Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Evalwazzjoni
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 213, jista' l-Ministru jgħid sa meta huwa mistenni li titlesta l-evalwazzjoni dwar l-operat tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjoni dwar l-evalwazzjoni tal-operat tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada kienet waħda informali u ma kien hemm l-ebda persuna partikulari li tqabbdet b'mod formali tagħmel din l-evalwazzjoni.
Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Evalwazzjoni
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 213, jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni invouti fl-evalwazzjoni tal-operat tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Kif spjegat f'Mistoqsija Parlamentari Nru. 712, ma kien hemm l-ebda persuna li tqabbdet formalment tagħmel din l-evalwazzjoni. Id-diskussjoni saret ma' diversi uffiċjali u kienet diskussjoni li fiha ma nkiteb l-ebda rapport formali.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — impjegati detailed
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi u min joħroġ tali salarju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bit-tagħrif dwar impjegati fid-dekasteru tiegħi li għandhom permess jagħmlu xogħol ma' xi entità mhux governattiva (NGO) jew li qegħdin fl-istadju li r-rilaxx tagħhom jiġi mġedded, inkluż trade unions.
Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport — impjegati detailed
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi u min joħroġ tali salarju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari hija inkorporata fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1100.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il interrogazzjoni saret mill-Pulizija minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi li tagħti d-dritt ta’ assistenza legali qabel l-interrogatorju, u kemm-il istanza kien hemm fejn dan id-dritt ġie eżerċitat?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi minn Frar 2010 sa l-aħħar ta’ Awissu ta’ din is-sena, kien hemm 7975 persuna li kienet arrestata mill-Pulizija b’konnessjoni ma investigazzjoni kriminali. Minn dawn, 2273 persuna pprevelaw mill-jedd għal parir legali qabel ġew interrogati mill-Pulizija ai termini tal-Art 355 AT tal-Kodiċi Kriminali.
Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija — video cameras fil-kmamar tal-interrogazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-ordni għax-xiri u l-eventwali stallazzjoni ta’ video-cameras fil-kmamar fejn isiru l-interrogazzjonijiet fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, u kemm-il waħda ġiet stallata?
Response (MALLIA, EMANUEL)
l-ordni għax-xiri ta’ sitt audio visual recorders kienet saret fit-12 ta’ Dicembru 2012. Dawn ġew installati fil-bini tas-CID fil-Kwartieri Ġenerali fil-Floriana.
Il-‘Letter of Acceptance’ ghax-xiri ta’ sitt (6) audio visual recorders kienet saret nhar it-12 ta’ Diċembru 2012. Dan l-apparat kien ġie installat ġewwa sitt (6) kmamar fit-Taqsima ta’ l-Investigazzjonijiet Kriminali fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fl-1 ta’ Marzu 2013.
Minkejja li kien hemm l-installazzjoni tal-audio visual recorders, dawn qatt ma ntu¿aw fl-amministrazzjoni preċedenti u ntu¿aw biss għall-ewwel darba fi 22 ta’ April 2013.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1525, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument li stabbilixxa l-policy għar-re-instatement tal-pulizija u jista’ jindika kemm ilu japplika dan id-dokument?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reinstatements fil-Korp tal-Pulizija isiru skont kif previst fil-Public Service Management Code.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm proġetti u fondi tal-Unjoni Ewropea bbenefika minnhom il-Korp tal-Pulizija minn meta pajjiżna daħal fl-Unjoni Ewropea ’l hawn? Jista’ jindika ukoll x’talbiet għal proġetti u fondi mill-Unjoni Ewropea huma pendenti?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi ż-Żgħar — kuntratti ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex qed jinqata' l-benefiċċju soċjali ta' spiss lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għalkemm tbati minn kondizzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-benefiċċju tal-persuna indikata minnu, li ġie nieqes fid-29 ta' Ġunju 2013, twaqqaf peress li l-mara tiegħu taħdem full-time.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern għar-rigward it-tankijiet li jintużaw għall-films fil-Kalkara Film Studios? Jista’ jgħid jekk hemmx arretrati dovuti lill-Gvern u jekk fl-affermattiv lil min huma dovuti, u kemm hu l-ammont għal kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa hemm kawża pendenti l-qorti fuq dan il-każ u għalhekk il-Gvern ma jħossx li hu għaqli li jwieġeb din il-mistoqsija parlamentari.
Il-Gvern jħares lejn il-Mediterranean Film Studios b’interess kbir, bl-għan li l-industrija tal-films tkompli titkattar.
Fir-rigward tal-parti tal-mistoqsija li tirreferi għal-arretrati dovuti, nħeġġeġ lill-Onorevoli interpellant biex jindirizza din id-domanda lill-offiċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru ż-żewġ toroċ li hemm quddiem il-monument tal-Gwerra fil-Furjana? Jista' jgħid minn min sar ix-xogħol u kemm qam l-istess xogħol? Jista' jgħid ukoll kif ingħata dan ix-xogħol, jekk hux b’tender jew b'direct order? Jekk b'tender, jista' jgħid min kienu dawk li applikaw u kemm kienet l-offerta ta' kull wieħed minnhom? Jista' jgħid x’inhi r-raġuni għaliex illum mhux jinxtelgħu kuljum?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-kuntratt taż-żewġ Torċi li hemm quddiem il- Monument tal-Gwerra fil- Furjana ingħata permezz ta’ Direct Order fis- 17 ta’ Novembru 2011 għas-somma ta’ €28,990.
Din id-
Direct Order
ġiet approvata mill- Ministeru tal-Finanzi taħt il-Gvern preċedenti. Il-kuntrattur li ingħata dan ix-xogħol kien is-Sur Mariorick Mifsud.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li attwalment il-fjammi ornamentali qatt ma kienu jitħallew mixgħulin il-ħin kollu. Sa minn meta ġew introdotti, dawn il-fjammi kienu jinżammu mixgħulin mis-sitta ta’ filgħodu sa nofs il-lejl. Minn wara Marzu 2013, dawn l-istess fjammi bdew jinżammu mixgħulin bejn is-sitta ta’ filghaxija tul il-lejl sas-sitta ta’ filgħodu, filwaqt li bħalissa qed ikunu mixgħulin bejn l-għaxra ta’ filgħodu u l-għaxra ta’ filgħaxija.
Ninsab infurmat li fl-stess waqt li inbidlu il-ħinijiet li matulhom dawn il-fjammi jinżammu mixgħulin, inbidlu ukoll l-aġenti li mingħandhom jinxtara il-gass meħtieġ għal dawn il-fjammi.
L-ewwel aġenti kienu Easy Gas li ssupplixxew total ta’ 34,324 litri ta’ gass f’38 ġimgħa, li jiġu medja ta’ 903.26 litri ta’ gass fil-ġimgħa.
Dawn l-aġenti ġew issostitwiti minn Liquid Gas, li ssupplixxew total ta’ 7,100 litri ta’ gass fi 12-il ġimgħa, li jiġu medja ta’ 592 litri ta’ gass fil-ġimgħa.
B’referenza għal dawn il-figuri, huwa stmat li qed jiġu ffrankati mat- 311 il-litru ta’ gass fil-ġimgħa li meta tikkalkula li kull litru gass jiswa €0.5889, it-total ta’ spiża ffrankata hija stmata li tleħħaq il- €183 fil-ġimgħa.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tistax tixtri l-post li tgħix fih? Jekk fl-affermattiv, tista' tintbagħat informazzjoni dwar xi kemm tista' tkun it-talba għax-xiri ta' dan il-post?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-residenza li fiha tgħix il-persuna li għaliha qed issir referenza hija dar u għalhekk ma tistax tinbiegħ għaliex l-iskema teskludi l-bejgħ ta’ djar.
Peress li wara appell quddiem l-arbitru ġie deċiż li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament kellha raġun, tista' l-Ministru tgħid meta taħseb li se tirċievi dan il-benefiċċju?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Wara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament applikat sabiex tixtri l-post li tgħix fih, tista' l-Ministru tgħid x'sar mill-każ tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta ġiet nfurmata bil-miktub fit-22 ta’ April 2013 li l-applikazzjoni tagħha ma tistax tiġi pproċessata peress li l-Gvern mhux is-sid assolut ta’ din l-art. L-applikanta ingata lura wkoll l-ispejjeż li ħallset mal-applikazzjoni.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tagħrif huwa mqassam kif ġej:-
Dok 'A' - MCAST
Dok 'B' - Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Ogħla u Avvanzata u l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki
Dok 'C' - Universita' ta' Malta
Dok 'D' - Kunsill Malti għall-Isport
Dok 'E' - Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ
Dok 'F' - Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
Dok 'G' - Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada
Dok 'H' - Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li kellhom jagħmlu l-periti li ġew imqabbda mill-Ministru u kellu jitlesta sal-aħħar ta’ Mejju dwar ix-xogħlijiet u l-manutenzjoni tal-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Proġetti inawgurati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema bordijiet ta’ għażla għal job vacancies li hemm bħalissa fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, huma diġà kostitwiti? Jista’ jgħid minn min huma kostitwiti dawn il-bordijiet u f’liema kapaċita qegħdin hemm il-membri ta-bordijiet? Sar xi tibdil fil-kostituzzjoni ta’ dawn il-bordijiet? Kien hemm xi entitajiet li qabel ma kenux irrapreżentati, u issa qed jiġu rrapreżentati u viċi versa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-perjodu meta saret l-interpellanza, jiġifieri ftit qabel li l-Parlament waqaf għar-recess tas-Sajf, kien hemm bordijiet ta' għażla għal job vacancies fil-Ministeru u d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħti, kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi:-
Tabella 'A': Direttorati Ġenerali tal-Edukazzjoni
Tabella 'B': Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ/Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi/Kunsill Malti Għall-Isport/Direttorat Tagħlim tul il-Ħajja
Tabella 'C': MCAST
Tabella 'D': Universita' ta' Malta
Rigward Tabella 'D', il-Bordijiet tal-Għażla huma stabbiliti skont Statut 7 tal-Universita' ta' Malta u l-linji gwida approvati mill-Kunsill tal-Universita' ghall-membri tal-Bordijiet tal-Għażla fir-reklutaġġ tal-istaff Akkademiku Resident tal-Universita' ta' Malta, staff Akkademiku tal-Junior College u r-reklutaġġ ta' staff Amministrattiv, Tekniku u Industrijali. Il-linji gwida jipprovdu għall-kompożizzjoni ta' Bordijiet tal-Għażla. Membru tal-Kunsill tal-Universita' ta' Malta huwa nkluż fuq kull Bord tal-Għażla.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi, fid-Dipartiment tal-Eżamijiet ġew kostitwiti Bordijiet tal-Għażla biex jimtlew job vacancies fis-Servizz Pubbliku kollu u mhux fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biss.