Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux biħsiebu li jibda jirregola l-junk mail li jirċievu r-residenti Maltin u Għawdxin u jekk iva b’liema mod?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 29515 fejn tfiehem għalfejn għadu prematur li wieħed jitkellem fuq ir-regolamentazzjoni ta’ dan is-settur.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura u l-parametri neċessarji biex iben jew bint persuna (li llum toqgħod f’post residenzjali mikri mill-Awtorità tad-Djar) tkun tista’ tibqa’ tgħix fit-tali post wara li l-kerrejja oriġinali tiġi nieqsa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, meta inkwilin jiġi nieqes u l-ulied, li jkunu ġuvintur jew xebbiet, jibqgħu jgħixu f’tali post, huma għandhom jagħmlu talba formali lill-Awtorita’ tad-Djar għar-rikonoxximent. B’hekk jibdew isiru l-investigazzjonijiet neċessarji u kull każ jitqies fuq il-mertu tiegħu
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jew xi awtorità governattiva, tawx xi forma ta’ kumpens biex tkun tista’ ssir triq pubblika fuq art li fuqha kien hemm il-Freedom Press u l-art tal-madwar? Jekk ingħata xi forma ta’ kumpens, lil min ingħata u x'kien? Jekk il-kumpens kien wieħed monetarju, kemm ingħataw flus?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ħallasx għall-parti mir-restawr li sar jew qed isir fuq il-proprjetà li hemm fil-Baċir Numru Wieħed fil-Kottonera u liema proprjetà ngħatat lill-iżviluppatur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jużaha bħala parti mill-American University of Malta? Jekk sar restawr mill-Gvern jew xi awtorità tiegħu, kemm sewa dan ir-restawr sa issa u kemm hu mistenni li jiswa b' kollox? Jista' jgħid jekk dan hux qed isir b' ko-finanzjament ta' fondi tal-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29430 u jgħid kemm koppji bbenefikaw mill-Marriage Grant fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sena b'sena b'mod separat? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża annwali għal kull sena msemmija? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-koppji li rċevew din il-Marriage Grant qegħdin f'unjoni ċivili?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuni li bbenefikaw mill-Għotja għaż-Żwieġ u n-nefqa annwali għas-snin imsemmija, kienet kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Koppji li bbenefikaw mill-Għotja għa
ż
-
Ż
wieġ
Persuna waħda mill-koppja li bbenefikat mill-Għotja għa
ż
-
Żwieġ
Total ta' Benefiċjarji
Nefqa
2013
1,381
199
2,961
€779,827.57
2014
1,474
204
3,152
€847,973.22
2015
1,534
182
3,250
€879,037.50
2016
1,539
196
3,274
€892,069.63
Total
5,928
781
12,637
€3,398,907.92
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux statistika dwar koppji li rċevew l-Għotja għaż-¯wieġ u li qegħdin f’unjoni ċivili.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29431, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn ġenituri li ma jaħdmux, ma rċevewx iċ-Children's Allowance kollu dovut lilhom f'Diċembru li għadda? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawn il-ġenituri li ma rċevewx dan il-ħlas?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ ġenituri li ma jaħdmux u li ma rċevewx iċ-Children Allowance kollu dovut lilhom f’Diċembru li għadda jammonta għal 47. Dawn il-każijiet issa għaddej ix-xogħol fuqhom sabiex jitħallsu id-differenza fir-rata dovuta lilhom sas-Sibt 28 ta’ Jannar 2017.
Anzjani — pensjoni tal-irtirar u pensjoni tas-servizz
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti llum li filwaqt li għandhom il-pensjoni tal-irtirar igawdu wkoll mill-pensjoni tas-servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ pensjonanti li għandhom pensjoni tal-irtirar u li igawdu ukoll minn pensjoni ta’ servizz huwa ta’ 13,004.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Personal Emoluments - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni ghadha qed tingabar u ser tinghata f’seduta ohra.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — Personal Emoluments - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Bagit. Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhux konkluża u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Personal Emoluments - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jigu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Bagit.
Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluża u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.
Ministeru għas-Saħħa — Personal Emoluments - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Baġit.
Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluża u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.
Ministeru għall-Infrastruttura u Trasport — Personal Emoluments - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Baġit.
Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016, din l-informazzjoni għadha mhix konkluża u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.
Ministeru għat-Turiżmu- Personal Emoluments — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Baġit. Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluza u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Generali li jmiss.
Skejjel tal-Gvern – xiri ta’ information technology
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’nefqiet saru u lil min saru sabiex il-Gvern ikun jista’ jixtri Information Technology fl-Iskejjel tal-Gvern fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Jista’ jgħid minn dawn in-nefqiet u ħlasijiet li saru, liema ħlasijiet u pagamenti saru b’direct order?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Bi tweġiba għal din il-mistoqsija, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, kif ġej:
Tabella 'A' - Information Management Unit - Schools
Tabella 'B' - eLearning Department fi ħdan id-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni (DQSE).
Fl-2014 id-Dipartiment tal-eLearning kien għadu jieħu ħsieb parti mill-infrastruttura u għaldaqstant l-ispejjeż juru xiri ta’
hardware.
Fl-aħħar sentejn id-Dipartiment beda jieħu ħsieb il-pedagoġija biss u allura l-kontijiet juru iktar ħlasijiet fuq taħriġ u liċenzji ta’
software
meħtieġ għad-Dipartiment. Ma kien hemm ebda pagament li sar b’
direct order.
Barra minn hekk, infurmat li d-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu fi ħdan l-istess DQSE, bħala parti mill-proġett tal-Learning Outcomes Framework, xtara 3D Printers u Scanners għall-prezz ta’ €138,219, fl-2015. Dan ix-xiri sar permezz ta’ tender CT 3077/2015 liema tender ġie mirbuħ minn FGL Information Technology, Forestals. Dawn tqassmu fl-iskejjel sekondarji tal-Istat.
Fl-2014, 2015 u 2016 fid-Dipartiment tal-Lifelong Learning u Early School Leavers l-unika ċentru li xtara apparat tal-IT (żewġ video splitters u Projector) kien il-Lifelong Learning Centre tal-Imsida. Ma kien hemm ebda xiri b’direct order. L-ammont totali li ntefaq kien €572.
Infurmat ukoll mill-Information Management Unit (IMU) tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li fl-2016 inxtraw 27 kopja ta’ StaffCover software għall-iskejjel mingħand October ReSolutions Ltd għall-ammont ta’ €11,503.82 inkluż il-vat. F’Diċembru 2016 din l-istess Unit kien għaddej b’negotiated procedure ma’ Edukey Education Ltd Provision Map għax-xiri ta’ IEP writer għall-iskejjel kollha b’valur stmat ta’ €80,000 (vat eskluż) fis-sena għal perjodu ta’ ħames (5) snin.
Attachments:PQ 29610 - Tabella 'A' Skejjel tal-Gvern - xiri ta' information technology.pdfPQ 29610 - Tabella 'B' - lista tal-eLearning Department.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid x’pagamenti saru fuq il-Proġett Esplora fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Jista’ jgħid lil min saru dawn il-pagament u għal liema saru jew prodotti mnedija tħallsu? Jista’ jgħid minn dawn il-pagamenti kemm kien hemm pagamenti ta’ direct orders? Jista’ jgħid għal liema prodotti jew servizzi kien meħtieġ li jsir proċess ta’ sejħa ta’ kuntratti għal xiri ta’ prodotti u servizzi użati fil-Proġett Esplora?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – persuni ta’ fiduċja f’entitajiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna ngħatat impjieg bħala persuna ta’ fiduċja (person of trust) ma’ entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru rispettiv fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Tista’ tgħid minn dawn il-persuni li ġew impejgati bħala person of trust, kemm minnhom illum qed jaħdmu bħala impjegati regolari ma’ entitajiet tal-Gvern?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tingabar.
Tista’ l-Ministru tgħid x’pagamenti se tkun qed tagħmel fir-rigward ta’ International Memberships li għalihom il-Ministeru qed jitlob €180,000 żieda fil-finanzjament, kif jidher mill-Cost Centre 25 “International Memberships” taħt Vot 18 tal-Estimi Supplimentari?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Industrial and Employment Relations – Salaries/Wages — żieda
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fir-rigward tal-Industrial and Employment Relations fiex se tkun tikkonsisti ż-żieda f’nefqa ta’ €60,000 li qed tintalab taħt il-cost centre Salaries/Wages taħt Vot 19 tal-Estimi Supplimentari? Tista’ tgħid dawn is-€60,000 kif se jintefqu u min se jitħallas b’dawn is-€60,000 żieda li qed jintalbu?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ż-żieda ta’ €60,000 għal Salaries/Wages taħt il-Vot 19 tal-Estimi Supplimentari għall-2016 ġiet mitluba fid-dawl taż-żieda ta’ impjegati ġodda li ġew ingaġġati fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg matul l-2016 fosthom 7 EIRA Inspectors, Terminations Officer u Senior Manager (Contracts Compliance) biex id-Dipartiment ikollu aktar riżorsi biex iħares il-kundizzjonijiet tal-impjieg b’mod aktar effettiv.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarjiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – safar — nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienu n-nefqiet f’safar (Travel) fl-2014, fl-2015 u fl-2016 ?X’safar għamlet il-Ministru f’dawn is-snin? Minn min kienet akkumpanjata? Minn fejn inxtraw il-biljetti tas-safar? X’kienu n-nefqiet f’ikel matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet f’xorb matul dawn is-safar? X’kienu n-nefqiet fl-użu ta’ vetturi wżati waqt iż-żjajjar f’dawn il-pajjiżi?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tingabar.