Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex tiġi infurzata l-policy li impjegati tal-isptarijiet ma jistgħux jitilqu mill-post tax-xogħol libsin l-uniformi, liema policy kient ġiet introdotta sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ tixrid ta’ mard u infezzjonijiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-pariri kollha xjentifiċi - kemm mill-esperti tal-infection control kif ukoll fil-letteratura medika - juru li l-uniformijiet tal-ħaddiema fl-isptar ma joffru l-ebda perikolu ta’ infezzjoni jekk dawn jintlibsu barra mill-isptar. Madanakollu il-policies tal-isptarijiet taħt il-Ministeru għas-Saħħa xorta tinsisti li l-impjegati jbiddlu qabel ma' jmorru lura d-dar, dan sabiex tingħata image tajba u ta’ serjetà lill-poplu. Jinħarġu wkoll ċirkolarijiet b’mod regolari sabiex jitfakkru dawn il-policies.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji toħroġ liċenzja tas-sewqan meta l-persuna li tkun għaddiet mill-eżami tas-sewqan:
1. Tkun trid tilbes in-nuċċali tal-vista; u
2. Tkun bla smigħ u ma titkellimx?
Ikun hemm xi impozizzjonijiet oħra li jridu jiġu osservati kemm-il darba tinħareġ il-liċenzja tas-sewqan fuq tali persuna/i fiż-żewġ każijiet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jistaqsi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3100 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u issa ġiet riferuta lilha u tagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi forma ta' kontroll fuq mediċini li jiddaħħlu f`Malta permezz tal-internet? Kemm iddaħħlet mediċina f'Malta b'dan il-mod matul is-sena 2012 u anke din is-sena? Liema leġiżlazzjoni tirregola din l-attività?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li L-Att Dwar il-Mediċini, Kap 458, u l-liġijiet sussidjarji maħruga taħt l-istess Att, ma jipprojbixxux ix-xiri tal-mediċini permezz ta’ l-internet għal użu personali. L-Att Dwar il-Mediċini jimpedixxi il-ftuħ jew iż-żamma ta’ spiżerija minn fuq l-internet f’Malta jekk ma jkunx hemm liċenzja maħruga skont il-kriterji stabbiliti taħt l-istess Att. Mediċini li jiddaħlu permezz ta’l-internet għal-użu personali jagħddu mill-posta jistgħu jkunu soġġetti għal kontrolli tad-dwana u jistgħu jiġu riferuti għand is-sezzjoni tal-Porthealth fi ħdan id-dipartiment tas-saħħa għal-deċiżjoni ta’rilaxx jew oltre.
Ma teżiti ebda statistika ta’ kemm iddaħlet mediċina permezz tal-internet matul is-snin, inkluż is-sena 2012 u is-sena 2013
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux pjan dwar l-introduzzjoni tal-middle schools fl-iskejjel tal-istat? Jista’ jqiegħed dan il-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra? Minn min ġie mfassal dan il-pjan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-Ministeru għandu l-pjan li jintroduċi Middle School f'kull Kulleġġ. Dan il-pjan jinsab fi stadju avvanzat bħala proposta u għad irid jiġi diskuss mal-Prinċipali tal-Kulleġġi, Kapijiet ta' skejjel u l-Malta Union of Teachers.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3151, jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux pjan dwar l-introduzzjoni ta’ skejjel iżgħar? Jista’ jqiegħed dan il-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra? Minn min ġie mfassal dan il-pjan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li bħalissa qed jiġi diskuss bejn il-Ministeru u d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi l-kompożizzjoni tal-Kulleġġi. L-għan hu li l-popolazzjoni ta' kull Kulleġġ tkun aktar ibbilanċjata.
introduzzjoni ta’ skejjel iżgħar u middle schools — studju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux studju dwar l-impatt finanzjarju tal-introduzzjoni ta’ skejjel iżgħar u tal-introduzzjoni ta’ middle schools fil-kulleġġi tal-istat? Jista’ l-Ministru jqiegħed dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra? Minn min ġie mfassal dan il-pjan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tagħrif ikun jista' jingħata wara diskussjonijiet u tfassil ta' pjanti mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada.
B’ referenza għall-mistoqsija parlamentari 3153, jista’ l-Ministru jgħid sa meta huwa l-ħsieb li jidħlu fis-seħħ il-middle schools kollha tal-10 kulleġġi tal-istat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li bħalissa qed isiru l-pjanijiet dwar il-kompożizzjoni tal-Kulleġġi u anke l-binjiet assenjati għall-Kulleġġi u li se jkunu jinkludu wkoll il-Middle Schools. Meta l-pjan sħiħ ikun lest jiġi ppreżentat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3152, jista’ l-Ministru jgħid liema hija dik il-middle school li se tiftaħ f’Settembru 2013? Minn liema binja se tkun qed topera din l-iskola? Il-binja li se topera minnha se tkun waħda ġdida jew binja eżistenti? Kemm se jkollha studenti fiha? Minn liema snin ġejjin l-istudenti li se jkunu fiha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-ewwel Middle School se tkun fi ħdan il-Kulleġġ Santa Klara, Sekondarja - Pembroke. Din se tibda f'Settembru 2013 u se tkun qed topera mill-binja eżistenti tal-iskola sekondarja ta' Pembroke (ex Sandhurst). Il-Middle School se tkun magħmula mill-istudenti tal-Forms 1 u 2. Se jkun hemm 214-il student.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3150, jista’ l-Ministru jgħid għal popolazzjoni ta’ madwar 500 student x’nefqa rikorrenti annwali jeħtieġ li ssir biex tkopri r-riżorsi umani u l-materjal l-ieħor li jkun jinħtieġ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li huwa stmat li għal skola sekondarja ta' madwar 500 student, l-ispiża meħtieġa għar-riżorsi umani hi ta' madwar żewġ miljun euro.
Għas-sena finanzjarja 2013, skejjel sekondarji li għandhom popolazzjoni ta' 500 student ingħataw dawn l-allokazzjonijiet sabiex ikopru spejjeż rikorrenti:-
€4,848.43c għall-'Repair & Upkeep' u €27,983.24c għall-'Materials & Supplies'.
Dan l-ammont ivarja skont l-allokazzjoni approvata fl-Estimi Finanzjarji tas-sena rispettiva.
Dipartiment tal-Artijiet – Skema tal-Ħwienet tal-Belt
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm irċieva applikazzijiet id-Dipartiment tal-Artijiet għall-Iskema tal-Ħwienet tal-Belt li kienet imnedija fl-1 ta’ Diċembru 2012? Jista’ jgħid kemm minn dawk li applikaw ingħataw il-kundizzjonijiet tal-Iskema u sa meta hemm il-ħsieb li jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet kollha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu fetħet l-Iskema għall-Ħwienet tal-Belt id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, s’issa rċieva 42 applikazzjoni filwaqt li 7 minn dawn l-applikazzjonijiet ġew finaliżżati u ngħataw il-kundizzjonijiet tal-Iskema. Bħalissa qed isir xogħol ta’ verifika fuq il-kumplament tal-applikazzjonijiet mibgħuta sabiex wara jibda l-proċess proprju tal-applikazzjoni.. Infakkar lill-Onor. Membru li applikazzjonijiet taħt din l-Iskema jibqgħu jintlaqgħu sal-1 ta’ Diċembru 2013.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji (terminu, spazju mikri, ammont tal-kirja, data mogħtija) tal-encroachment u/jew forma ta’ permess/titlu ieħor tal-kiosks, gabbani u strutturi oħra simili li hemm fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema (iż-żona magħrufa bħala Ferries)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant dwar iż-żona fi Triq ix-Xatt, Sliema fiż-żona magħrufa bħala Ferries.
Sistema tas-CVA – applikazzjonijiet għall-exemptions
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiddeċiedu l-applikazzjonijiet għall-exemptions għas-sistema tas-CVA?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet għall-exemptions għas-sistema tas-CVA jiġu deċiżi mill-Bord Amministrattiv tas-CVA hekk kif stipulat fir-regolamenti tal-2007 dwar aċċess ikkontrollat ta’ vetturi f’ċertu żoni.
Peress li l-persuni li jbatu mill-kundizzjoni kiefra tal-Multiple Sclerosis ikollhom titjib sostanjzali fil-kwalità tal-ħajja tagħhom permezz tas-servizz ta’ fiżjoterapija fi djarhom, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan is-servizz hux se jiġi introdott?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s-servizz ta’ fiżjoterapija fid-djar huwa wieħed ta’ natura dinamika u li għalhekk id-Dipartiment tal-Fiżjoterapija qiegħed jaġġorna u jiżviluppa l-metodi tiegħu maż-żminijiet u skont il-bżonnijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm taxpayers fil-brackets t’hawn taħt, sena b’sena, mill-2008 sal-2012? Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma bejn tax payers individwali u kumpaniji għall- a) Anqas minn €8,500; b) bejn €8,501 u €14,500; ċ) bejn €14,501 u €19,500; d) bejn €19,501 u €25,000; e) bejn €25,001 u €35,000; f) bejn €35,001 u €45,000; g) bejn €45,001 u €60,000; h) bejn €60,001 u €75,000; i) bejn €75,001 u €100,000; j) bejn €100,001 u €125,000; k) bejn €125,001 u €150,000; l) bejn €150,001 u €200,000; m) bejn €200,001 u €250,000; n) bejn €250,001 u €350,000; o) bejn €350,001 u €500,000; u p) aktar minn €500,000?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — impjegati li qed isegwu kors l-Università
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-Università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għas-Saħħa — impjegati li qed isegwu kors l-Università
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-università u/jew kors online ma' Università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — impjegati li qed isegwu kors l-Università
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-Università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjegati li qed isegwu kors l-Università
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-Università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — impjegati li qed isegwu kors l-Università
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-Università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub, miġbur f’Tabella.