Ministeru għat-Turiżmu — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (VELLA, KARMENU)
Il-Ministru għat-Turżimu flimkien ma’ rappreżentanti tal-Ministeru attendew għal-laqgħa informali tal-Kunsill tat-Trasport fil-Litwanja.
Ma kienx hemm laqgħat oħra marbuta mad-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu li l-Ministru m’attendiex.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta kont appuntat Ministru għat-Trasport u Infrastruttura saret laqgħa waħda fuq dan is-suġġett li għaliha attendew ir-Rappreżentanta Permanenti ta’ Malta fi Brussel u is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tiegħi.
Ma stajtx nattendi għal din il-laqgħa minħabba li kont indispost.
Ministeru għas-Saħħa — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru illi mid-9 ta` Marzu ‘l hawn, attendejt żewġ laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea, li matulhom iltqgħajna il-Ministri Ewropej responsabbli mis-Saħħa.
· Il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea responsabbli mill-Impjiegi, Politika Socjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (
EPSCO)
li sar fil-Lussemburgu fil-21 ta Ġunju.
· Il-Laqgha Informal tal-Ministri tas-Saħħa (Informal Health Ministers Meeting) li sar fil-Lithuania bejn it-8 u d-9 ta Lulju.
Jista’ l-Ministru jgħid xi trasferimenti ta’ kapijiet u assistenti kapijiet ta’ skejjel qed isiru u huwa ppjanat li jsiru matul is-sajf 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li matul is-sajf sar l-eżerċizzju li normalment isir bħal daż-żmien tas-sena biex ikun identifikat xi trasferimenti huma meħtieġa sabiex l-iskejjel ikolhom l-istaff neċessarju. Sar ukoll proċess sabiex jinħatru kapijiet ġodda.
Jista’ l-Ministru jgħid xi kriterji qed jintużaw biex jiġu trasferiti l-kapijiet u l-assistenti kapijiet tal-iskejjel tal-istat matul is-sajf?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-kriterji li qed jintużaw huma dawk li dejjem intużaw fosthom:-
Esiġenzi tal-iskejjel
Esiġenzi tas-servizz
Numru ta' snin ta' servizz fi skola partikolari
Ħiliet partikolari tal-Kapijiet mqabblin mal-bżonnijiet tal-iskola
Gender balance kemm jista' jkun.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ikklampjati karozzi fil-konfini tal-Isptar Mater Dei mill-uffiċjali tas-sigurtà matul ix-xhur ta' April, Mejju u Ġunju 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fix-xahar t’April ġew klampjati ( 4 ) erba’ karozzi, f’Mejju ( 12) tnax-il karozza, filwaqt li f’Ġunju ġew klampjati ( 2 ) żewġ karozzi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies ipejpu fil-konfini tal-Isptar Mater Dei mill-uffiċjali tas-sigurtà matul ix-xhur ta' April, Mejju u Ġunju 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li tlett ( 3 ) persuni ġew maqbuda jpejpu ġewwa l-Isptar Mater Dei fix-xahar t’April u tlieta ( 3 ) oħra f’Mejju. Ħadd ma’nqabad ipejjep fix-xahar ta’ Ġunju,għalhekk sitt ( 6 ) kontravenzjonijiet ġew maħruġa.
Dawn il-kontravenzjonijiet ġew maħruġa mill-Inspettur tas-Saħħa tal-Isptar Mater Dei. Dan għaliex il-membri tas-Sigurta’ m’għandhom l-ebda poter leġislattiv u l-uniċi żewg Pulizija fl-Isptar Mater Dei ikunu ġewwa l-Emerġenza.
PBS – Ġurnalisti jippreżentaw programm – ħlas extra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu extra għal kull programm dawk il-ġurnalisti, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, impjegati mal-Public Broadcasting Services (PBS) li matul l-iskeda 2012-2013 kienu qed jippreżentaw programm?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-ħlasijiet tal-preżentaturi msemmija hawn taħt matul l-iskeda 2012-2013 kienu kif ġej. Ta’ minn jinnota żewġ ġurnaliti minnhom kienu jitħallsu l-pagament tagħhom mill-Production House rispettiva tal-programm.
1 €400 per programme
2 €60 per programme
3 €100 per programme
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux se jkompli bil-pjanijiet tal-Gvern preċedenti u jiżviluppa Flamini House, li hija proprjetà tal-Gvern u li tinsab fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, bħala dar għall-anzjani? Huwa minnu li l-Gvern għandu ħsieb li jgħaddi din id-dar lil xi għaqda/entità partikolari f’Raħal Ġdid għal skopijiet oħra, u mhux biex tintuża bħala dar għall-anzjani?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qiegħed jevalwa l-pjani għal din id-dar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku twaqqfitx? Jekk iva, min huma l-membri?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku hija mwaqqfa u l-membri tagħha huma dawn:
Chairperson:
is-Sur Louis Naudi
Deputy Chairperson:
is-Sur Saviour Fenech
Membri:
is-Sur Vincent Piccinino
is-Sur Carmel Herrera
is-Sur Franco Masini
Il-membri msemmija hawn fuq inħatru mill-President ta’ Malta fuq il-parir tal-Prim Ministru, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 109 tal-Kostituzzjoni, għall-perjodu ta’ tliet snin, b’seħħ mit-18 ta’ Ġunju 2013.
mt - 12/08/2013
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba ltaqa’ mill-elezzjoni 'l hawn il-Kumitat dwar il-Heatwave? Jekk iva, meta saret kull laqgħa u min kien preżenti għal kull laqgħa?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumitat ad hoc tal-heatwave ma ltaqax mill-25 ta’ Lulju, 2012. Madankollu, il-Ministeru jinsab lest għal kull kontinġenza, inkluża dik ta’ heat waves.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-Blokka Ġwanni Pawlu 2 fir-Residenza San Vinċenz de Paul hemmx xi apparat tar-reverse osmosis bil-ħsara? Jekk iva, kemm ilu bil-ħsara dan l-apparat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-apparat tar-reverse osmosis fi Blokka Gwanni Pawlu 2 twaqqaf meta bħala Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Kura tal-Anzjani, huwa kien politikament responsabbli mir-Residenza San Vinċenz de Paul.
Infakkru li dan l-impjant twaqqaf fid-19 ta’ Settembru 2012 wara konsultazzjoni mas-Segretarjat tiegħu biex isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni wara li kienu nstabu diversi tipi ta’ mikrobi fis-sistema. Għalkemm inġiebu diversi kumpaniji privati u kompetenti biex isir tali tindif. Minkejja li kienu nbidlu kemm it-tankijiet, il-membranes tal-filter, u ngħata trattament bil-UV Light fejn kien indikat, xorta baqgħet il-problema bil-mikrobi, fosthom Coliforms, E.Coli, Legionella, Enterococci u Pseudomonas aeuruginosa.
Tajjeb li l-Onorevoli Interpellant ikun informat li l-ilma li jissupplixxi lis-swali f’San Vinċenz de Paul qiegħed jiġi ttestjat minn kumpaniji kompetenti u approvati biex isiru t-testijiet b’mod regolari u serji. Jirriżulta li l-ilma huwa tajjeb għax-xorb u mingħajr riskju.
Ċerta li l-Onor. Interpellant ikun jaf li wara żjara għall-għarrieda mill-ħaddiema tas-saħħa pubblika, dawn kienu impressjonti ħafna bil-progress li sar. Dan huwa proċess kontinwu biex jitjieb is-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li bħalissa fl-Isptar Mater Dei mhux qed isiru testijiet tad-demm tal-prostata (PSA)? Jekk iva, x’inhi r-raġuni?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li kien hemm perjodu fejn il-laboratorju ma setgħax joffri is-servizz tal-PSA għaliex il-kumpanija ta’ barra li tipprovdi dan it-test ġibdet lura il-kits kollha għal raġunijiet ta’ preċizjoni tat-test. Din l-ispjegazzjoni diġà ingħatat fir-risposta tal-mistoqsija Parlamentari Numru 3805. Kits ġodda issa laħqu waslu u ix-xogħol reġa’inbeda mill-ġdid.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'kategoriji ta' bini/strutturi perikolużi jaqgħu taħt l-applikazzjoni għal dangerous structures mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u f'liema żoni ta' żvilupp (bħal ODZ, UCA, within Scheme, eċċ.) jgħoddu tali applikazzjonijiet? Applikazzjonijiet għal dangerous structures jagħtu d-dritt lis-sidien ta' dawn il-proprjetajiet li jneħħu dik l-istruttura perikoluża biss, jew ituhom ukoll id-dritt illi struttura perikoluża tiġi mibdula?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċedura biex tiġi ndirizzata sitwazzjoni fejn hemm periklu hija regolata permezz tal-Avviż Legali 258 tal-2002, intitolat Ordni tal-2002 dwar l-Iżvilupp (Tneħħija ta' Periklu). Din il-proċedura hija spjegata wkoll fiċ-Ċirkolari tal-MEPA 3/12.
L-Avviż Legali w iċ-Ċirkolari ma jeskludux kategoriji ta' bini/strutturi perikolużi jew żoni ta' żvilupp li għalihom ma tapplikax il-proċedura. Iżda, kemm l-Avviż Legali kif ukoll iċ-Ċirkolari jeżiġu li xogħol biex jitneħħa periklu m'għandux jaffettwa l-valur li jista' jkollha struttura. Jeżiġu wkoll illi x-xogħol biex jitneħħa jew jiġi mitigat periklu għandu jkun dak il-minimu possibbli sakemm l-Awtorita` tkun tista’ toħroġ permess (jekk hu l-każ) wara li ssir applikazzjoni għal żvilupp (
full application
) għal dak ix-xogħol li jkun hemm bżonn li jsir fuq il-bini jew l-istruttura. Jiġifieri l-ewwel preferenza hi li l-bini jew l-istruttura perikoluża għandhom jiġu mifrudin b'mod temporanju biex jitneħħa l-periklu, kif stabbilit fl-Artiklu 2(b)(v) tal-Avviz Legali.
Bil-proċedura stabbilita bl-Avviż Legali u biċ-Ċirkolari, struttura perikoluża tista' tiġi mibdula fil-każ illi jekk ma jsirx hekk il-periklu jista' jiżdied jew inkella ssir aktar ħsara. Per eżempju, jekk saqaf għandu bżonn jitwaqqa’, ma titħalliex ir-rikostruzzjoni immedjata tiegħu, u jibqa' hekk għal tul ta' żmien, jista' jkun ta' dannu u periklu għas-sulari sottostanti jew għall-bini nnifsu minħabba li issa l-bini jkun ġie espost għall-elementi. Għalhekk f'każ bħal dan, il-proċedura tista' tawtorizza li jitneħħa s-saqaf perikoluż u l-bini mill-ġdid tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess ħareġ Transport Malta għal reserved parking bays għad-diversi Ministeri li jinsabu fil-Belt Valletta mit-12 ta' Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm żdiedu reserved parking bays Ministeru b' Ministeru fil-perijodu msemmi hawn fuq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li nħarġu seba’ kaxxi għal parkeġġ riservat għall-Ministeri fil-Belt Valletta skont il-polza ta’ Transport Malta li ilha eżistenti għal diversi snin. Il-parkeġġi riservati l-oħra għall-ministeri kienu diġa eżistenti għall-ministeri preċedenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dettalji tal-kaxxi tal-parkeġġi riservati f’toroq pubbliċi.
Il-Belt Valletta – Skola ta' Sant Iermu – problema ta’ parking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kenitx instabet soluzzjoni għall-problema ta' parkeġġ għall-għalliema tal-Iskola ta' Sant Iermu, il-Belt Valletta, wara li kien sar rapport dwar din il-problema f'gazzetta lokali? X'arranġamenti saru? Min kien involut fil-konsultazzjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward tal-problema ta' parkeġġ għall-għalliema ta' St Elmo School, il-Belt Valletta, l-istess għalliema ġew eżentati mis-sistema tas-CVA. Din l-eżenzjoni ngħatat wara konsultazzjoni mal-Union tal-Għalliema (MUT).