Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Malti għall-Isport

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux qed jikkunsidra li jxolji l-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed nevalwaw l-operat tal-Kunsill Malti għall-Isport.

Burmarrad – bozoz fil-pjazza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fil-pjazza ta’ Burmarrad hemm numru ta’ bozoz li ilhom xhur mitfija u minkejja li dawn ġew irrapurtati diversi drabi baqgħu ma nxtegħlux?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta qed tinvestiga l-każ.

San Pawl il-Baħar – bypass — bozoz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fil-bypass ta’ San Pawl, minkejja li ilhom jiġu rappurtati għal numru ta’ xhur, hemm bozoz mitfija u arbli imdawrin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbiltà tal-manutenzjoni tad-dawl f'toroq arterjali kienet għaddiet f'idejn Transport Malta.

Il-Wardija – Triq il-Qalb ta’ Marija – bozza mitfija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fi Triq il-Qalb ta’ Marija fil-Wardija bozza li ilha xhur tiġi rrappurtata mitfija, baqgħet ma nxtegħlet qatt?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta qed tinvestiga l-każ.

Kummissjoni għar-Riforma fl-Isports — membri

Question

B`referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3033 u 3489, jista’ l-Ministru jgħid ġiex stabbilit il-ħlas li se jingħataw il-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isports? Jekk iva kemm se jkun qed jieħu kull membru b’mod individwali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ċ-Chairman tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport se jieħu l-onorarja b'mod retroattiv mill-bidu tal-ħatra tiegħu ta' €3,000 fis-sena għax-xogħol tiegħu. Bl-istess mod il-Membri tal-Bord tal-Kummissjoni jingħataw onorarja b'mod retroattiv ta' €1,000 fis-sena.

Kummissjoni għar-Riforma fl-Isports

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm riżenji jew persuni nominati ġodda fi ħdan din il-Kummissjoni sa mit-twaqqif tagħha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li fil-Kummissjoni Għar-Riforma fl-Isport ma kien hemm l-ebda riżenji u lanqas persuni nominati ġodda.

Għawdex – Skejjel – Tagħrif dwar nutrizzjoni

Question

Peress li jidher li l-istudenti tal-primarja Għawdxin għandhom problemi kbar ta’ obeżità, li allura hemm il-ħtieġa ta’ persuna speċjalizzata fin-nutrizzjoni li tagħti servizz fl-iskejjel primarji, jista’ l-Ministru jara li dan is-servizz jibda jiġi provdut fl-iskejjel Għawdxin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Għalliema – tilqim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għalliema jingħatawx tilqim u jgħid liema huma? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi tilqim obbligatorju li l-għalliema għandu jkollhom u jgħid liema huma?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-Għalliema u l-learning support assistants (LSAs) li jaħdmu fiċ-Ċentri tar-Riżorsi (Resource Centres, ex-Skejjel Speċjali) huma ntitolati għat-tilqima tal-Hepatite B, mħallsa mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni. Ma hemm l-ebda tilqim obbligatorju għal għalliema u LSAs ħlief dawk li jittieħdu mill-poplazzjoni ġenerali, jiġifieri tad-difterija, tetnu, polju u għan-nisa rubella.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Fir-rigward tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern, il-Ministru attenda ż-żewġ laqgħat tal-Kunsill li saru s’issa. Dawn kienu l-laqgħa tal-Kunsill ta’ Ġunju u l-laqgħa tal-Kunsill informali ta’ Lulju. Fir-rigward tal-Kunsill tad-Difiża, il-Ministru attenda il-laqgħa informali ta’ Settembru. Il-Ministru ma setax jattendi l-laqgħa l-oħra li saret f’April minħabba inpenji ministerjali f’Malta, u skont il-prassi normali, attendiet ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nikkonferma li l-Ministru attenda għall-laqgħat kollha tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum minbarra dik tal-14 ta' Ġunju. Il-Ministru ma setax jattendi fl-14 ta' Ġunju għax kien hemm skedat il-laqgħa ta' konsultazzjoni mal-pubbliku organizzata mill-Uffiċju tal-Prim Ministru. L-uffiċjali għoljin tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar kienu wkoll mitluba li jkunu preżenti għall-konsultazzjoni pubblika. Is-Sur David Sammut u Amb. Marlene Bonnici attendew din il-laqgħa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-laqgħat kollha.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?

Response (BRINCAT, LEO)

Nikkonferma li kemm ili Ministru, jien attendejt mhux biss il-laqgħat formali imma anke l-laqgħat informali. F’kull laqgħa intervjenejt fuq il-biċċa l-kbira tas-suġġetti għad-diskussjoni, kif ġie rrapurtat fil-media.
Leg 12 PQ #4350 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?

Response (REFALO, ANTON)

Nagħraf lill-Onorevoli Interpellant li ma kelli l-ebda laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ‘l hawn.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jien attendejt għal żewġ laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea, waħda fi Brussels u l-oħra fil-Lussemburgu. Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport fi ħdan il-Ministeru tiegħi attenda għal ħames laqgħat, tlieta minnhom informali. Żewġ laqgħat saru fi Brussels, tnejn il-Litwanja u oħra fl-Irlanda. Erbgħa minn dawn il-laqgħat kienu jikkonċernaw ir-riċerka, filwaqt li l-laqgħa l-oħra kienet dwar l-isport.
Leg 12 PQ #4352 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministru għall-finanzi attenda l-laqgħat kollha tal-ECOFIN.
Leg 12 PQ #4406 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar — Triq it-Turisti - Zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jitlob lill-Kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar ħalli ż-zebra crossing li hemm fi triq it-Turisti, qrib l-Għassa tinżewbaħ għaliex qiegħda tkun ta' periklu għal dawk li jaqsmu minn hemmhekk?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li x-xogħlijiet rikjesti ma jistgħux isiru fil-preżent minħabba mandat ta’ inibizzjoni mill-Qrati ta’ Malta maħruġ fl-10 ta’ Settembru 2013.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #1890 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tal-Kuntratti, id-Dwana, l-IRD, l-FIAU, l-EPD u l-Lottu r-risposta hija fin-negattiv.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetá Soċjali — kuntratti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanha, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

blokka ta' appartamenti – common areas

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx possibilità li l-common areas tal-blokka ta' appartamenti li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, isiru u jekk fl-affermattiv, meta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar qabbdet kuntrattur biex jagħmel ix-xogħlijiet u għandhom jitlestew fil-jiem li ġejjin.

Pensjoni – każ ta’ individiwu

Question

Tista' l-Ministru tara li ssir reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.