Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba attendit għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minflokha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mit-9 ta’ Marzu ‘l hawn, attendejt il-Kunsill Infomali tal-Ministri tal-Impjiegi u Politika Soċjali li sar fil-Litwanja bejn il-11 u t-12 ta’ Lullju 2013. Fir-rigward tal-Kunsill tal-Ministri tal-Impjiegi u Politika Soċjali li sar fil-Lussemburgu fl-20 ta’ Gunju 2013, attenda l-Onor. Evarist Bartolo, Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba attendit għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minflokha?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li minn Marzu ‘l hawn ma kienx hemm laqgħat speċifiċi li jaqgħu taħt il-portafoll ta’ dan il-Ministeru. Madankollu waqt laqħat tal-Kunsill kien hemm items li jaqgħu taħt dan il-Ministeru u kienu indirizzati mill-Ministru jew Segretarju Parlamentari li kien qed jattendi dik il-laqgħa f’isem il-Gvern Malti.
Leg 12 PQ #4356 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Messaġġ lin-nazzjon — iffilmjar

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3027, 3341 u 3825, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ ħlas li sar lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax-xogħol li sar referenza għalih f’dawn il-mistoqsijiet parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija msemmija tħallset is-somma ta’ € 1,369 għax-xogħol li għamlet biex tiffilmja u tieħu ħsieb il-post-produzzjoni tal-messaġġ lin-nazzjon fis-17 ta’ Ġunju.
Leg 12 PQ #4357 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ħlas lil kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija li dwarha hi din il-Mistoqsija rceviet ħlasijiet mingħand l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dawn il-ħlasijiet jammontaw għas-somma ta’ € 6,384

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — ħlas lil kumpanija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru ghall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali ma ghamel l-ebda tip ta' ħlas lill-kumpanija ikkonċernata.

Il-Mellieħa — rotot tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema rotot li jservu l-lokalitatjiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar huma mistennijia li jinbidlu fi żmien qasir?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li saru l-ewwel konsultazzjoni mal-kunsilli lokali u mal-pubbliku inġenerali, saret analiżi mill-esperti tas-suġġerimenti u tal-kritika mressqa minnhom. Fil-ġimgħat li għaddew, il-Kunsilli Lokali reġgħu ġew ikkonsultati biex jitħejjew ir-rotot finali skont kif propost. Dan l-eżerċizzju li kien imwiegħed li kellu jitlesta sal-aħħar ta’ Novembru, diġa’ ġie iffinalizzat. Ir-rotot il-ġodda ser jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin. Wara isiru taħditiet mal-operatur sabiex jiġi stabbilit kemm hemm bżonn ta’ aktar vetturi biex dawn ir-rotot ikunu jistgħu jiġu mplimentati.

Transport Malta — enforcement notices lill-Kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il każ ta' enforcement kien hemm minn Transport Malta għal dak li jirrigwarda l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar? X'kienu l-każijiet li għalihom ħarġu l-enforcement notices? X'passi oħra ttieħdu mill-Kunsill jew mill-istess Awtorità wara l-ħruġ ta' dawn in-notices?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm inħarġu numru ta’ twissijiet ta’ nfurzar lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, inħarġet ittra ta’ nfurzar waħda fi Triq it-Turisti minħabba l-bini ta’ estenzjoni ta’ parti mill-bankina mingħajr il-permessi neċessarji tal-Awtorita’. Transport Malta ħadet il-passi neċessarji fuq il-post sabiex tiġi mneħħija l-estensjoni tal-bankina li saret bla permess.
Leg 12 PQ #4409 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta’ Għawdex — WiFi

Question

Peress li l-WiFi fil-Qorti ta’ Għawdex mhux jaħdem u ilu hekk għal xi ġimgħat, jista’ l-Ministru jara li dan jiġi funzjonabbli minnufih?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li s-servizz tal-WiFi fil-qorti ta' Għawdex ġie rrapurtat bil-ħsara fil-25 ta' Settembru 2013 u immedjatament ttieħdu l-passi kollha biex dan jissewwa. Nikkonferma li s-servizz qiegħed jiffunzjona.
Leg 12 PQ #4410 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni mill-Gvern f'dawn l-aħħar sitt xhur, kull xahar separatament, jindika l-lokalità fejn saru, jekk ingħatawx b'direct order jew b’tender, min għamel ix-xogħol, kemm dam biex isir u kemm sewa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4411 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

trasferimenti ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru trasferimenti ta’ ħaddiema minn dipartiment għal ieħor jew uffiċċju għal ieħor f'Għawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur, u jgħid minn liema għal liema dipartiment jew uffiċċju saru dawn it-trasferimenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4412 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

trasferimenti ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew trasferiti ħaddiema Għawdxin minn Malta għal Għawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur, u fejn ġew posted?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li żewġ ħaddiema Għawdxin ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex. Waħda ġiet posted id-Direttorat ghas-Servizzi Korporattivi u l-oħra ġiet posted id-Direttorat Ġenerali (Operations).
Leg 12 PQ #4413 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — servizz ta’ sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti għal għoti ta’ servizz ta’ sigurtà f'Għawdex in vigore, f'liema dipartimenti jew uffiċini huma u jpoġġi l-istess kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Ministeru għal Għawdex m’għandu l-ebda kuntratt in vigore għall-għoti ta' servizz ta' sigurtà.
Leg 12 PQ #4414 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta’ ħaddiema tal-Gozo Channel, il-grad jew mansjoni tagħhom, u meta bdew l-impjieg mal-Gozo Channel?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fil-Gozo Channel hemm total ta' 206 impjegati li d-dettalji mitluba dwarhom qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4415 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tnaqqis jew hux ippjanat li jkun hemm xi tnaqqis mill-Budget approvat (kemm dak rikorrenti kif ukoll dak kapitali) għall-2013 għal kull dipartiment, fondazzjoni u/jew entità oħra fid-dekasteru tiegħu? Għal kull każ ta' fejn kien jew hu ppjanat li jkun hemm dan it-tnaqqis, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' minn fejn sar jew se jsir dan it-tnaqqis, u ta' kemm se jkun?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li t-tnaqqis fl-ispiża rikorrenti hu ta: Tnaqqis mill-Budget 2013 6203 Foundation for Medical Services € 50,000 6282 Occupational Health & Safety Authority € 100,000 6803 Office of the Commissioner for Mental Health € 10,000 Rigward l-ippjanar ta’ tnaqqis ieħor mill- budget tal-2013, dan jaqa taħt il-kompetenza tal-Ministru tal-Finanzi.

Transport Malta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li kienet impjegata bħala enforcement officer ma' Transport Malta matul ix-xahar li għadda ġie trasferit mad-Dipartiment tal-Għammieri? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, xi grad ingħatat din il-persuna? X’inhu x-xogħol tagħha fl-Għammieri? Jista’ jgħid jekk din il-persuna għadhiex impjegata ma’ Transport Malta jew ġietx impjegata tal-gvern?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament ġiet seconded mad-Dipartiment tal-MSDEC Security Services bħala enforcement officer u ma saritx impjegata tal-Gvern. Din il-persuna qegħda tassisti lill-manager responsabbli mis-Sigurtà fil-qadi ta’ dmirijietu.
Leg 12 PQ #4417 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Diviżjoni tas-Saħħa — diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se joħorġu r-riżultati għall-post ta’ diretturi fid-Diviżjoni tas-Saħħa li l-interviews tagħhom saru diġà?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-Onorevoli Membru għandu jkun infurmat li r-riżultati li qed jirreferi għalihom ma joħorġux minn dan il-Ministeru iżda mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #4418 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out-of-stock

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-mediċini out-of-stock?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-lista tal-mediċini out of stock hija dinamika u tvarja minn ġurnata għal oħra. Ghaldaqstant, il-lista mhux neċċessarjament tirrifletti l-pożizzjoni tal-istess stokk fil-213-l ispiżerija fil-Kommunita li qed tipparteċipa fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC]. Barraminhekk, mhux bilfors li l-mediċina out of stock tkun nieqsa mill-ispiżeriji kollha fl-istess ħin -- f’dan ix-xenarju l-POYC Unit jgħamel dak kollu possibbli biex jittrasferixxi dik il-mediċina partikolari minn spiżerija fl-Iskema tal-POYC għall-oħra sabiex il-pazjent jkun jista jinqedgħa. Ta’ minn jgħid li l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] tipprovdi biex meta mediċina tkun out of stock mill-ispiżeriji tal-Kommunita, il-pazjenti li jibbenifikaw mill-Iskema jistgħu jinqdew mil-lokalitajiet l-oħra fil-Qasam tas-Saħħa. Minħabba din il-varjazzjoni u d-dinamika kbira fil-parametri, huwa diffiċili li wieħed jikkwantifika u jiddentifka kemm kienu dawk il-mediċini li attwalment kienu out of stock matul dan il-perijodu.

Telecare — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara l-aħħar budget saritx xi reviżjoni tal-flus allokati għas servizz tat-Telecare u jekk iva b’kemm tnaqqsu (jew żdiedu) il-flus allokati għat-Telecare?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda reviżjoni tal-flus allokati għas-Servizz tat-Telecare wara l-aħħar budget.

Meals on Wheels — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara l-aħħar budget saritx xi reviżjoni tal-flus allokati għas servizz tal-Meals on Wheels u jekk iva b’kemm tnaqqsu jew żdiedu l-flus allokati għall-Meals on Wheels?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda reviżjoni tal-flus allokati għas-Servizz tal-Meals on Wheels wara l-aħħar budget.

Home Help — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara l-aħħar budget saritx xi reviżjoni tal-flus allokati għas-servizz tal-Home Help u jekk iva b’kemm tnaqqsu jew żdiedu dawn il-flus?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda reviżjoni tal-flus allokati għas-Servizz tal-Home Help wara l-aħħar budget.