Jista' l-Ministru jgħid mill-budget li ġie approvat f'April li għadda għal din is-sena, għal kull Ministeru, dipartiment, aġenzija jew entità li tirċievi sovenzjoni mill-Gvern, kemm inqattgħu fondi, minn liema allokazzjonijiet u x'kienet ir-raġuni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu id-direct orders li ngħataw mid-9 ta' Marzu 'l hawn f'kull Ministeru, entità pubblika, kemm kienu l-ammonti li ngħataw, x'kien ix-xogħol rikjest, għaliex ingħataw b'direct order u kemm minnhom l-approvazzjoni mill-Finanzi ingħatat wara t-talba għal konsenja, xogħol jew servizz kienet saret?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq ta’ Brandin li tagħti għall-wesgħat il-Palazz u l-Qajjied fis-Siġġiewi hemmx ħsieb li tinfetaħ u jekk iva meta se jibda dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li saru diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali, qiegħed jiġi mhejji programm ta’ xogħlijiet fuq toroq għall-perjodu ta’ ħames snin.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-servizz ta’ trasport li jwassal it-tfal tal-Kinder li jattendu fl-iskola Primarja tal-Mellieħa, mill-kulleġġ Maria Regina, mhux qed jingħata kif kien jingħata fis-snin l-imgħoddija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li s-Servizz tat-Trasport tal-Iskejjel ipprovdut mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi lil skejjel Primarji tal-Istat jiġi pprovdut skont Kapitolu 327 - L-Att Dwar L-Edukazzjoni – Taqsima IV fejn:
“43. (1) Ikun id-dmir tal-Istat li jipprovdi għall-edukazzjoni primarja tal-ulied ta’ ċittadini Maltin meta dawk l-ulied ikunu ta’ età obbligatorja għall-iskola.
(2) Għall-għan imsemmi fis-subartikolu (1), il-Ministru
għ
andu, sa fejn possibbli, jżomm skola f’kull belt jew
ra
ħal u għandu
jipprovdi trasport għal studenti li joqogħdu f’inħawi li huma ’l bogħod mill-iskola.
(3) L-Istat jista’ jipprovdi skejjel għ
al tfal żg
ħar li huma taħt letà obbligatorja għall-iskola."
Infurmat ukoll li t-Trasport fl-Iskejjel Primarji kien dejjem ipprovdut għat-tfal bejn l-ewwel sena Primarja u s-sitt sena Primarja. Tfal li jattendu Kindergarten qatt ma kienu jiġu pprovduti bi trasport. Madankollu, meta l-vetturi li kienu jintbgħatu biex jagħtu servizz fl-Iskejjel Primarji kien ikollhom il-vojt, id-Direttorat qatt ma oġġezzjona milli l-postijiet vojta fuq il-vetturi jiġu użati minn studenti tal-Kinder, sakemm dawn ikollhom post adekwat fejn ipoġġu fuq il-vettura.
Fis-sena skolastika 2012-2013, l-iskola Primarja tal-Mellieħa fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina kienu pprovduti b’servizz ta’ 3 vannijiet u 3 kowċis. It-total tan-numru ta’ tfal li għandhom bżonn trasport jigi stabbilit mill-Iskola. Fuq din l-informazzjoni li tingħata mill-Iskola lis-Servizz tat-Trasport tal-Iskejjel, jiġi stabbilit it-tip ta’ trasport li għandu jiġi provdut. Din is-sena skolastika (2013-2014), l-Iskola Primarja tal-Mellieħa għamlet it-talba tagħha mill-ġdid bin-numru ta’ tfal li huma intitolati għat-trasport u ġew ipprovduti bi 3 vannijiet u 3 kowċis.
Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta se jerġa' jibda x-xogħol fuq it-tieni parti ta' Vjal il-Ħaddiem fir-Rabat, u sa meta dan ix-xogħol mistenni li jkun lest?
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ngħatax b’direct order jew le?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpllant.
Billi ġie rappurtat li kien hemm min intalab li jservi ta' konsulent tal-gvern u aċċetta iżda għadu ma ġiex iffirmat il-kuntratt, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti li għadu ma ġiex iffirmat il-kuntratt magħhom u għaliex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Fil-mument ma hemmx kuntratti ta’ konsulenti mas-Segretarjat tal-Prim Ministru li mhumiex iffirmati.
Jista l-Prim Ministru jgħid is-Segretarju Parlamentari Ewlieni, liema xogħol jew proġetti għadda f’idejn is-segretarji permanenti l-“qodma”? Jista' din l-informazzjoni jgħidha skont il-ħidma li qed jagħmlu l-eks segretarji permanenti fuq livell individwali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 1503.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteru li jaqa' taħtu kollu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u s-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 854.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika ta’ kemm sewa kull software fid-Dipartiment tas-Saħħa, mingħand liema kumpaniji nxtara u kemm tħallas f’manutenzjoni għalih għal dawn l-aħħar sitt snin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, in-nefqa ta’ kull software ta’ dawn l-aħħar sitt snin li tammonta għas-somma ta:
Nefqa kapitali: €12,434,958.00
Nefqa fuq Manutenzjoni: €12,839,543.00
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema mas-settur pubbliku mid-9 ta Marzu 2013 sad-9 ta' Mejju 2013 u kif dan jitqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li n-numru t’impjegati ġodda li daħlu bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u d-9 ta’ Mejju 2013, kien ta’ 310 fis-Servizz Pubbliku u 47 fis-Settur Pubbliku. In-numru t’impjegati ġodda li daħlu matul l-istess perjodu s-sena l-oħra kien ta’ 109 fis-Servizz Pubbliku, u 73 fis-Settur Pubbliku.
In-numru t’impjegati ġodda fis-Servizz Pubbliku bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u d-9 ta’ Mejju 2013, irid jittieħed fil-kuntest tal-bidla fil-Gvern, pass li b’mod awtomatiku jfisser impjegati ġodda fis-segretarjati tal-membri tal-kabinett.
kodiċi ta’ etika — waivers - ministri u s-segretarji parlamentari
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika dawk il-provvedimenti fil-Kodiċi ta' Etika għall-Ministru u s-Segretarji Parlamentari li jagħtu s-setgħa lil Prim Ministru biex jeżenta lil xi Ministru jew Segretarju Parlamentari milli josserva l-Kodiċi jew parti minnu? Jista’ jikkonferma sal-lum kemm ta eżenzjonijiet u lil min?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 2744.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mappa ta' Malta u Għawdex bil-borderlines tad-diversi distretti u diviżjonijiet tal-pulizija indikati? Jekk din fil-fatt ma teżistix, jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu ffissati dawn il-borderlines b'mod uffiċjali?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi m’hemmx il-mappa kif qed jitlob l-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi xi zmien ilu kien inbeda eżercizzju sabiex il-konfini tad-Distretti tal-Pulizija jkunu indikati fuq pjanti tal-lokalitajiet. Dan l-eżercizzju għadhu mhux lest
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-postijiet vakanti, jekk hemm, fil-Protezzjoni Ċivili fil-preżent?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1933, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm tnejn u ħamsin (52) post vakanti fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Dan jirriżulta wara li dan id-Dipartiment tħalla għal-diversi snin, mingħajr ma’ joħorġu sejħiet għall-applikazzjonijiet minkejja n-nuqqas ta’ riżorsi umani evidenti.
· Total ta’ 44
Assistant Rescue Officers
.
· Il-post ta’ Deputat Direttur.
· Chiefs Assistance and Rescue Officer (Operations)
· Chief Assistance and Rescue Officer (Planning and Co-ordination)
· Skrivan biex jassisti fit-taqsima tas-Salarji
· Żewġ (2) mechanics
· Sprayer
· General tradesman.
L-Għadd kbir ta’ postijiet vakanti rriżultaw wara li dan id-dipartiment tħalla fit-telqa għal diversi snin mingħajr ma ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet minkejja n-nuqqas ta’ riżorsi
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ser jinbeda proċess ta’ sejħa għall-applikazzjonijiet għal dawn il-postijiet vakanti.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – postijiet vakanti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma il-postijiet vakanti fil-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi minkejja li fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi jidher li qatt ma sar eżerċizzji biex jiġi identifikati l-istaff compliment meħtieġ biex jiġu esegwiti il-funzjonijiet kollha meħtiega għas-sigurtà u r-rijabilitazzjoni tal-priġunieri, għall-ewwel darba sar dan l-eżerċizzju skont it-talbiet mill-istess Dipartiment fil-‘Capacity Building’. Hemm propost 172 postijiet vakanti. Il-Ministru jinforma lil Onorevoli Interpellant li l-proċess tas-sejħa għal-applikazzjoni għal-postijiet vakanti ser jinbeda fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mit-tindif tal-għases u tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi huwa d-dmir ta’ kull membru tal-Korp li jżomm il-post tax-xogħol tiegħu nadif. F’Korp dixxiplinat l-ogħla rank preżenti huwa fid-dmir u d-dover li jara li l-post li jkun responsabbli minnu jinżamm dejjem nadif. Barra minnhekk wieħed mid-dmirijiet tar-rank ta’ Surġent Maġġur huwa propju l-indafa tal-postijiet kollha taħt ir-responasibilita tiegħu. Fl’aħħarnett l-Ufficjali kollha tal-Korp taqa’ fuqhom b’mod ġenerali r-responsabilita’ li tinżamm l-indafa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti illegali fl-open centres fl-aħħar ta' April 2013? Kif kienu mqassma dawn l-immigranti illegali fid-diversi open centres madwar Malta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
CENTRE POPULATION
ABB
01-May-13
ĦAL FAR
TENT VILLAGE
HTV
315
HANGAR OPEN CENTRE
HOC
289
ĦAL FAR OIWAS
HFO
35
ĦAL FAR
RECEPTION CENTRE
HFRC
39
DAR IL-LIEDNA
DIL
52
DAR IS SLIEM
DIS
29
(TOTAL RESIDENT UMAS)
(62)
BLOCK C
REGISTRATIONS
BLOCK C
26
PEACE LAB
PL
36
MARSA
OPEN CENTRE
MOC
300
MEC
HOUSES
MEC
155
MEC BALZAN
BAL
129
TOTALS
1405