Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Performance Bonuses
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħlas ta’ performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Bord tal-Pulizija fl-2013 u fl-2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor' Interpellant illi ninsab infurmat li l-membri tal-Bord kienu;
Chairperson
L-Imħallef Franco Depasquale KCSG, BA, LL.D.
Membri
Dott. Deandra Schembri L.L.D
Dott. David Farrugia Sacco B.A. (Leg. & Hum.), M.A. (Fin. Serv.), LL.D
Is-Sur Victor Gruppetta
Membru u Segretarju
Inġ. Keith Chetcuti
Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm id-dawl fid-daħla tal-Matthew Micallef St John track fil-Marsa peress li diversi ġenituri qaluli li filgħaxija jkun hemm dlam li tista’ toqtol u tidfen?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li SportMalta qed tħejji pjan biex ikun hemm dawl fid-daħla tal-Matthew Micallef St John track fil-Marsa.
Forzi Armati ta’ Malta – responsability allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min, fil-Forzi Armati ta' Malta, hu intitolat għall-ħlas ta' responsibility allowance u kemm hi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li r-responsibility allowance qed tingħata lill-Kmandant, Deputat Kmandant, Kulunelli u Logutenenti Kulunelli. Din hija daqs ir-responsibility allowance applikata fejn meħtieġ għad-Diretturi u Diretturi Ġenerali fis-Servizz Pubbliku.
Forzi Armati ta’ Malta — LT Colonels, Colonels, Deputy Commander u Commander – pakketti finanzjarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju għal-Lt Colonels, Colonels, Deputy Commander u Commander tal-Forzi Armati ta’ Malta, wara d-deċiżjoni meħuda ftit jiem ilu biex dawn jingħataw żidiet fl-allowances imħallsin lilhom? Liema huma l-allowances ġodda li se jingħataw?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-pakkett finanzjarju tal-Lt Colonels, Colonels, Deputy Commander u Commander hu marbut ma’ dawk illi qed jokkupaw karigi ta’ headship fis-servizz pubbliku u cioe, ma’ skala ta’ salarju 2, 3 u 4. Dawn ir-ranks diġa kellhom l-iskala tas-salarju iżda mhux il-benefiċċji li diġa jgawdu Diretturi Ġenerali u Diretturi fis-servizz pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid l-Awtorità tax-Xandir kemm għandha karozzi disponibbli għall-użu tagħha? Min juża u kif juża dawn il-karozzi? X’tip ta’ kuntratti hemm mal-użu ta’ kull karozza?
Response (BONNICI, OWEN)
Informat mill-Awtoritá tax-Xandir li hi għandha żewġ karozzi disponibbli għall-użu tagħha; waħda li temporanjament qed tintuża mill-Kap Eżekuttiv u karozza oħra li tintuża għall-użu uffiċjali għall-użu tal-management u staff. Waħda mill-karozzi li bħalissa qed tintuża temporanjament mill-Kap Eżekuttiv hija proprjeta tal-Awtoritá filwaqt li l-karozza l-oħra hija mikrija għal sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29007, 25790 u 26088 li issa ilhom pendenti aktar minn sitt xhur, u jgħid kemm ser jiswa b'kollox il-proġett taċ-Ċittadella? Jista’ jagħti break down tal-ispiża totali? Jista' jgħid liema xogħlijiet saru wara li nħareġ it-tender u liema kienu b'direct order jew sejħa għall-kwotazzjonijiet? Fejn ix-xogħol ingħata b'tender, jista' jgħid kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħol u kemm fil-fatt sewa l-istess xogħol? Jista' jagħti lista tad-direct orders li ngħataw f'dan il-proġett, lil min ingħataw u kemm swiet kull direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 26259.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27507 u jgħid b' kollox kemm sewa l-proġett tat-twettiq tal-Master Plan taċ-Ċittadella? Jista’ jagħti lista fiex intefaq dan l-ammont? Kemm tħallas kull kuntrattur li ħadem fuq dan il-proġett u f'kull każ ix-xogħol ingħata b'direct order, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'tender?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li t-tender eCT 2226/2016 - 'Tender for the professional services of Project Management and Other Supporting Services for the Construction of an Enterprise Hub at Xewkija Industrial Estate' ġiet ikkanċellata fis-17 ta' Frar 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
It-tender eCT 2226/2016 – Tender for the professional services of Project Management and Other Supporting Services for the Construction of an Enterprise Hub at Xewkija Industrial Estate – ġiet ikkanċellata mill-Awtorità Kontraenti taħt sub-klawżola 18.3(a) tad-dokument General rules governing tendering li tgħid dan li ġej: “Cancellation may occur where the tender procedure has been unsuccessful, namely where no qualitatively or financially worthwhile tender has been received or there has been no response at all.”
Jista' l-Ministru jghid għaliex it-tender MGOZ T 7/2016 - 'Tender for the design services of an integrated and multidisciplinary design team for the Gozo Museum' ġiet ikkanċellata fil-15 ta' Marzu 2017? Jista' jgħid kemm-il tender ingħata s’issa fuq ix-xogħol ta' dan il-mużew?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li t-tender MGOZ T 7/2016 ġiet ikkanċellata peress li l-offerenti ma kienux eliġibbli. Kien hemm min ma laħaqx il-kriterji mitluba jew min kellu l-prezz ta’ l-offerta ferm għola mill-istima tad-Direttorat. Id-Direttorat konċernat ser jgħaddi għal negotiated procedure mal-offerent li kien eliġibbli fil-parti teknika tad-design contest. Hekk id-Direttorat ikun f’pożizzjoni li joħrog it-tenders segwenti. S’issa ingħata t-tender tal-Cost Benefit Analysis.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31080, jista’ l-Ministru jgħid minn meta ġie ffirmat il-kuntratt mal-Vitals Global Healthcare (VGH) sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm ġew impjegati ħaddiema mal-VGH?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 70 ħaddiema li huma impjegati direttament mal-VGH.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31079, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol jew x’inhi l-professjoni tal-ewwel 50 ħaddiema msemmija li bdew jaħdmu mal- Vitals Global Healthcare?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel ħaddiema li bdew jaħdmu mal-VGH jokkupaw karigi f’diversi dipartimenti fosthom fil-Quality Assurance & Quality Control, Marketing, Finanzi, fl-Amministrazzjoni, fir-Riżorsi Umani, Nursing, fl-IT, Manutenzjoni, fis-Saħħa u Sigurta’ tal-Pazjent u kif ukoll Senior Clinical Positions fl-Anestesija, fil-Farmaċija u fl-Emerġenza.
Jista’ l-Ministru jgħid x’assi għandha l-kumpanija Vitals Global Healthcare biex tagħmel tajjeb għall-kobor tal-investiment li suppost kellha tagħmel f’pajjiżna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru inkarigat mil-Malta Enterprise.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31078, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żieda fis-sodod fl-Isptar Karin Grech?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pjan għall-isptar Karen Grech huwa illi jsir refurbishment qawwi sabiex is-servizzi li diġa huma ta' livell għoli illi jingħataw minn dan l-isptar ikomplu jitjiebu u jsiru f'ambjent aħjar.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31076, jista’ l-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa l-Iskola ta’ Barts u meta se tkun lesta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija 32063 u ninfurmaha ukoll li l-binja l-ġdida tal-iskola ta’ Barts mistennija tkun lesta fl-2018.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi s-somma totali li l-Gvern għandu jiġbor għas-servizzi tas-saħħa li ħadu pazjenti barranin li ma kellhomx dritt għal servizz b’xejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn ċertifikat tal-mewt idum medja ta’ ħames ġimgħat biex jinħareġ u dan mid-data li ssir l-applikazzjoni għall-ħruġ taċ-ċertifikat wara l-mewt tal-persuna konċernata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellanti li ċ-ċertifikat tal-mewt jinħareġ fi ftit minuti minn wara li ssir l-applikazzjoni għal tali ċertifikat fir-Reġistru Pubbliku.
Jekk min naħa l-oħra l-Onor. Interpellant qed jirreferi għaż-żmien mid-data tan-notifika għal meta jkun preparat iċ-ċertifikat tal-mewt, dan jieħu madwar erbgħa ġimgħat minħabba li r-Reġistru Pubbliku jkun qed jistenna l-informazzjoni korretta rigward il-ħin, d-data u l-kawża tal-mewt mill-awtoritajiet tas-saħħa. Din is-sistema ser tiġi msaħħa bl-introduzzjoni tas-sistema l-ġdida tal-IT tar-Reġistru Pubbliku li ser tiġi introdotta is-sena d-dieħla.