TVM – statistika ta’ kemm dehru Ministri u kelliema tal-Oppożizzjoni fuq l-Aħbarijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2974 u jagħti statistika li turi xahar b’xahar kemm dehru Ministri fl-aħbarijiet tat-8 ta’ filgħaxija fuq TVM minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jagħti statistika li turi kemm kien hemm kummenti ta’ Ministri fl-aħbarijiet u jagħti l-istess informazzjoni għar-rigward ta’ kelliema tal-Oppożizzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x’passi qed jieħu l-Gvern dwar l-ilmenti li qed isiru mill-Partit Nazzjonalista dwar l-iżbilanċ li qed ikun hemm kontra l-Partit Nazzjonalista, speċjalment fl-aħbarijiet tat-8 ta’ filgħaxija fuq TVM?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-ilmenti ma jiġux indirizzati mill-Gvern i¿da mill-Awtorita' tax-Xandir. Minn informazzjoni li għandi, fl-aħħar xhur ma sar l-ebda ilment dwar l-aħbarijiet tat-8 ta’ filgħaxija fuq TVM mill-Partit Nazzjonalista mal-Awtorita' tax-Xandir.
Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra meta se jitħabbar il-bord għar-riforma fil-Public Broadcasting Services (PBS) li kien imwiegħed mill-Partit Laburista u li kien issemma’ anke meta tħabbar il-bord il-ġdid?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ried l-ewwel li jissetiljaw il-bordijiet il-ġodda tal-PBS biex imbagħad jitħabbar bord ta’ riforma. Il-bord tar-riforma se jkun qed jitħabbar sa l-aħħar tas-sena.
Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x’inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar il-fatt li l-aħħar ilment ta’ żbilanċ fix-xandir mill-Partit Nazzjonalista jirrigwarda l-fatt li l-Public Broadcasting Services (PBS) ħadu intervista lilu iżda ma ġabux reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Partit Nazzjonalista bagħat ilment dwar din l-intervista lil Kap tal-Aħbarijiet fl-10 ta' Lulju. Il-Kap tal-Aħbarijiet wieġeb lid-Direttur tal-Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista l-għada l-11 ta' Lulju. Nifhem li risposta li fiha ġie elenkat ir-rapport estensiv ta' x'qal l-Onor Kap tal-Oppozizzjoni fl-istess tema u fl-istess okkażjoni issodisfatt id-diriġenti tal-Partit Nazzjonalista li ma resqitx l-ilment quddiem l-Awtorità tax-Xandir.
Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk il-bord editorjali tal-Public Broadcasting Services (PBS) bidilx il-policy li kienet titħaddem fl-aħbarijiet ta’ TVM fejn kienet tinġieb reazzjoni tal-parti l-oħra fi stejjer ta’ ċerta portata? Jekk le, jista’ jinforma lil din il-Kamra bil-passi li ttieħdu meta nkisret din il-policy? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tax-Xandir kitbitx lill-PBS minħabba l-fatt li bl-aġir tal-PBS f’dan il-każ, inkisret il-liġi tax-Xandir li tgħid b’mod ċar li l-veduti tal-partijiet kollha jridu jkunu inklużi f’items li jkunu jinvolvu kontroversja politika?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-mistoqsija 3846 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda tibdil fil-policy mill-Bord Editorjali fir-rigward tal-aħbarjiet.
Nitlob lill-Onorevoli Membru jispeċifika għal liema storja qed jirreferi. Pero ninfurmah li l-PBS ma kisret l-ebda policy u lanqas ircieviet notifika mill-Awtorita tax-Xandir minħabba dak li qed jallega l-interpellant ta' ksur tal-liġi tax-xandir.
Nixtieq inżid ma’ dan li għidt, li għandi riservi kbar tiegħi kemm din il-Policy li qed jgħamel referenza għaliha l-Onorevoli Interpellant kienet titħaddem fl-aħbarijiet taħt l-aministrazzjoni preċedenti speċjalment fl-aħħar ftit xhur.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li kellha tirċievi sussidju mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNDP) imma s’issa għadha bla risposta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont intbagħat lill-persuna konċernat fid-19 ta' Lulju 2013.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ilha ħames snin tistenna biex issirilha l-operazzjoni tal-katarretti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-kaz ġie segwid u konkluz mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Jista’ l-Ministru jara li tintbagħat il-kartuna s-safra tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament peress li waslu biex isiefru u għandhom bżonn il-mediċini?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-kaz ġie segwid u konkluz mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ilha erba’ snin tistenna biex tagħmel l-operazzjoni tal-hip bone u tinsab muġugħa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-kaz ġie segwid u konkluz mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir il-parti t'isfel ta' Triq Batu ġewwa Ħaż-Żebbuġ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret minn uffiċjali ta’ Transport Malta, instab li l-manutenzjoni ta’ din it-triq taqa’ taħt ir-responsabilta’ tal-Kunsill Lokali. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-distanza massima li jistgħu jiġu spazzjati l-arbli li magħhom jitwaħħal cable tal-elettriku biex jipprovdi servizz ta' dawl fi proprjetà?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li normalment id-distanza bejn l-arbli tkun ta' 30 metru, iżda din tista' tvarja peress li tiddependi fuq in-numru u d-daqs tal-linji li jkunu jiġu mgħoddija. Jiddependi wkoll jekk l-arbli jkunux se jitwaħħlu f'linja dritta jew le.
Kors tad-Diploma Nursing — sponsorship ta' individwu
Question
Tista' l-Ministru tara x'possibilità hemm li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li bħalissa qed tagħmel kors ta' Diploma (Nursing) tiġi sponsored għal aktar żmien fil-kors tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna involuta kienet ingħatat il-faċilità li tieqaf mix-xogħol minn fejn kienet taħdem biex tagħmel il-kors li twassal għal Diploma fin-Nursing. Mhix il-prattika li sponsorship bħal dan jiġi estiż aktar minn kemm hu twil il-kors.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li kienet taħdem bħala heavy plant driver kif ukoll multi skilled fitter mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kenitx fil-fatt ħaddiema tal-Korporazzjoni jew inkella sekondata minn mal-gvern?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata kien ħaddiem tal-gvern.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3307, fil-każ tal-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li dan il-post jinsab vojt minħabba li l-anzjani jinsabu ġo home, tista' l-Ministru tara hux possibli li dan il-post jiġi allokat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-liġi tgħati s-setgħa lis-sid biex jieħu lura dawk il-postijiet li jkunu battala. Il-Policy li tħaddan l-Awtorità tad-Djar fil-preżent hija li ma titlobx lill-inkwilni li għandhom post mikri mill-Gvern sabiex jiddepożitaw iċ-ċwievet ta’ dawn il-postijiet sakemm huma jkunu residenti ġo dar tal-Anzjani. Din il-Policy qed tkun riveduta.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 3594 u 3195 u tgħid kemm hu l-ammont ta' nies li applikaw u qed jistennew sabiex jidħlu f'dar tal-anzjani? Minn din il-waiting list kemm huma dawk l-applikanti li huma residenti fin-Nofsinhar ta' Malta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija Parlamentari numru 3799 f’seduta 53.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm se jkun qed jibbenefikaw il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa minn fondi speċjali tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) magħrufa bħala UIF bejn l-2008 u l-2013 u li fihom jinkludi ukoll dawk approvati mill-MEPA iżda għadhom ma tħallsux sad-data li fiha qed titressaq din id-domanda?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-ammont imħallas fil-perjodu msemmi mill-UIF lilll-Kunsill Lokali tal-Mellieħa huwa ta’ €418,104,34.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien is-sehem tal-Gvern bħala Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali fit-twettiq tal-Proġett tal-Park tal-Familja fil-Mellieħa li ġie inawgurat aktar kmieni din is-sena?
Response (MIZZI, JOE)
Niġbed l-attenzjoni lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi mhuwiex il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali iżda l-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kienu l-fondi Ewropej taħt programmi u inizjattivi varji li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bbenefika minnhom bejn Marzu 2008 u Ġunju 2013? Jista’ jelenka wkoll liema kienu dawn il-proġetti, programmi jew inizjattivi b’rabta mal-Unjoni Ewropea?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra