Ministeru għas-Saħħa — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3226 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u tgħid kemm kien hemm każijiet ta’ korriment fuq il-post tax-xogħol fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Saħħa matul l-2010, 2011, 2012 u 2013?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-kolonoskopiji fl-iscreening tal-kanċer tal-musrana l-kbira se jsiru kollha f’Għawdex? Jekk iva, ġew ikkonsultati l-esperti tal-gastroenteroloġija ta’ pajjiżna? Min se jkunu t-tobba li se jagħmlu dan ix-xogħol, u kif se jsir il-ħlas tagħhom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li hemm 28 persuna fil-lista tal-kolonoskopiji fl-iscreening tal-kanċer tal-musrana l-kbira, bħalissa qed jsiru kollha fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, minħabba listi twal ta’ stennija li sibna għal din il-proċedura li tinvolvi pazjenti li għandhom (overt symptomatic u mhux screening) fl-Isptar Mater Dei.
L-esperti tal-gastroenteroloġija f’pajjiżna ilhom involuti f’dan il-progett sa mill-bidu nett. It-tobba f’Għawdex li qed jagħmlu dan ix-xogħol huma speċjalisti kkwalifikati biex jagħmlu din il-proċedura. Dawn il-konsulenti huma mħallsa bir-rati normali bħall-konsulenti l-oħra kollha, skont il-ftehim kollettiv tat-tobba u ma tħallsu l-ebda ħlas iehor għax-xogħol li ingħadda lilhom mill-lista ta’ stennija tal-isptar Mater Dei.
Ix-xogħol miexi b’rata tajba u bir-rieda tajba ta’ dawn it-tobba u dawk kollha nvoluti, dawn il-pazjenti qed jinqdew aktar malajr u jinġħataw dijanjożi bikrija għall-benefiċċju ta’ saħħithom kif inhu xieraq.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2320, jista’ l-Ministru jikkonferma li nqata’ l-overtime tal-pulizija (fuq deċiżjoni tal-Ministeru għas-Saħħa) li s-soltu kien jaħdem l-Isptar Mater Dei u b’hekk naqas il-complement ta’ pulizija li s-soltu kien ikun hemm fl-istess sptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni mill-Ministeru tas-Saħħa li tirregola l-overtime tal-pulizija fl-isptar Mater Dei. Fl-isptar hemm żewġ pulizija stazzjonati dejjem fid-dipartiment tal- Emerġenza.
Infurmat ukoll li l-
management
tal-isptar qed jistenna risposta mingħand il-pulizija biex jiżdied pulizija ieħor għas-servizz tal-isptar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie approvat u mħallas overtime f’kull sezzjoni li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu matul ix-xahar ta’ April u Mejju 2013, u jagħti d-dettalji sezzjoni b’sezzjoni?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din il-mistoqsija tinsab imwieġba fil-Mistoqsija Parlamentari numru 3106.
Jista’ l-Ministru jgħid x’pożizzjoni se jieħu l-Gvern fir-rigward ta’ ħruġ ta’ liċenzji ġodda tal-ispiżeriji?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li l- Ministeru jifhem li l-ispiżeriji għandhom funzjoni mportant ferm x’jaqdu fil-qafas tat-twettiq tal-politika għas-settur tas-saħħa.
Il-Ministeru se jibqa kommess li jara li l-aspett pubbliku tas-settur tas-saħħa jibqa kkumplimentat minn inizjattivi u attivijatiet tas-settur privat, inkluz l-ispiżeriji bil-ħaddiema u sidien tagħhom, biex l-aqwa servizz jibqa jingħata lill-pazjenti Maltin u Għawdxin bi’prezz li jirrifletti valur sħiħ tal-flus imħallsa għal tali servizz.
Spiżeriji – liċenzji ġodda — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal liċenzji ġodda ta’ spiżeriji u jgħid għal liema lokalitajiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm tlett mija u sbatax ( 317) l’ applikazzjoni pendenti għal-ftuħ ta’ spiżeriji f’Malta u Għawdex li huma mqassmin skont it-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta Enterprise u/jew il-Malta Industrial Parks qattx għamlu studju dwar il-preżenza u tneħħija tal-asbestos mill-fabbriki fiż-żoni industrijali? Meta sar? Min għamel tali studju u kemm sewa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-MIP għamlet studju dwar il-preżenza ta’ asbestos fil-fabbriki fiż-żoni industrijali amministrati mill-MIP.
Il-maġġoranza tas-
surveys
saru fl-2009 u l-kumplament fl-2011.
Is-
surveys
saru kollha mill-kumpanija ADI Ltd u n-nefqa globali kienet ta’ €598,369.58, VAT inkluż.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid min huma dawk il-ħaddiema impjegati ġewwa Dar Malta fi Brussell? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tagħhom? X’inhuma l-karigi tagħhom? Kif daħlu jaħdmu hemm? X’pagi għandhom?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mill-Malta Enterprise taħt it-tmexxija taċ-Chairman li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Kemm kien il-valur ta’ kull tender? Lil min ingħata? Fiex kien jikkonsisti kull tender?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li taħt it-tmexxija taċ-Chairman (Mr Alan Camilleri) ġew mogħtija numru ta' direct orders/offerti restritti hekk kif indikat fil-perjodi msemmija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f’safar u entertainment li għamel iċ-Chairman, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, f’Malta Enterprise? Jista’ jingħata rendikont xahar b'xahar? Fejn saru s-safriet u x’kienu r-raġunjiet tagħhom? Il-Malta Enterprise ingħatat ġustifikazzjoni ta’ tali żjarat?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa f’xogħlijiet u servizzi, inkluż għamara fil-bini tal-Malta Enterprise, taħt it-tmexxija tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Fiex kienet tikkonsisti tali nefqa, fejn saret u kemm qamet? Jista’ jgħid jekk tħallsux ix-xogħlijiet kollha?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li taħt it-tmexxija taċ-Chairman - Mr Alan Camilleri, kien hemm diversi xogħlijiet u servizzi li saru fil-Malta Enterprise. B’rigward fiex kienu jikkonsistu tali nefqiet, fejn saru, kemm qamu u jekk tħallsux, dan huwa indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien s-salarju tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament bħala Chairman tal-Malta Enterprise? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt? X’kienu l-benefiċċji u perkaċċi oħra li kellu dan l-individwu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-benfiċċji tal-persuna konċernata huma:
Salarju ta' €70,000 fis-sena
Spejjeż tal-mobile u linja fissa
Spejjeż ta' internet
Użu ta' karozza uffiċjali
'Hospitality expenses' relatati max-xogħol International Health insurance
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat il-ġenitur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu problema dwar il-learning support assistant ta’ ibnu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-ġenitur indikat mill-Onor. Interpellant ġie kkuntattjat.
Jista’ l-Ministru jara l-ilment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għamlet rapport dwar problema tad-drenaġġ u għadha bla risposta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi ghadhom ghaddejjin diskussjonijiet fil-WSC rigward dan il-kaz.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li kellha tirċievi xi arretrati fuq taxxa tad-dħul imma s’issa għandha bla risposta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-Dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Nerġa’ għal darba oħra niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli nterpellant li dwar materja bħal din. Kien ikun bizzejjed kieku l-persuna konċernata marret fit-taqsima tat-Taxpayer Service fi Blokk 4, Floriana jew ċemplet il-Call Centre fejn normalment jiġu ttrattati kaijiet bħal dawn minn taqsima apposta.
Tista’ l-Ministru tara li l-Awtorità tad-Djar tagħmel kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema fir-residenza fejn tgħix?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan ix-xogħol kien fost tmien xogħlijiet differenti li kellhom isiru min kuntrattur u li ngħataw lilu permezz ta’ ħruġ ta’ quotation. Sfortunatament ix-xogħol meħtieġ f’din ir-residenza ma sarx,. Għalhekk, l-Awtorità se ssib kuntrattur ieħor sabiex jagħmel it-tiswijiet neċessarji mill-aktar fis.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li jgħix ġo post li huwa overcrowded u jekk din il-problema titqies bħala waħda ta’ prijorità, tingħata preċedenza?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar is-27 ta’ Lulju, 2001. L-applikazzjoni tagħha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Jista’ l-Ministru jieħu dawk il-passi xierqa biex arblu tad-dawl fi Triq Ħal Tartani, ir-Rabat, li qiegħed jostakola l-bankina tant li jekk ikunu għaddejjin persuni b’pushchair ikollhom jinżlu l-bankina u jgħaddu mit-triq b’periklu għalihom u għal uliedhom, jitneħħa jew jiġi rilokat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi gie deċiż mill-Korporazzjoni Enemalta li l-arblu msemmi jitneħħa u minfloku se jsir cable taħt l-art li jitla' mal-faċċata ta' dar minnhom u jaqbad mal-kumplament tal-linja. Dan l-arranġament sar bi qbil mar-residenti nvoluti.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3562, peress li ż-zebra crossing in kwestjoni hi ta’ periklu għal kull min jaqsam minn fuqha, jista’ l-Ministru jieħu l-passi kollha neċessarji biex dan il-periklu jitneħħa billi din iż-zebra crossing titneħħa min fejn qiegħda jew inkella tiġi rikolata?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-zebra crossing in kwistjoni, u ċioe` dik fi Triq Ħal-Tartani, Rabat, ġie deċiż li għandha tiġi rilokata fil-ġimgħat li ġejjin. Din id-deċiżjoni ittieħdet wara li wasal ilment fil-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura mill-pubbliku inġenerali.