferiti għal bejn wieħed u ieħor b’xahar minħabba li dentist irreżenja u oħra ħarġet b’
carrier break
.
L-akbar problema tad-dipartiment tad-dentistrija hija li ma jeżistix team maqgħud. Il-compliment tad-dentisti huwa anqas milli suppost. Għadu kemm irreżenja dentist ukoll. L-istennija biex persuna tara dentist hija waħda li mhux xierqa. Dwar dan nitlob lill-onorevoli membru biex jara t-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jirriżulta li biex isir
check up
għas-snien, wieħed irid jistenna aktar minn sentejn. Infakkar lill-kamra li dawk li għandhom il-kartuna roża, jew huma tfal tal-iskola, tista’ tingħatalhom kura wkoll u għalhekk skont ftehim mad-dipartiment tad-dentistrija, dawn qed jingħataw preferenza żgħira billi twaqqaf protokol ta’
ratio
bejn dawn tal-kartuna roża u tfal u dawk li jmorru għal
check up
biss.
Ninsab infurmat li minħabba nuqqas ta’
compliment
tad-dentisti, ġew posposti lura appuntamenti għal
check up
b’sena.
Minħabba f’hekk, il-Ministeru għas-Saħħa ħareġ sejħa għal sitt dentisti biex jiġu ngaġġati mal-gvern. Ninsab infurmat ukoll li b’arranġamenti li saru, sar
deployment
differenti ta’ dentist minn
Mount Carmel
u mill-Primary Health (b’arranġament temporanju ma’ dawn l-entitajiet) biex b’hekk setgħu jerġgħu jinfetħu check up clinics oħra u reġgħu lura dawn l-istess appuntamenti ‘l quddiem b’madwar ġimgħatejn wara l-appuntament oriġinali.