Legislature:
Category:
Reset
Active:

SAG – membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija stazzjonati fil-preżent fl-SAG? Kif inhuma mqassma dawn fid-diversi gradi? F'ġurnata normali, kemm ikun hemm pulizija stand by u f'liema gradi jkunu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onrevoli Interpellant li l-Ispecial Assignment Group illum il-gurnata hija assimilate flimkien ma dik li kienet il-Mobile Squad, biex flimkien iffurmaw ir-Rapid Intervention Unit.
Leg 12 PQ #2248 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Strategy and Priorities Unit - termini ta’ referenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini ta’ referenza tal-iStrategy and Priorities Unit/s fi ħdan il-ministeri, kif ukoll jispjega kif dawn se jiġu strutturata u mħaddma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngharraf lill-Onor Interpellant li x-xogħol ta’ dan il-unit huwa mfisser fil-Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats, li kopja tiegħu tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta numru 7, tal-15 t’April 2013 u fl-isem stess tal-unit.

Marsa Sports Village — konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru konsulenzi u minn min saru u kemm qamet kull konsulenza għall-proġett imwiegħed tal-Marsa Sports Village?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li għall-proġett tal-Marsa Sports Village saret konsulenza mill-KPMG li tammonta għal €31,454.
Leg 12 PQ #2666 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Malti għall-Isport – studju mill-MEU

Question

Jista' l-Prim Ministru ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar mill-Management Efficiency Unit (MEU) dwar l-operat tal-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Membru, ir-rapport li sar mill- Management Efficiency Unit (MEU) dwar l-operat tal-Kunsill Malti għall-Isport, kien ikkumissjonat mis-Segretarju Parlamentari għaz-Zgħazagħ u Sport ta’ dak iz-zmien. L-Onor. Membru hu mistieden biex ipoġġi din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 12 PQ #2667 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Provvista ta’ mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw mediċini matul is-sena 2012? Jista' jgħid min kienu dawk l-operaturi li fornew il-mediċini matul l-istess sena, u kemm kien l-ammont dovut lil kull kumpanija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li xiri totali tal-mediċinali, equipment u servizzi relatati li nxtraw matul is-sena 2012 kienet ta wieħed u tmenien miljun, seba mija u tletin elf, ħamsa u għoxrin ewro, u ħamsa u erbgħajn ċenteżmi ( €81,730,025.450). Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-lista tal-operaturi li fornew il-mediċina u servizzi relatati mal-kura tal-pazjenti matul l-imsemmija sena. L-ammont dovut sal-31 ta’ Dicembru 2012 lil dawn l-operaturi kien ta’tlieta u għoxrin miljun, seba mija u tlettax il-elf , erba mija u erba u ħamsin ewro (€23,713,445).

Kunsill Malti għall-Isport – baġit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-baġit approvat lill-Kunsill Malti għall-Isport matul l-aħħar baġit? Jista' jgħid x'persentaġġ minn dan il-baġit huwa riservat għal pagi u salarji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ammont approvat lill-Kunsill Malti għall-Isport fil-baġit ta' din is-sena huwa ta' €5,235,000 li minnhom 33% huma dedikati għall-pagi. Ta' min isemmi li din is-sena l-KMS qed jistma li se jkollu wkoll dħul ta' €1,450,000 mill-operat tiegħu u li weħidhom se jkunu qed jagħmlu tajjeb għall-pagi tal-ħaddiema.

Kemmuna — bejgħ ta’ biljetti

Question

B'referenza għall-ittra li ntbagħtet mill-uffiċċju tal-ex Kap Eżekuttiv fi Frar 2013, fejn intqal li sa Ġunju 2013 kellhom jinbnew xi ticket booths biex jikkontrollaw is-sistema ta' bejgħ ta' biljetti lejn u minn Kemmuna, jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dan il-ħsieb u allura jistax jikkonsidra li jsir xi ħaġa anke temporanja issa li daqt jibdew ix-xhur tas-sajf?

Response (MIZZI, JOE)

L-ittra li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, ntbagħtet taħt amministrazzjoni differenti, u ma nstabu ebda records tagħha. Transport Malta kienet irċeviet ittra rigward ticket booths, bir-risposta ta’ Transport Malta mibgħuta fis-16 ta’ Mejju, 2013. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ dawn l-ittri.

Kunsill Malti għall-Isports – xiri ta’ portable pools

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw portable pools mill-Kunsill Malti għall-Isports? Kemm inxtraw kull wieħed u minn fejn inxtraw? Jista’ jgħid ukoll x'użu qed isir minnhom bħalissa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Malti għall-Isport xtara żewġ portable pools. Wieħed inxtara mingħand 240 Limited għal prezz ta' €80,840 u l-ieħor inxtara mingħand Dolphin Pool għal prezz ta' €89,980. Iż-żewġ ammonti jinkludu fihom ukoll is-sistema li ssaħħan l-ilma tal-pool fix-xitwa, l-armar, iż-żarmar u t-trasport neċessarju f'każ li l-pool tkun se tiċċaqlaq min post għall-ieħor, l-ilqugħ għal kontra l-elementi u biex l-ilma jibqa' sħun. Jinkludi wkoll il-prezz għall-manutenzjoni neċessarja għal perjodu ta' għaxar snin. Infurmat ukoll li dawn il- pools se jkunu qed jintużaw mid-Dipartiment tal-Programmi tal-KMS għall-programmi sportivi organizzati mill-KMS, mill-istudenti tal-iskejjel fejn ġew installati pools , mill-Kunsilli Lokali tas-Siġġiewi u Ħal Qormi fil-każ tal- pool li ġie installat is-Siġġiewi u mill-iskola Nazzjonali tal-Isport fil-każ tal- pool installat fl-iskola ta' Ħal Kirkop.
Leg 12 PQ #3555 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – petizzjoni mir-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-uffiċċju tiegħu rċeviex petizzjoni/ittra ffirmata minn qraba tal-familji ta’ pazjenti li jattendu fl-Activity Centre ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din il-pettizzjoni/ittra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Inħoss li m’għandix inpoġġi korrispondenza privata b' dettalji personali ta' individwi fid-dominju pubbliku minħabba l-issue tad-dritt għall-privatezza.

ETC – employment advisors

Question

B’referenza għad-diksors tal-Ministru waqt id-dibattitu dwar l-estimi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC), jista’ l-Ministru jgħid kemm fi ħsiebu jimpjega employment advisors u f’ kemm snin biex jilħaq ir-rata rakkmandata mill-International Labour Organisation ta’ 1:100 minnflok il-1:325 preżenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' employment advisors għal kull persuna reġistranta diġà huwa aħjar minn dak ta' aġenziji bħall-ETC f'pajjiżi oħra Ewropej. Madankollu, l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ qed tippjana li b'kollox ikollha ħamsin employment advisor biex b'hekk in-numru ta' advisors għal kull persuna qiegħda jiżdied u jkun ta' madwar advisor għal kull 170-200 persuna qiegħda. Fil-każ ta' persuni b'diżabilità, il-ħsieb hu li n-numru ta' employment advisors se jkun wieħed għal kull 100 persuna b'diżabilità li qed tirreġistra.

MCAST – ingaġġ ta’ institute support coordinator

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fhiex wasal il-proċess ta’ ingaġġ ta’ institute support coordinator fl-istituti tal-Mcast?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-approvazzjonijiet kollha issa waslu l-MCAST u l-proċess tal-għażla ser jiġi konkluż fi żmien qasir.

Childcare centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu childcare centres li jaqgħu taħt it-tmexxija tal-Ministeru tal-Edukazzjoni mill-2003? Jista' jgħid il-lokalità fejn qegħdin? Kemm hemm impjegati f'kull ċentru? Kemm hemm tfal li jattendu f'kull ċentru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inbnew skejjel ġodda mill-2006? Jista' jagħti n-nefqa kapitali biex inbniet kull skola ġdida?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-iskejjel ġodda li nbnew mis-sena 2006 flimkien man-nefqa kienu dawn:- Sena 2006 - Kulleġġ San Benedittu Skola Sekondarja Subien Ħal Kirkop - €8,293,878.56c Sena 2007 - Kulleġġ San Injazju Skola Sekondarja Subien Ħal Qormi - €5,008,438.77c Sena 2008 - Kulleġġ Santa Margerita Skola Sekondarja Subien Cospicua - €5,807,582.73c Sena 2009 - Kulleġġ Santa Klara Skola Primarja Pembroke - €3,391,050.19c Sena 2010 - Kulleġġ Għawdex Skola Skondarja Subien Rabat - €8,355,088.51c (inkluż il-parkeġġ) Sena 2011 - Kulleġġ Maria Regina Skola Sekondarja Subien Mosta - €10,140,181.74c Sena 2012 - Kulleġġ San Injazju Skola Sekondarja Bniet Ħal Qormi - €7,062,393.95c
Leg 12 PQ #3703 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Università ta' Malta – infiq kapitali

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-infiq kapitali kollu li sar mill-Università ta' Malta mis-sena 2007? Jista' jaghti breakdown ta' din in-nefqa skont il-proġetti kapitali li saru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

MCAST – infiq kapitali

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-infiq kapitali kollu li sar mill-MCAST mill-2003 lil hawn? Jista' jagħti breakdown ta' din in-nefqa skont il-proġetti li saru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #3768 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ċelebrazzjonijiet tal-Karnival

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar minn meta hu mistenni li jibdew jiġu organizzati tliet karnivali fis-sena? Fejn hu mistenni li jibdew jiġu organizzati dawn l-istess karnivali? Jekk hemm il-ħsieb li din is-sena jsir karnival ieħor, meta hu mistenni li jsiru, u fejn? Jista’ jagħti tagħrif dwar x’diskussjonijiet saru s’issa mal-kunsilli lokali involuti?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara konsultazzjoni mad-dilettanti tal-Karnival il-Gvern iddeċieda li jsaħħaħ iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival tradizzjonali. Fost numru ta’ inizjattivi ġodda, il-Karnival ser jirritorna fi Pjazza San Ġorġ fejn orġinarjament kien jiġi organizzat filwaqt li l-programm t’attivitajiet mistenni jkun aktar intensiv. Sadanittant is-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali ta sehem dirett biex flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jerġa’ mill-ġdid jiġi organizzat il-Karnival tas-sajf, b’mod aktar professjonali u attrajenti għal Maltin, l-Għawdxin u t-turisti li jattendu. L-esperjenza tal-Karnival f’San Pawl il-Baħar din is-sena jidher li intlaqgħet tajjeb kemm mill-pubbliku li attenda kif ukoll mid-dilettanti tal-karnival nfushom. Id-deċiżjonijiet meħuda qegħdin isiru b’konsultazzjoni diretta mad-dilettanti tal-Karnival fl-aħjar interess tal-partijiet koncernati.
Leg 12 PQ #3813 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Operat tal-Emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu għall-operat tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei u ċjoè jekk hux veru li se tinqasam f’żewġ partijiet? Jekk fl-affermattiv, jista’ jispjega xi proċeduri se jintużaw u jekk dawn l-istess proċeduri humiex skont guidelines internazzjonali?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat illi l-operat kurrenti tal-Emerġenza jinqasam fi tlett sezzjonijiet li jiddependu fuq triage tal-pazjenti li jattendu dan id-dipartiment. Dan isir biex tingħata l-attenzjoni meħtieġa lil kulħadd skond l-urġenza medika tal-każ. Il-proċess li biħ il-pazjenti jiġu ammessi għal ġos-swali fl-isptar minn ġod-dipartiment tal-Emerġenza, qiegħed ikun diskuss mad-dipartimenti l-oħra sabiex jitħaffeff il-proċess kemm jista jkun, mingħajr ma jpoġġi il-pazjent fl-ebda riskju. Ukoll id-dipartiment tal-Emerġenza qiegħed jaddotta numru ta’ linji gwida mediċi internazzjonali sabiex dejjem jittejjeb is-servizz tiegħu. Irrid insemmi wkoll lis-sistema tat-triage qiegħda fil-proċess li tinbidel, fuq linji internazzjonali, sabiex id-dipartiment jintuża aħjar, kif wkoll ikun ta’ benefiċċju akbar għall-pazjenti li jattendu.
Leg 12 PQ #3814 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar tal-Onkoloġija – bed capacity

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-bed capacity tal-Isptar tal-Onkoloġija se tiżdied u jekk fl-affermattiv kemm se jkun in-numru ta’ sodod li se jkun hemm f’dan l-isptar? X’se jkun l-impatt, kemm finanzjarju u kemm amministrattiv, peress li dan hu proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea? X’se jkun l-impatt fuq iż-żmien ta’ meta hu maħsub li jibda jopera dan iċ-ċentru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ sodod inpatient ġewwa l-Isptar tal-Onkoloġija żdied minn 74 għall 87. In-numru ta’ sodod daycare żdied minn 22 għall 26. Il-bed capacity tal-Isptar tal-Onkoloġija għalhekk ser ikun ta’ 113. Din iż-żieda mhux mistennija li tħalli xi impatt finanzjarju u amministrattiv sinifikanti. L-ispiża ta’ €54 miljun (inkluż 18% VAT) hekk kif oriġinarjament proġettata għal dan il-proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea mhix ser tinqabeż. Din iż-żieda fil bed capacity mhux mistennija li jkollha impatt fuq iż-żmien ta’ meta huwa maħsub li jibda jopera dan iċ-ċentru.
Leg 12 PQ #3815 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – nefqa fuq fuel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għas-Saħħa fuq fuel matul ix-xhur ta’ April u Mejju 2013 f’kull sezzjoni li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3816 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – użu ta’ pompi tal-petrol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-pompi tal-petrol li qed jintużaw mill-Ministeru għas-Saħħa sabiex jimlew il-vetturi tal-istess Ministeru bil-fuel?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.