Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3886 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali taż-Żejtun – laqgħa mal-Ministru

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3564, jista’ l-Ministru jgħid għaliex għal laqgħa li saret reċentement bejn il-Kunsill Lokali taż-Żejtun u l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, mhux il-kunsilliera kollha ġew mistiedna, fid-dawl li l-Kunsill Lokali, li tagħhom hu responsabbli l-Ministru għat-Turiżmu, ma kellux l-obbligu javża lill-kunsilliera kollha bil-laqgħa mal-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija prassi f’kull Kunsill Lokali, inkluż dak taż-Żejtun, li l-membri kollha tal-Kunsill Lokali jkunu nfurmati u mistiedna għall-attivitajiet kollha tal-Kunsill kif ukoll għal laqgħat uffiċċjali. Jidher li dak li ġara fiż-Żejtun sar bi żvista. Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ġibed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun sabiex tali inċident ma jerġax iseħħ.
Leg 12 PQ #3887 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali taż-Żejtun – Laqgħa mal-Ministru

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3565, jista’ l-Ministru, li hu responsabbli mill-kunsilli lokali, jgħid jekk itteħdux minuti tal-laqgħa jew ġewx ippreżentati rapporti fl-istess laqgħa mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ta’ dawn il-minuti/rapporti? X’kien diskuss bejn iż-żewġ partijiet u x’ġie konkluż waqt din il-laqgħa?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li fi tmiem il-laqgħa li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant kien deċiż li l-Kunsill Lokali jħejji rapport dettaljat tax-xogħlijiet li għandhom isiru fil-lokal. Infurmat ukoll li fil-fatt dan ir-rapport tħejja u kien preżentat lill-Ministru ftit jiem wara l-laqgħa. Qiegħed inpoġġi ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan ir-rapport.

Iż-Żejtun – xogħlijiet fuq toroq u proġetti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ta’ toroq u proġetti oħra infrastrutturali saru fiż-Żejtun f’dawn l-aħħar għaxar snin, min għamel ix-xogħol (jekk hux il-kunsill lokali jew il-gvern ċentrali), x’kienet in-nefqa u minn liema fondi ġie ffinanzjat dan ix-xogħol? X’xogħol hu ppjanat li jsir fil-lokalità taż-Żejtun fir-rigward ta’ toroq u proġetti infrastrutturali kemm mill-kunsilli kif ukoll mill-gvern ċentrali fil-ħames snin li ġejjin? Meta hu ppjanat li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha Transport Malta, x-xogħol ta’ toroq u proġetti oħra infrastrutturali li saru fiż-Żejtun f’dawn l-aħħar għaxar snin minn Transport Malta hu hekk kif indikat fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ix-xogħlijiet ġew kollha ffinanzjati minn fondi lokali. Wara laqgħat ta’ konsultazzjoni li kelli mal-Kunsill Lokali, qed jiġi mħejji programm tax-xogħlijiet għall-ħames snin li ġejjin. Għall-informazzjoni mitluba dwar proġetti tal-Kunsilli Lokali, nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #3889 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Iż-Żejtun – triq ġdida

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3567, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux veru li meta se jiġi rivedut il-Pjan Lokali, se tiġi inkluża triq li minn Triq il-Falkunieri se tagħti għal Triq San Ġużepp fiż-Żejtun? Min huma s-sidien tal-għelieqi li se jiġu affettwati bl-iżvilupp ta’ din it-triq? Ir-residenti taż-Żejtun ġew ikkonsultati, u jekk fl-affermattiv meta saret tali konsultazzjoni? Il-pjanti u rapporti tekniċi għall-bini ta’ din it-triq saru? Jekk fl-affermattiv, saret applikazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Fiex wasal il-proċess ta’ din l-applikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa ir-reviżjoni tal-Pjanijiet Lokali għadu fi stat bikri ħafna u żgur mhux il-każ illi wieħed jikkontempla proposti partikolari f'dan l-istadju. Ta' min iħeġġeġ li min hu konċernat b'xi ħaġa li qed tinkwetah dwar xi aspett tal-Pjanijiet Lokali tajjeb li tintuża l-formola speċifika li hemm fuq il-websajt tal-MEPA jew li tista' tinġabar mill-uffiċji tal-MEPA sabiex jitressqu il-fehmiet relevanti. Din il-fażi ta' l-eżerċizzju ser tibqa miftuħa sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena. Għar-rigward tal-parti tal-mistoqsija li tittratta dwar jekk saritx xi applikazzjoni mal-MEPA għall-bini ta' triq ġdida bejn iż-żewġ toroq imsemmija, peress li mhuwiex ċar kif dawn iż-żewġ toroq jistgħu jingħaqdu direttament, nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jagħtina site plan ta' fejn qed jaħseb li ser tkun it-triq sabiex nkunu f'pożizzjoni li nfittxu is-sit partikulari
Leg 12 PQ #3896 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xandira dwar il-mitt jum tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min ipproduċa x-xandira li saret fl-okkażjoni tal-mitt jum tal-Gvern Laburista? Kemm intalbu quotations? Mingħand min? Jista’ jpoġġi kopja tagħhom u tar-risposti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #3897 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjara tal-President tal-Kunsill tal-Ewropa – tender/quotations

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min għamel l-armar għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret għaż-żjara tal-President tal-Kunsill tal-Ewropa? Inħarġet tender jew saret bi quotations? Kemm-il quotation intalbet u lil min? Jista’ jpoġġi kopja tagħhom u tar-risposti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fl-aħħar xhur f’pajjiżna ma saret ebda żjara mill-President tal-Kunsill tal-Ewropa.
Leg 12 PQ #3898 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out-of-stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-mediċini humiex out-of-stock: a) QV Cream; b) Ventolene; ċ) Remeprazole Omeprazole – 20mg; u d) Xanax 0.5? Jekk iva, għal liema raġuni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-mediċina msemmija fil-mistoqsija: a) QV cream – Bath Emollient huwa in stock fl-istores tal-POYC Unit b) Salbutamol Inhaler [Ventolin Inhaler] – Dan wasal illum fl-istores tal-POYC Unit, u ser jitqassam b’urġenza lill-ispiżeriji kollha fl-Iskema sa nhar il-Ħamis 3 ta’ Ottubru. c) Omeprazole 20mg capsules huma in stock fl-istores tal-POYC Unit d) Xanax 0.5 – Alprazolam, mhux fil-Lista tal-Formolarju tal-Gvern.
Leg 12 PQ #3899 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Injezzjoni tal-Aclasta

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 520 u 2537, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se tibda tingħata għajnuna lill-pazjenti li jridu jixtru l-injezzjoni tal-Aclasta minħabba l-bone density?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-injezzjoni tal-Aclasta (zoledronic acid 5mg soluzzjoni għall-infużjoni) tinsab fil-Formolarju tal-Gvern tal-Isptar u bħalissa tingħata b'xejn lill-persuni li għandhom il-marda tal- ‘Paget’ jew Osteoporosi minħabba sterojdi li jittieħdu fit-tul kif indikat fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Skont id-dettalji li jinsabu fuq il- ‘ web site’ tad- Direttorat ta Servizzi Farmaċewtiċi din il-lista fil-Formolarju kienet ġiet ippublikata fil- 15/7/2013

Residenza San Vinċenz de Paul – ħidma tas-Segretarju Parlamentari u deputat Laburista

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamenti 542, 1500, 2892, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-guidelines li jirregolaw il-ħidma u l-operat tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u tad-Deputat Laburista li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ngħata inkarigu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u fetaħ uffiċċju f’din ir-Residenza? Tista’ tgħid ukoll xi ħlas u benefiċċji għandu d-Deputat għal din il-ħidma? Qed jingħata karozza għall-użu uffiċjali u/jew personali? Jekk iva, jista' jgħid x’tip ta’ karozza, minn fejn qed tinkera, b’liema rata u ħarġitx sejħa għall-kiri ta’ din il-karozza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġibiet li ngħataw fil-mistoqsijiet parlamentari 2543, 2544 u 2892.

Ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ambaxxaturi li s’issa ġew infurmati li mhux se jibqgħu ambaxxaturi? Min huma, u min se jieħu posthom?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Membru illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin informa lill-Ambaxxaturi imsemmija li kienet ser tintemm il-ħatra tagħhom. Qieghed nuri wkoll l-ismijiet tal-Ambaxxaturi l-ġodda li ġew appuntati fl-Ambaxxati u r-Rappreżentanza Permanenti rispettivi. Isem Grad Missjoni barra l-pajjiż Ambaxxatur Ġdid Joseph Cassar Ambaxxatur Beijing Clifford Borg Marks Karl Xuereb Ambaxxatur Berlin Albert Friggieri Colin Scicluna Ambaxxatur Vienna Keith Azzopardi Joseph Licari Ambaxxatur Kunsill tal-Ewropa Strasbourg Joseph A Filletti Walter Balzan Ambaxxatur Ateni Charles Stafrace Raymond Sarsero Ambaxxatur Moska Charles Brincat Francis Tabone Kummissarju Għoli Canberra Charles Muscat Tanya Vella Ambaxxatur Madrid Mark Micallef Vicky Anne Cremona Ambaxxatur Tunis Carmel Inguanez Joseph Zammit Tabona Kummissarju Għoli Londra Norman Hamilton Godwin Montanaro Ambaxxatur Warsaw Pierre Clive Agius Theresa Cutajar Kummissarju Għoli New Delhi John Aquilina Victor Camilleri Ambaxxatur Tripoli Emanuel Galea Charles Sultana Ambaxxatur Kuwait Patrick Cole Joseph Cole Ambaxxatur Washington Marisa Micallef Stephen Borg Ambaxxatur Riyadh

Att dwar l-Ekokontribuzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3131 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Eknomoija, Investiment u l-Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’kien l-impenn tal-Gvern l-ieħor dwar l-Att dwar l-Ekokontribuzzjoni?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi aktar mill-impenn ta’ ħaddieħor, id-dmir tiegħi hu li ngħid x’irriżulta. Fost kollox illi mid-diskussjonijiet li kelli ma’ diversi stakeholders ewlenin ħareġ ċar li l-Eco Contribution Act la ħadmet kif maħsub u lanqas ma tagħat l-ebda frott kemm lin-nies tan-negozju u wisq anqas lill-konsumatur. Għaldaqstant aħna impenjati li nħarsu lejn u nikkunsidraw l-għażliet kollha.
Leg 12 PQ #3922 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Funzjoni tal-Infurzar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2819 u jgħid kif taħdem il-funzjoni tal-infurzar tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista’ jgħid ukoll fejn irid jirrikorri l-pubbliku biex jagħmel rapporti dwar żviluppi illegali u jekk min jagħmel ir-rapport għandux id-dritt li jibqa’ anonimu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan il-MEPA jaġixxi bil-poteri mogħtija lilu f'Parti VI tal-Att X tal-2010 dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp. Din il-parti tal-Mistoqsija Parlamentari hi ġenerika ħafna. Fil-qosor, fejn jirriżulta li hemm illegalita`, l-ewwel, min ikun responsabbli jintalab biex ineħħi l-illegalita' mingħajr formalitajiet żejda. Fejn dan ma jsirx, jinħareġ ordni biex l-illegalita` titneħħa u/jew titwaqqaf fi żmien stabbilit fil-liġi, u jekk le, l-Ordni ta' Infurzar isir eżekutibbli u b'hekk l-Awtorita` tkun tista' tieħu passi ulterjuri. F'Novembru li għadda daħlu wkoll fis-seħħ multi ta' kuljum li jiġu mposti fuq l-iżvilupp illegali kollu li jirriżulta li jkun sar wara li dawn daħlu fis-seħħ. Jekk tittieħed azzjoni diretta, l-ispejjeż ikunu jistgħu jiġu rkuprati mis-sid, mill-okkupant jew minn min ikun wettaq l-illegalita`. Rapporti dwar żvillupp illegali jistgħu jsiru lill-Awtorita' permezz tal-website uffiċjali; billi wieħed imur personalment u jikkomunika ma' uffiċċjal maħtur apposta għal dan il-għan; billi jibgħat korrispondenza miktuba; jew sempliċiment billi jċempel fuq in-numri reklamati. L-Awtorita` toffri wkoll servizz t'emerġenza wara l-ħin tax-xogħol inklużi Ħdud u festi. Minbarra li kull informazzjoni tibqa kunfidenzjali, l-anonimita` ta' min jagħmel rapport tkun rispettata u min jirraporta għandu d-dritt li jibqa anonimu.

Awtorità tad-Djar – kera tal-post tal-Multiple Sclerosis Society of Malta

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk l-Awtorità tad-Djar hijiex se żżomm mal-impenn li kienet għamlet mal-Multiple Sclerosis Society of Malta li t-18-il xahar kera li kienu tħallsu mis-soċjetà qabel mal-post kien jista’ jintuża se jkunu kkunsidrati bħala credit għal kera dovuta mid-data ta’ meta beda jintuża l-post ’il quddiem?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar ser iżżomm mal-impenn li kienet għamlet mal-Multiple Sclerosis Society permezz tal-ittra datata 2 ta’ Novembru 2012 fejn ġew eċentati li jħallsu l-kera temporanjament sakemm il-post 17, Ent 198, Triq il-Wied, Msida, ikun adekwat biex jintuża. Oltre dan l-Awtorita’qiegħda ukoll tapprova li l-kera terġa’ tibda titħallas fid-29 t’April 2014.

Tas-Silġ — Tiswija ta’ ġibjun

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3216 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jara li tittieħed azzjoni sabiex ħsara fil-ġibjun iż-żgħir li jinsab fil-viċinanzi ta' Tas-Silġ u li ilu jiġi rrappurtat aktar minn sitt ġimgħat, u dan b'detriment għall-bdiewa tal-inħawi jiġi msewwi mingħajr aktar dewmien? Jista’ jinvestiga x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien meta normalment ħsara simili kienet tissewwa f'qasir żmien?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li f’dawn il-ġranet inbdew it-tiswijiet fuq il-ġibjun ta’ Tas-Silġ u jekk ma jkunx hemm xi imprevist dawn għandhom jitlestew fil-futur qrib. Ninsab infurmat ukoll li r-raġuni ewlenija għaliex l-ġibjun ma ssewwiex mill-ewwel kienet motivata mill-ħsieb li ma jkunx għaqli li tbattal l-ilma kollu tal-ġibjun fis-sajf, meta l-bdiewa l-iktar li jkollhom bżonn l-ilma.
Leg 12 PQ #4024 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar San Luqa – ilment dwar individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu passi fil-konfront ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minħabba li din qalet kliem dispreġjattiv u nieqes mir-rispett fil-konfront tal-Ministru, kif ukoll li qed toħloq problemi u diffikultajiet bla bżonn fl-għoti tal-mediċini mill-Isptar San Luqa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li dan l-ilment qed jiġi segwid mid-Dipartiment tas-Segretarjat.

Djar tal-Anzjani — Applikazzjonijiet minn persuni Għawdxin

Question

B’referenza għar-rapport preliminarju maħruġ mill-NSO Census of population and housing 2011 li ġie ppubblikat fl-2012, l-istatistika ppubblikata f’dan ir-rapport turi li minn popolazzjoni ta’ 416,055 persuna, 8,710 persuna jgħixu f’arranġamenti fejn il-maġġor parti tagħhom huma djar tal-anzjani, tista’ l-Ministru tagħti lista kemm minn dawn it-8,710 persuna huma Għawdxin, kemm hemm bħalissa applikazzjonijiet pendenti ta’ residenti Għawdxin li jridu jmorru jgħixu fi djar tal-anzjani u kemm minn dawn ilhom pendenti? Tista’ tgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex anzjani Għawdxin ikollhom residenza simili ġewwa Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru/i konċernat/i, f’dan il-każ lill-Ministru għall-Għawdex u lill-Ministru tas-Saħħa.

Ċentri ta’ Detenzjoni – spiża totali ta’ riżorsi umani

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ispiża finanzjarja totali ta’ riżorsi umani kull sena mill-2005 ’l hawn fiċ-ċentri ta’ detenzjoni? Jista’ jżid mal-lista kemm hija l-ispiża relatata mal-kura medika fl-imsemmija ċentri?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni b’kundizzjoni psikjatrika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li għandhom kundizzjoni psikjatrika li mhumiex qed jieħdu l-kura fl-imsemmija faċilità iżda f’sezzjoni oħra jew f’post ieħor? Kemm hija l-ispiża relatata ma’ dan il-qasam inkluż ukoll ir-riżorsi umani? Kemm hemm individwi li qed jieħdu kura psikjatrika ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin stess?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa hemm 61 priġunier li għandhom kundizzjoni psikjatirika li mhumiex qed jieħdu l-kura fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin imma fit-taqsima Forensika Ħat-Attard. Ħamsa u sebgħin priġunier ieħor huma taħt kura psikjatrika fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Ninsab infurmat li l-ispiża relata ma dan il-qasam ma tistax tkun identifikata minħabba li l-budget allokat għad-Dipartiment għas-Servizzi Korrettivi huwa wieħed ġenerali li jkopri s-servizzi kollha.

Qbid ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ droga li nqabdet fis-sena 2012, f’dawk li huma cannabis, ecstasy u eroina? Kemm hemm minn dawk li ġew misjuba ħatja li għadhom x’jaqsmu mad-droga li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jew inkella qed jagħmlu programm mhux fil-ħitan tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Sena Cannabis Ecstasy Eroina Misjuba Ħatja Qed jagħmlu programm 2012 16.46kgs (resin) 2.785kgs (grass) 46 (plants) 73 seeds 1080 (tablets) 1.33kgs 82 6

żwiemel tal-karozzini — Shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaħħlu shelters għaż-żwiemel tal-karozzini, fejn twaħħlu u x’kienet l-ispiża relatata ma dawn ix-shelters? Jista’ jgħid jekk hemmx pjanijiet għal aktar shelters fiż-żmien li ġej?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewlna, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba dwar shelters imwaħħla mill-elezzjoni ’l hawn. Ninsab infurmat ukoll li hemm il-ħsieb li fiż-żmien li ġej jitwaħħlu tmien shelters oħra.