Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3257 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Bord tal-Petizzjonijiet — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni fil-bord tal-petizzjonijiet tal-Belt Valletta bejn l-2008 u l-2012? Kemm kienu jitħallsu f’retainer fis-sena dawn il-persuni?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2077 u jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Benefiċċji soċjali — żidiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’zidiet fil-benefiċċji soċjali se jingħataw fil-ġranet li ġejjin? Kemm hu l-ammont globali ta’ din iż-żieda u kemm persuni se jibbenefikaw minnhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żidiet li se jitħallsu fis-6 ta’ Lulju se jingħataw lil dawk il-familji li jirċievu l-Allowance għat-Tfal u jgħixu bil-paga minima nazzjonali u lil dawk il-persuni li laħqu l-eta’ ta’ 65 sena, qegħdin f’riskju ta’ faqar u jirċievu l-Għajnuna Supplimentari. Skont l-informazzjoni miġbura jirrizulta li bil-miżura għall-allowance għat-tfal għandhom jibbenefikaw madwar 4,095 familja bi spiza globali ta’ madwar €475,000 filwaqt illi bil-mizura tal-Għajnuna Supplimentari għandhom jibbenefikaw 4,512 persuni bi spiza globali ta’ madwar €450,000.

Appartamenti tal-Gvern mikrija lil terzi persuni

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' appartamenti li għadhom proprjetà tal-Gvern li huma mikrija lil terzi persuni? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-istess appartamenti, lokal lokal?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Caritas – għajnuna mill-gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux se jżid l-għajnuna lill-Caritas mis-sena d-dieħla ’l quddiem sabiex din l-organizzazzjoni tkun tista’ tkopri l-ispiża tal-operat tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Għaqdiet Volontarji.

akkomodazzjoni soċjali — allokazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm bi ħsiebha talloka postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali għal kull sena minn din is-sena 2013 sas-sena 2017?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar se talloka l-postijiet vakanti li għandha bħalissa kemm tal-Gvern kif ukoll dawk tal-privat li ġew mikrija taħt Skema Kiri. Għas-snin li ġejjn l-Awtorità tad-Djar se tkompli tiddentifika dawk il-postijiet tal-Gvern li mhux qegħdin jiġu okkupati sabiex din tieħu lura il-pussess tagħhom u jerġgħu jiġu allokati. Kull post vakanti li ċ-ċwievet tiegħu jiġu ritornati lill-Awtorità tad-Djar, jiġi ri allokat lill-persuni fuq il-waiting list. Bħalissa l-Awtorità tad-Djar għaddejja b’eżerċizzju sabiex tiġi trattata l-waiting list li ilha pendenti għal dawn l-aħħar snin. Il-Bord tal-Awtorità tad-Djar qiegħed ukoll fi stadju li jiddiskuti u janalizza il-finanzi tal-Awtorità tad-Djar sabiex jiġi indirizzat id-deficit fi ħdan l-Awtorità. Policy tiġi ffissata wara dan l-ezercizzju.

Parlament il-ġdid — hemicycle

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sala plenarja fil-Parlament il-ġdid mhux se ssir fil-forma ta' hemicycle, meta dan kien issemma’ bħala wieħed mid-differenzi u l-vantaġġi meta mqabbel mas-sitwazzjoni preżenti? Min ħa tali deċiżjoni u għaliex?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Renzo Piano Building Workshop (RPBW) bħala diżinjaturi tal-parlament il-ġdid, kienu pproponew li s-sala plenarja fl-istess bini issir fil-forma ta’ hemicycle fil-bidu tal-proġett. Din il-proposta ġiet mibdula mill-Gvern tal-ġurnata peress li l-Parlament Malti dejjem segwa t-tradizzjoni ta’ Westminster liema tradizzjoni għadha tiġi ipprattikata fil-Parlament Malti sal-lum.

persuni nieqsa mid-dawl

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm fil-preżent huwa n-numru ta' persuni nieqsa mid-dawl parzjalment u/jew għomja f'Malta u Għawdex separatament? Tista' fir-risposta tagħha tgħid kemm minn dan in-numru huma bejn is-16 u l-65 sena? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel u x'kienet il-kawża li tilfu d-dawl?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

persuni nieqsa mid-dawl

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm fil-preżent huwa n-numru ta' persuni nieqsa mid-dawl parzjalment u/jew għomja f'Malta u Għawdex separatament? Tista' fir-risposta tagħha tgħid kemm minn dan in-numru huma bejn is-16 u l-65 sena? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel u x'kienet il-kawża li tilfu d-dawl?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma teżizti l-ebda statistika, u qed tinġabar l-informazzjoni meħtieġa u mistennija toħroġ ix-xahar id-dieħel.

Triq Reġjonali — Dawl fil-mini

Question

Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jinbidlu d-dwal tal-mini ta' Triq Reġjonali u dan ħalli jitneħħa l-periklu li jeżisti, peress li meta tkun ħafna xemx x'ħin tidħol fil-mina tidħol fi dlam ċappa bil-konsegwenza li jista’ jkun hemm inċidenti gravi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li Transport Malta għadha kif aġġudikat tender għat-tibdil ta’ bozoz, u tindif jew tibdil ta’ fanali li jeżistu fil-mina ta’ taħt l-Università tal-Qroqq. Dawn ix-xogħlijiet mistennija jibdew f’Awwissu li ġej.

Iż-Żejtun – Triq il-Palazzi — tarmak

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet preċedenti dwar Triq il-Palazzi fiż-Żejtun, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret s’issa u x’kordinament qed isir mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun sabiex din it-triq tingħata wiċċ diċenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kunsill lokali ġie ikkonsultat sabiex jissottometti lista ta’ toroq fil-lokalità imsemmija li qatt ma nbnew. Rigward koordinament fuq din it-triq partikolari, Transport Malta kkonfermat mal-kunsill lokali għall-parti tat-triq li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha. Iktar koordinament ikun jista’ jsir meta din it-triq tiġi nkluża fil-programm ta’ toroq li jridu jsiru. Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi wkoll għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2752.

Arriva – Spezzjonijiet fuq karozzi tal-linja

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3440, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq il-karozzi tal-linja kif indikat fit-tweġiba matul l-ewwel sitt xhur tal-2013? Kemm hu l-ammont ta’ multi li ġew imposti f’dan l-istess perjodu minħabba l-ksur indikat fil-mistoqsija?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li fil-perijodu ta’ bejn Jannar u Ġunju tas-sena 2013, l-uffiċjali ta’ Transport Malta għamlu 608 spezzjonijiet sabiex jaraw li t-temperatura ġewwa x-xarabanks hija skont kif stipulata fil-kuntratt, jiġifieri bejn l-20 u l-24 gradi celcius. Infurmat ukoll li minn dawn l-ispezzjonijiet, 21% instabu mhux konformi mal-kuntratt filwaqt li 79% instabu konformi mal-kuntratt. Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar u s-16 ta’ Ġunju tat-2013 Transport Malta mponiet 117-il multa f’dan ir-rigward li jammontaw għal €2,925.

Arriva – Statistika dwar passiġġieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ biljetti tal-ġurnata, ta’ ġimgħa u ta’ xahar li nxtraw bejn Jannar u Ġunju tal-2013 minn persuni li jużaw it-trasport pubbliku provdut mill-Arriva? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta’ passiġġieri li użaw it-trasport f’dan l-istess perijodu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li, skont informazzjoni provduta mill-operatur tat-trasport pubbliku, fil-perijodu ta’ bejn Jannar u Ġunju 2013 in-numru ta’ biljetti mibjugħa huwa hekk kif ġej: Tip ta’ Biljett Ammont ta’ biljetti mibjugħa Ta’ sagħtejn 857,637 Ta’ ġurnata 4,294,994 Ta’ ġimgħa 310,188 Ta’ xahar 18,475 Ta’ disgħin ġurnata 1,479 Total 5,482,773 L-ammont ta’ passiġġieri li ġew rapportati mill-operatur tat-trasport pubbliku li użaw is-servizz fl-istess perjodu jammonta għal 18,595,665.

Kunsill Malti għall-Isport – Sports Akwatiku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ taħriġ kien possibbli li jsir għat-tfal/żgħażagħ li jridu jieħdu sehem f’xi sport akwatiku, skont xi skema tal-Kunsill Malti għall-Isport matul ix-xhur tas-sajf? Fejn qed jingħataw dan it-taħriġ marbut ma’ dan l-isport akwatiku?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għax-xhur tas-sajf il-Kunsill Malti għall-Isport se jorganizza programm ta' tmien ġimgħat Summer on the Move. Bħala parti mill-programm se jsiru sessjonijiet tal-għawm, aqua fitness, triathlon u għawm sinkronizzat. Dawn is-sessjonijiet se jsiru fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq, fil-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop, fil-Kumpless Sportiv tal-Cottonera u fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi.
Leg 12 PQ #3610 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Local plans – applikazzjonijiet quddiem il-MEPA

Question

Billi qed jingħad li se jkun hemm bidliet fil-local plans, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) hux se jiġu evalwati skont ir-regolamenti u policies li jeżistu llum, jew skont meta jiġu deċiżi? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li permessi diġà validi jinbidlulhom il-kundizzjonijiet skont il-policies il-ġodda li għad jistgħu jiġu approvati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijet li hemm quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) se jiġu evalwati skont ir-regolamenti u l-policies meta jiġu deċiżi sakemm ma jkunx hemm klawsola tat-transazzjoni meta dawn jiġu approvati. Fir-rigward tat-tieni parti tad-domanda, ninforma lill-Onor. Membru li l-permessi mhux se jinbidlulhom il-kundizzjonijiet tagħhom.
Leg 12 PQ #3615 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar – Triq Parades — xogħlijiet fuq bandli

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ xogħol qed isir bħalissa fil-bandli ta’ Triq Parades, San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol li għaddej?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li x-xogħlijiet li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant huma dawk ta’ manutenzjoni fuq bażi regolari. Sadanittant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3539.
Leg 12 PQ #3616 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar – Applikazzjonijiet għal car parks

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il applikazzjoni għal car parks issottometta l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar minn April 2012 sal-lum? Fejn huma dawn is-siti li għalihom saru l-applikazzjonijiet? Meta saru u meta mistenni li jibda x-xogħol fuqhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li minn April 2012 sal-lum ma għamel l-ebda applikazzjoni għal car parks. Minkejja dan f’dawn l-aħħar xhur il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar żied parkeġġi ġodda billi għamel użu aħjar tat-toroq u fejn kien possibli minn parkeġġi orizzontali għamilhom splayed sabiex jidħlu aktar karozzi. Żdiedu ukoll parkeġġi matul il-promenade kollu ta’ San Pawl il-Baħar.
Leg 12 PQ #3633 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li jissupplixxu l-Isptar Mater Dei, x'tip ta' servizz/prodott joffru lill-isptar u kemm hi n-nefqa kull sena għal kull kuntrattur?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #3634 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Studenti tal-Biomedical Studies – xogħol għas-sajf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li qed isegwu kors tal-BSc fil-Biomedical Studies hux se jingħataw opportunità ta’ xogħol matul ix-xhur tas-sajf fl-Isptar Mater Dei, kif kien isir fis-snin preċedenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li x-xogħol fis-sajf għall-istudenti jiġi organizzat mill-Università ta’ Malta, b’konsultazzjoni mal-Isptar Mater Dei. Infurmat ukoll ma’ kien hemm l-ebda ħsieb minn naħa tal-Ministeru li jsir xi tibdil, minn kif kien isir fis-snin preċedenti.
Leg 12 PQ #3635 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Occupational Therapy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li wara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament ġiet maħtura bħala personal assistant għas-CEO tal-Isptar Mater Dei, is-servizz ta’ Occupational Therapy ġos-swali ma għadux jingħata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-servizz tal-Occupational Therapy fis-swali tal-Isptar Mater Dei ma twaqqafx. Preżentament dan is-servizz qed jingħata minn seba’ occupational therapists li huma mqassmin kif gej: Tnejn fis-Swali tal-Ortopedija, tnejn fis-Swali tal-Mediċina, tnejn fis-Swali Newroloġija, u wieħed fl-ispeciality wards. Qed jingħata wkoll servizz ta’ coverage fil-ħames swali tal-kirurġija permezz ta’ rotazzjoni mit-terapisti kkonċernati.