Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija — Transfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer ta’ membri tal-Korp saru fi ħdan il-Korp tal-Pulizija mill-11 ta' Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? F’liema gradi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li milli 11 ta’ Marzu ta’ din is-sena sal-lum kien hemm 226 membru tal-Korp li ġie trasferit minn xi Distrett/Taqsima għall-oħra tal-Korp tal-Pulizija. Dawn kienu f’dawn il-gradi: Assistant Kummissarju 1 Supretendenti 7 Spetturi 15 Surgenti Maġġuri 8 Surġenti 42 Kuntistabbli 153
Leg 12 PQ #1845 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pulizija — Ħatra ta' Kummissarju

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li biha ħatar lill-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li d-dokument mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

proġett ta’ Bieb il-Belt – xogħol fuq il-foss

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħala parti mill-proġett ta’ Bieb il-Belt, kif imfassal mill-Gvern preċedenti, qatt kienx hemm ippjanat xogħol fuq il-foss ta’ taħt Bieb il-Belt ? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx stimi ta’ kemm jiġi jiswa dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permess maħruġ mill-MEPA jinkludi t-tisbieħ u l-użu tal-foss biex jinġabar l-ilma tax-xita sabiex jintuża bħala “second class water” għall-użu tal-parlament kif ukoll għat-tisqija. Il-pjan oriġinali kien jinkludi ukoll li l-foss jiġi mibdul fi ġnien. Dan ix-xogħol kien oriġinarjament stmat li ser jiswa €1.9 miljun li kienu jagħmlu parti mit- €80 miljun mogħtija minn Malita plc Peress li l-proġett tad-daħla tal-Belt u bini tal-Parlament spiċċa jeħtieġ aktar fondi, il-flus mgħoddija minn Malita plc m'humiex suffiċjenti biex issir din il-parti tal-proġett. Għaldaqstant, preżentament qed issir evalwazzjoni dwar l-aħjar użu għal din il-parti tal-Belt.
Leg 12 PQ #1906 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ambulanzi f’Gwardmanġa – contact with patients allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex is-sewwiqa tal-ambulanzi li hemm fi Gwardamanġa m’għandhomx l-allowance imsejjaħ contact with patients, u dan meta jidher li persuni fl-istess grad fl-Isptar Mater Dei jieħdu tali allowance?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li t-talba tas-sewwieqa tal-Ambulanzi li hemm fi G’Mangia Garage, għall allowance imsejjaħ contact with the patient ma’ jezistix fil-qasam tas-Saħħa. Ninsab infurmat ukoll li l-allowance li qed jistaqsi dwaru l-Onor. Membru, joħrog mill-ftehim imsejjaħ Interim Agreement on the Nursing and Paramedical Class (Nursing Support Services Grades) li kien iffirmat lura mis-6 ta’ Marzu, 2008. Il-Ftehim imsemmi hawn fuq ikopri biss erba’ katergoriji ta’ ħaddiema li huma: Nursing Aides Health Assistants Care Workers Assistant Care Workers. Dan l-allowance jingħata għall raguni li l-kategoriji ta’ ħaddiema msemmija, jagħmlu xogħol bħala Nursing Related Activities u li huma maqsumin fi tlett kategoriji li huma : A - B - C.
Leg 12 PQ #1907 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Eżamijiet taċ-Ċivil – resits

Question

Peress li dawk li m’għaddewx mill-eżamijiet għall-impjegati taċ-Ċivil fi gradi minn skrivani ‘l fuq jistgħu jagħmlu, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan japplikax ukoll għal dawk li applikaw għal grad ta' messaġġier?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi resits ser isiru għall-kandidati li m’għaddewx mill-eżamijiet bil-miktub għall-gradi ta’ Skrivan, Uffiċjal Eżekuttiv, Assistent Uffiċjal Prinċipali, Uffiċjal Prinċipali u Uffiċjal Prinċipali Anzjan. Għall-grad ta’ messaġġier ma sarux eżamijiet bil-miktub; il-proċess ta’ selezzjoni kien jikkonsisti biss f’intervista. Għalhekk, fir-rigward tal-messaġġiera, mhux il-każ li jsiru resits.

Paternal leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk missier mhux miżżewweġ hux intitolat għall-paternal leave meta l-partner tiegħu jkollha tarbija? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid x'jista' isir jekk dan jiġi miċħud lill-impjegat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali talbiet jiġu kkunsidrati skont il-linji gwida tal-Public Service Management Code meta magħmula minn uffiċċjali pubbliċi li huma fir-responsabbiltà ta’ dan id-dekasteru. F’każ ta’ kjarifka din tintalab lill-Employee Relations Management Directorate fl-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika skont il-ħtieġa.

Ħlas żejjed – każ ta’ individwu

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, intalbet tħallas lura ħlas żejjed għall-ammont ta' €435.93 fix-xahar ta' April 2013 u issa €901.96 fix-xahar ta' Mejju/Ġunju?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il każ tagħha.
Leg 12 PQ #1910 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fidi ta’ ċens – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ilu snin jitlob sabiex jingħata l possibbilità li jixtri ċ-ċens tal-proprjeta tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-proprjetà tal-persuna, li d-dettalji tiegħu inbagħtu separatament, tikkonsisti f’ appartament li huwa mibni u jifforma parti minn art kbira ħafna. Din l-art li kienet tappartjeni lill-Awtoritatjiet Ekkleżjastiċi u li kienet għaddiet għand il-Gvern permezz tal-Ftehim li sar bejn is-Santa Sede u l-Gvern ta’ Malta, fiha kejl ta’ ċirka 13,173 metru kwadru. L-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi kienu ikkonċedewha b’ċens perpetwu maqsuma fuq 10 Plots b’kuntratti differenti. Aktar tard dawn l-10 plots inqasmu fi 62 plot u kull plot ġiet żviluppata b’ modi differenti, b’uħud minnhom f’ aktar minn proprjeta’ waħda. Dan wassal sabiex ikun ferm diffiċli biex wieħed ikun ċert l-appartament in kwistjoni minn liema parti tal-proprjetà oriġinali jifforma parti, l-aktar peress li mal-kuntratt li bih ġie mixtri l-appartament ma kien hemm l-ebda pjanta mehmuża u għalhekk irriżulta dan id-dewmien. Għal dan il-għan, fil-jiem li ġejjin se jsir appuntament mall-individwu ikkonċernat sabiex tekniċi mid-dipartiment ikunu jistgħu imorru fuq il-post biex iħejju l-pjanti meħtieġa, sabiex l-affarijiet ikunu jistgħu jimxu ‘il quddiem.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Tista’ tgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Post tal-Gvern – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li tittranġa l-ħsara li hemm il-fond tal-Gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament minħabba leakage ta’ ilma li qed jagħmel ħsara lill-ġebla?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fit-3 ta’ Lulju l-Awtorità tad-Djar għamlu kuntatt mal-klijenta. Hi iddikjarat li r-residenti li joqgħodu fis-sular ta’ fuqha, biddlu l-kamra tal-banju u probabilment ix-xogħol sar ħażin. B’konsegwenza t’hekk beda jillikja l-ilma ġos-saqaf tal-klijenta fejn ikkawża xi ħsarat. Barra minhekk , hi stqarret li l-istess appartament ta’ fuqha ħa n-nar u għal darb’oħra dan ikkawża ħsarat fis-soqfa tagħha. L-Awtorità tad-Djar bagħtet lill-ħaddiema sabiex isewwu l-ħsarat imsemmija iżda l-klijenta qalet li x-xogħol sar b’mod traskurat. L-istess ħaddiema stqarrew mal-klijenta li s-soqfa kienu perikolużi. Wara l-klijenta applikat għall-iskema “Sir Sid Darek” u saret spezzjoni tal-appartament tagħha. Minn spezzjona dan l-appartament iddikjara li s-soqfa ma kenux perikolużi. Għaldaqstant il-klijenta qed titlob li ssir spezzjoni oħra. Hi se tkun barra minn Malta matul it-tlett ġimgħat li ġejjin, għalhekk tixtieq li tiġi kkuntattjata lejn l-aħħar tax-xahar ta’ Lulju

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Spejjeż għar-rinnovazzjoni tal-Ministeru

Question

Tista’ l-Ministru tagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Tista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tagħha, kif ukoll tal-istaff tagħha u konsulenti rispettivi? Tista’ fis-somma tinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Tista’ għal kull item/servizz tgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paul – trasferiment ta’ ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru transfers jew redeployment fir-Residenza San Vinċenz de Paule minn Marzu, 2013 ’l hawn. Min huma dawn il-persuni? X’inhi r-raġuni f’kull każ li wasslet biex dawn in-nies ġew transferred u/jew redeployed?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 98 trasferiment fl-Isptar San Vinċenz de Paul. F’kull każ dawn it-trasferimenti saru skont l-esiġenzi u l-ħtiġijiet tas-servizz bl-iskop aħħari li naraw qabża fil-kwalità fis-servizzi offruti lill-anzjani residenti f’dan l-isptar. Din l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Vinċenz de Paul – inkarigu ta’ membru parlamentari

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 542 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-guidelines li jirregolaw il-ħidma u l-operat tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u tad-Deputat Laburista, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ngħata inkarigu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u fetaħ uffiċċju f'din ir-residenza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operat tas-Segretarju Parlamentari għall-anzjani huwa l-ħarsien t-titjib għad-drittijjiet ta’ Persuni b’dizabilita kif ukoll l-ħidma b’risq anzjanita attiva. Nigbed l-attenzjoni ta l-Onorevoli Interpellant li d-dekasteru huwa Segretarjat Parlamentari għad-drittijiet ta persuni b’dizabilità u Anzjanità attiva. L-Onorevoli Anthony Aguis Decelis inħatar konsulent tal-Gvern fuq l-Anzjani, biex jgħin fl-izvilupp tal-Politika u t-twettiq tagħha għal din ir-residenza li hija maħsuba li tagħti servizzi ta’ long term care, u in partikolari, fil-kuntest tal-istrategija u l-politika dwar l-anzjanità attiva.

Residenza San Vinċenż de Paul – inkarigu ta’ membru parlamentari

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 543 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-brief li ngħata d-Deputat Laburista, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fl-inkarigu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u x'riżultati huma mistennija minnu? Tista’ tgħid ukoll xi ħlas u benefiċċji għandu għal din il-ħidma? Qed jingħata karozza għall-użu uffiċjali u/jew personali? Jekk iva, tista’ tgħid x’tip ta’ karozza hi, minn fejn qed tinkera u b’liema rata u jekk ħarġitx sejħa għall-kiri ta’ din il-karozza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex għall-ewwel parti tal-mistoqsija jirreferri għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 2892 u dwar, karozza, ħlasijiet u benefiċċji l-Onor. Aguis Decelis jirċievi biss użu ta' mobile u ħlas ta' petrol u qed jgħamel uzu tal-karozza tiegħu.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — kompożizzjoni ta’ bordijiet ta' entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Tista’ tgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qasam tad-Djar — xogħlijiet neċessarji fuq ċint ta' proprjetà tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1222 u tara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji fuq ċint ta' proprjetà tal-Gvern (ġardina ta' qasam tad-djar), li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjal għoli mill-Ministeru żar il-post u ltaqa' mal-inkwilin. Il-każ intbagħat għand l-Awtorità tad-Djar biex jieħdu ħsieb u skonT il-Perit tal-Housing dan il-ħajt tal-ġnien mhux ta' xi periklu. Minkejja dan se jkun irrangat .

Tas-Silġ — Tiswija ta’ ġibjun

Question

Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex ħsara fil-ġibjun iż-żgħir li jinsab fil-viċinanzi ta' Tas-Silġ u li ilu jiġi rrappurtat aktar minn sitt ġimgħat, u dan b'detriment għall-bdiewa tal-inħawi jiġi msewwi mingħajr aktar dewmien? Jista’ jinvestiga x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien meta normalment ħsara simili kienet tissewwa f'qasir żmien?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tad-Djar – tqassim ta’ proprjetà

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm tqassmu postijiet tal-Gvern mid-9 ta’ Marzu ’l hawn?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar allokat erba' postijiet mid-9 ta' Marzu, 2013 sal-lum.