Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3793 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati li qed isegwu kors l-Università

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-Università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?

Response (REFALO, ANTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3823 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Naxxar/Mosta – Triq Franġisku Pisani — stalel

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex għadhom ma tteħdux passi sabiex illegalitajiet li saru u għadhom isiru, u li dwarhom sar rapport lill-istess Awtorità li jġib referenza CM 927/13, dwar bini ta’ stalel u tfigħ ta’ materjal u skart ġewwa sit fi Triq Franġisku Pisani limiti tan-Naxxar/Mosta jitwaqqfu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #3825 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Messaġġ lin-nazzjon — iffilmjar

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3027 u 3341, jista' l-Prim Ministru f'dan l-istadju jikkonferma jew ma jikkonfermax li l-messaġġ in kwistjoni, li diġà xxandar, ġiex iffilmjat u editjat minn kumpanija privata? Jekk jikkonferma, jista' jgħid min hi din il-kumpanija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ix-xogħol fuq il-messaġġ inkwistjoni sar minn Halo Pictures Ltd.
Leg 12 PQ #3826 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — konsultazzjonijiet

Question

B'referenza għal dak li qal iċ-Chairman tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, waqt laqgħa tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ċjoè li sa dan l-istadju għadhom ma saru l-ebda konsultazzjonijiet esterni ma' ENGOs u stakeholders dwar il-firda tal-ambjent mill-ippjanar fil-Awtorità, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iħossx il-bżonn li jsiru dawn il-konsultazzjonijiet, u jekk iva, meta se jsiru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull meta l-ENGO’s talbu għal laqgħa mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ambjent u l-Ippjanar dejjem sabu l-bieb miftuħ.
Leg 12 PQ #3827 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamazzjoni tal-art — Konsiderazzjonijiet ambjentali

Question

Peress li l-Prim Ministru kien qal waqt il-programm Bondi Plus fuq TVM li mhux se jħalli l-ebda gremxula tfixkel xi proġett li jinvolvi r-reklamazzjoni tal-art, jista' jgħid minn issa x'inhuma l-konsiderazzjonijiet ambjentali li jistgħu jwaqqfu xi proġetti minn dawk li għalihom ħarġet sejħa ta' espressjoni ta' interess?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà intqal pubblikament, il-Gvern lest li jara x’ideat se joħroġ bihom is-settur privat f’dan il-qasam u jiddiskuti diversi aspetti fosthom l-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali.
Leg 12 PQ #3828 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamazzjoni tal-art — konsultazzjonijiet ma' ENGOs

Question

Peress li bosta ENGOs ħarġu stqarrijiet li fihom urew dubji dwar diversi aspetti tar-reklamazzjoni tal-art, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iħossx li kien ikun aktar għaqli li kieku l-Gvern li ttimbra lilu nnifsu bħala "Gvern li jisma'” ikkonsulta ma' dawn l-għaqdiet qabel ma ħarġet is-sejħa għall-espressjoni ta' interess u mhux wara?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3827.
Leg 12 PQ #3829 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamazzjoni tal-art — rapport dwar riskji ambjentali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan il-Gvern hux qed jinjora l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapporti kkummissjonati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u mħejjija minn Carl Bro (2005) u Scott-Wilson (2010) li juru li r-reklamazzjoni tal-art iġġorr magħha riskji ambjentali kbar u li fuq kollox mhijiex finanzjarjament vijabbli?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Għalkemm il-kunċett ta’ riklamazzjoni tal-art jista’ jidher innovattiv, f’pajjiżna diġà saru diversi proġetti simili fosthom fil-Port Ħieles, l-Imsida, Wied il-Għajn u Portomaso. Il-Gvern iqis ir-riklamazzjoni tal-art bħala ħolqa importanti fl-iżvilupp infrastrutturali ta’ pajjiżna. Proġetti ta’ din ix-xorta jirrikjedu politika ċara ta’ żvilupp li tassigura benefiċċji wiesgħa bi standards għolja fl-oqsma ambjentali u tal-ippjanar li minn naħa tagħhom iwasslu għall-ħolqien tax-xogħol.
Leg 12 PQ #3830 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar — Kunsill Lokali - perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu profesional fees lill-perit tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar fl-2010, 2011, 2012 u 2013 sena b'sena? Min qiegħed jipprovdi is-servizz ta' perit lil dan il-kunsill preżentament? Kemm hi kkalkulata li spiża għal proġetti infrastrutturali, xogħlijiet ta' toroq, immaniġjar ta' traffiku u proġetti oħra għal din is-sena u għas-sentejn ta' wara, sena b'sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li telenka l-professional feeslill-Perit tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Preżentement il-perit tal-Kunsill huwa l-Perit Etienne Magri. Il-kumplament tal-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Importazzjoni illegali ta’ merkanzija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jew jispjega x’inhi l-ħidma li ssir mill-Gvern biex jiġġieled l-importazzjoni illegali ta’ oġġetti jew merkanzija minn portijiet oħra tal-Unjoni Ewropea, bħal minn Sqallija permezz tal-katamaran, peress li din l-importazzjoni dejjem, u mhux issa biss, timmina l-equal playing field fis-suq Malti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #1487 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega r-raġuni għalfejn fil-każ tal-Ministeru tas-Saħħa huwa ma għażilx il-persuna li għandha tinħatar bħala Ministru, imma ħalla f'idejn żewġ persuni biex jagħżlu bejniethom? Kien hemm Ministri oħra li ġew magħżula hekk u mhux minnu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-għażliet kollha fil-ħatriet ta’ Ministri jsiru biss mill-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #1488 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Taqsima tal-Proprjetà tal-Gvern – Forti Binġemma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jkompli jagħti direzzjoni lit-Taqsima tal-Proprjetà tal-Gvern biex tkompli l-ħidma li kienet bdiet fl-aħħar Legiżlatura sabiex il-Forti Binġemma tiġi lura għand il-Gvern battala u b’hekk tkun tista’ titgawda mill-poplu kollu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Forti Binġemma jerġa' jiġi lura f’idejn il-Gvern malli l-inkwilin li jokkupa parti minn dan il-Forti bħala residenza jinstablu post ta’ akkomodazzjoni alternattiv.

Enterprise Consultative Council — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Enterprise Consultative Council iltaqax minn Marzu 2013 ’l hawn? Jekk le, meta hu beħsiebu jsejħu u x’inhu mistenni jkun fuq l-aġenda?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-ewwel laqgħa ta’ dan il-kunsill konsultattiv għal din is-sena kellha ssir fl-10 ta’ Jannar iżda din il-laqgħa għal xi raġuni kienet tħassret. Minn dakinhar il-Kunsill għadu ma ltaqax. Nittama li nkun nista’ nlaqqa’ dan il-Kunsill fil-futur mhux il-bogħod. Ovvjament, l-aġenda tal-laqgħa titqassam lill-membri meta jkun il-waqt.
Leg 12 PQ #1673 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat (Għawdex) – inawgurazzjoni tal-Librerija Pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol ta' titjib li sar fil-Librerija Pubblika Ċentrali fir-Rabat, Għawdex, u li inawgura fit-13 ta' Mejju, kif ukoll rendikont tal-ispiża li ntefqet kemm fit-titjib kif ukoll fiċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni, jekk din saret?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li sa issa ntefqet is-somma ta' 17,456 f'xogħol ta' modernizar fil-Librerija Pubblika Ċentrali ta' Għawdex. Din l-ispiża kienet tikkonsisti f' xogħol ta' intermediary flooring, aluminju, vinyl flooring, xkaffar, light fittings u materjal li ntuża għal finishings. Ix-xogħol ta' tikħil, tibjid u żebgħa flimkien mal-mogħdija tad-dawl ġdid sar kollu mill-ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. L-ammont li ntefaq għaċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni huwa ta' tletin Ewro.

Korp tal-Puliizja – bdil fix-shifts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-11 ta' Marzu li għadda kienx hemm bdil fit-tul ta' ħin ta' xogħol tax-shifts fil-Korp tal-Pulizija? Jekk ma kienx hemm, hemm il-ħsieb li jkun hemm tali bdil?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tibdil fix-xiftijiet fil-Korp tal-Pulizija mill-11 ta' Marzu 2013 l’hawn kienu għal dawk il-membri tal-Korp li jaħdmu fl-Għassa ta' Kemmuna. Ix-shift tagħhom issa ġie - day/night/rest/off. Bit-twaqqif tar-Rapid Intervention Unit, wara li ġew amalgamati it-Taqsima tal-Iskwadra Mobbli u l-Special Assignments Group, il-membri ta’ din it-taqsima qed jaħdmu shift ta’ night/second/training – as required/first/off. Għalkemm kien hemm dan it-tibdil, il-ħin tax-xogħol xorta baqa ta’ mhux aktar minn 46 siegħa xogħol fil-ġimgħa.
Leg 12 PQ #1873 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 413 u jagħti lista ta' kull kuntratt li l-uffiċċju tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra

proġett ta’ Bieb il-Belt — spazju għal arkivju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħala parti mill-proġett ta’ Bieb il-Belt, kif imfassal mill-Gvern preċedenti, qatt kienx hemm ippjanat li jkun hemm spazju għal arkivju? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx stima biex ikun hemm spazju bħal dan?

Response (MIZZI, JOE)

Il-pjanti ta’Renzo Piano jinkludu spazju għall-Arkivju fil-livell ta’ isfel dak li hu magħruf bħala ex-train station jew “ex-yellow” garage. L-istima għall-iskop tal-arkivji hija ta €250,000 .

proġett ta’ Bieb il-Belt – spazju għal stores

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħala parti mill-proġett ta’ Bieb il-Belt, kif imfassal mill-Gvern preċedenti, qatt kienx hemm ippjanat li f’kull sular ikun hemm spazju għal stores? Jekk le għaliex?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li ma hemmx “stores” fil-livelli individwali. Storage limitat huwa maħsub fil-livell magħruf “minus One” li hu riservat għal-maintenance. Spazju ieħor ta’storage limitat jinsab f’kull livell li huwa marbut mal-cleaner jew tindif tal-post.

proġett ta’ Bieb il-Belt – bus terminus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħala parti mill-proġett ta’ Bieb il-Belt, kif imfassal mill-Gvern preċedenti, qatt kienx hemm ippjanat xogħol fuq il-bus terminus? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx stimi ta’ kemm jiġi jiswa l-proġett tal-bus terminus?

Response (MIZZI, JOE)

It-tisbieħ tal-ex-Bus Terminus (iż-żona magħrufa bħala area tal-funtana tat-Tritoni u l-ġnien ta’ Buskuttin) ma tagħmilx parti mill-budget tal-proġett ta’Bieb il-Belt, iżda Renzo Piano ġie mitlub biex jagħmel proposta għal din iż-żona liema pjanti qegħdin quddiem il-MEPA għall- permessi meħtieġa. L-istima ta’ dan l-iżvilupp kien stmat bejn € 3.5 u € 4 miljuni.

proġett ta’ Bieb il-Belt — blokk residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħala parti mill-proġett ta’ Bieb il-Belt, kif imfassal mill-Gvern preċedenti, qatt kienx hemm ippjanat xogħol fuq il-faċċata tal-blokk residenzjali li hemm faċċata tal-proġett ? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx stimi ta’ kemm jiġi jiswa dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Iva, il-proġett jinkludi tisbieħ tal-faċċati, dik li tħares fuq triq Repubblika, kif ukoll dik li tħares lejn il-pjazza tal-funtana tat-Tritoni(Papa Piju X). Ix-xogħol jikkonsisti f’tibdil tal-gallariji eżistenti tal-ġebel f’gallariji tal-injam fuq stil tradizzjonali. Huwa pproġettat anki xi tibdil strutturali fil-loġġja kif ukoll introduzzjoni ta’ lift skond il-pjanti approvati mill-MEPA. Ix-xogħol diġa’ beda u l-infiq kapitali ġie approvat u allokat fil-budget 2013. Il-flus allokati għal din il-parti tal-proġett huma kif ġej:- 1) Gallariji €226,200 2) Xogħol ta’ Pavimentar tal – Loggia €337,000 3) Xogħol ta’ Pavimentar tat-Terrazza € 60,000 4) Xogħol ta’ Rinnovar fuq Arkati u Poġġamani €560,000 Fir-rigward tax-xogħolijiet ta’ Rinnovar fuq Arkati u Poġġamani, ninsab infurmat li qatt ma kien hemm allokati fondi biżżejjed għal din il-parti tal-proġett. Il-figuri hawn fuq mogħtija huma esklużi l-VAT.

proġett ta’ Bieb il-Belt – stage għat-teatru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħala parti mill-proġett ta’ Bieb il-Belt, kif imfassal mill-Gvern preċedenti, qatt kienx hemm ippjanat xogħol biex it-teatru jkollu stage u tagħmir ieħor relatat bħal fost oħrajn dwal apposta? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx stimi ta’ kemm jiġi jiswa dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellenat li huwa ikkonfermat li l-progett kif ippjanat jinkludi stage u faċilitajiet bħal sound system speċjaliżżat kif ukoll l-infrastruttura neċessarja biex ikunu jistgħu jintużaw dwal apposta skond ir-rappreżentazzjonijiet li jkunu qegħdin jintwerew. Id-dwal huma ta’żewgt kategoriji, dawk li huma magħrufa bħala “standard fitment” u dak li huwa magħruf bħala “Event Specific”, fil- każ ta’ l-aħħar dawn jiġu mikrija għal rappreżentazzjonijiet speċifiki mill-organiżżaturi. Ta’ min jgħid li in-nefqa għad-dwal u sound huwa kif ġej:- Acoustic Panels €257,000 Performance Lighting €233,000 Structure and Performance Equipment €350,000 Ta’ min wieħed josserva li dan il-proġett ser jiġi jiswa aktar milli kien ipproġettat u għalhekk numru ta’ items li kienu pproġettati kellhom jitwaqqfu.