Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 406 u jgħid x'inhu l-pjan tiegħu rigward il-kura ta' riabilitazzjoni? X'miżuri jew proġetti se jiġu mnedija sabiex dan is-servizz jitjieb u jsir aktar professjonali u b'hekk ikun jista' jagħti firxa aktar wiesgħa ta' servizzi bħal pereżempju kura ta' riabilitazzjoni għat-tfal, dik respiratorja, kardijaka u wara li jkun sar xi intervent kirurġiku maġġuri?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li r-rijabilitazzjoni tal-pazjenti hija parti ntegrali mill-kura totali li tingħata. Huwa fatt li għalkemm sar progress f'dan il-qasam għad baqa' ħafna xi jsir. Dan għaliex minbarra nuqqas ta' spazju fin-numru ta' sodod allokati f'dan il-qasam, hemm ukoll nuqqas ta'servizzi kif ukoll faċilitajiet oħra biex din il-kura timxi aktar 'l quddiem. L-akbar nuqqas huwa dak għall-pazjenti ‘l fuq minn 16 il-sena.
Il-qasam pedjatriku ser ikompli jingħata minn speċjalisti f'dan il-qasam u kura
out-patients
fis-
CDAU
biswit l-isptar Karin Grech. Ir-rijabilitazzjoni kardijaka u respiratorja qed jingħataw servizz tajjeb f'Mater Dei u m'hemmx ħsieb li għalissa ikun hemm xi tibdil anki minħabba l-fatt li jkun hemm bżonn preżenza ta’ kardjologu fejn tingħata l-kura meħtiega. Fil-kumplament tal-patoloġiji, speċjalment fil-qasam tan-newroloġija, amputazzjonijiet u ortopedija flimkien ma' oħrajn hemm bżonn ta' viżjoni ċara ta' kif dan is-servizz iwassal għal riżultati aħjar f'dan is-settur.
Hemm bżonn ta' ċentru ġdid li minbarra li jbiddel il-mentalità ta’ kif tingħata il-kura rijabilitattiva, dan jkun mgħammar bl-aqwa apparat u servizzi. Hemm bżonn ukoll numru akbar ta' professjonisti ittrenjati sabiex tassew nistgħu ngħidu li il-pażjenti tagħna ikunu qed jingħataw l-aħjar possibbli. Qed jitħejja pjan
“ short to medium term”
biex dan l-iskop jintlaħaq.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 353 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li huma erbgħa l-konsulenti ingaġġati skont it-termini u kundizzjonijiet stipulati fid-dokument maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar Ħlasijiet lil Konsulenti f’Ministeri.
It-
terms of reference
huma marbutin mat-titjib tar-relazzjonijiet tal-Ministeru fuq livell internazzjonali u ta’dawk mas-settur privat, u mat-titjib ta’sistemi ta’informatika.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1814 u jgħid kemm-il impjegat ġie trasferit mill-11 ta' Marzu ’l hawn fil-Ministeru għas-Saħħa? X'kariga kellha kull persuna li ġiet trasferita? Kemm minn dawn il-persuni talbu li jiġu trasferiti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li ġew trasferiti fil-perijodu msemmi u l-kariga ta’ kull persuna, u jekk it-transfer ġiex mitlub mill-persuna?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li hemm 163 persuna li ġew trasferiti mill-11 ta’Marzu 2013.
Infurmat ukoll li kienu huma stess, li talbu biex seta’ jsir it-trasferiment tagħhom. Aktar informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Mater Dei — Lista ta’ stennija għall-operazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2310 u jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qegħdin jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei, u jagħti u n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Nitolbu jagħti informazzjoni dwar kemm hemm pazjenti li ilhom jistennew: Bejn 3 u sitt xhur; bejn 7 u 12-il xahar; bejn 13 u 24 xahar; bejn 25 u 36 xahar; u aktar minn 36 xahar.
Response (FARRUGIA, GODFREY)
B’referenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 2310 u 1068, in-numru ta’ interventi maqsumin skont id-dipartiment u x-xhur ta’ stennija jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 961 u jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex tiddaħħal xi forma ta' sistema ta' rifużjoni għas-sistema tal-għoti ta' mediċini mis-sistema nazzjonali tas-saħħa, inkluż mis-sistema tal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? X’konsultazzjonijiet beħsiebhom isiru mal-imsieħba soċjali involuti f`dan il-qasam? Min se jiġi kkonsultat?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 69 u jagħti informazzjoni dwar x'miżuri beħsiebu jieħu sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra (Schedule V) ġewwa l-Isptar San Luqa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Medicines Entitlement Unit (MEU) joffri diversi servizzi sabiex jipprovdi aċċess effiċjenti lill-pazjenti li japplikaw għall-intitolament ta’ mediċini b’xejn skont il-liġi tal-Ħames Skeda ta’ l-Att tas-Sigurta’ Soċjali Kap 318 Art 23.
L-MEU huwa miftuħ għall-pubbliku it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn 7.30 – 14.30, fejn l-individwu jista’ jiddeċiedi li jħalli l-applikazzjoni l-MEU u din tiġi proċessata u mibgħuta direttament bil-posta. Persuna tista’ tagħżel ukoll li tibqa tistenna u tingħata servizz dirett u immedjat fil-ġurnata. Meta mhux miftuħ għall-pubbliku, l-applikazjonijiet jistgħu jitħallew fil-kaxxa postali tal-MEU.
Ta’ kuljum l-applikazzjonijiet jaslu wkoll minn diversi entitajiet, bħal sptarijiet u polikliniċi, permezz tal-posta jew messaġġier.
Bħala parti mill-wegħda elettorali dwar nuqqas ta’ burokrazija wara li l-proċess ġie analizzat,
beda jiġi implimentat. Għalhekk riċentament ġie ntrodott servizz ġdid fejn konsulent jew delegat awtorizzat minnu jista japplika direttament permezz tal-applikazzjoni PDF disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għas-Saħħa. L-applikazzjoni mimlija tiġi mibgħuta direttament l-MEU permezz tal-posta eletronika fejn ta’ kuljum jiġu kkonfermati u pproċessati minn persuna professjonali fil-ġurnata.
Dan is-servizz ġie ntrodott sabiex iħejji u jirrifletti iktar is-sistema tal-IT li ser tiġi ntrodotta fi żmien qarib.
L-MEU joffri wkoll servizz ta’ customer care permezz tat-telefon li disponibbli għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn 7.30 u 14.30 jew tal-posta elettronika fuq schedulev.mfh@gov.mt
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat? X'inhi r-raġuni li t-tender relatata max-xogħol għadha ma ħarġitx?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq msemmija ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta, iżda tal-kunsill lokali kkonċernat.
Madanakollu bħal ma jsir f’kull każ, lest li nagħti il-kontribut sħiħ tiegħi u niġbed l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati biex nara li is-sitwazzjoni titranġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu temporary tags għax-xufiera tat-taxis il-bojod, chauffeur driven cars u għal kull mezz ieħor ta' trasport ta' passiġġieri mit-12 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi mit-12 ta’ Marzu tal-2013 sal-20 ta’ Settembru tal-2013, Transport Malta ħarġet 227 tag proviżorja għax-xufiera tal-mezzi kollha tal-ġarr ta’ passiġġieri.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-temporary tags għax-xufiera tad-diversi mezzi ta' trasport ta' passiġġieri li ħarġu mit-12 ta' Marzu 2013 ’il hawn humiex qed joħorġu skont il-passenger transport regulations?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi tags proviżorji ilhom jinħarġu minn Transport Malta sa minn meta daħlu fis-seħħ ir-Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri; jiġifieri mis-sena 2009. It-tags proviżorji jinħarġu għal żmien limitat ta’ tlett xhur lil dawk ix-xufiera li jkunu waslu biex iġeddu jew li jkun skadielhom il-permess ta’ xufier u t-tag tagħhom, sakemm jinkiseb ċertifikat maħruġ mill-Pulizija li juri r-reati kriminali u / jew kontravenzjonjiet li għalihom tali xufiera setgħu ngħataw sentenza kif ukoll il-piena marbuta magħhom.
It-tag proviżorja tinħareġ minħabba li tali ċertifikat jista’ jieħu tul ta’ żmien sakemm jinħareġ u jiġi pproċessat u b’hekk dawk ix-xufiera li jkun skadielhom il-permess ta’ xufier u t-tag tagħhom ikunu jistgħu ikomplu jaqilgħu l-għixien tagħhom. Ladarba dan iċ-ċertifikat jingħata, Transport Malta tivverifika jekk dak ix-xufier għadux jissodisfa r-rekwiżit ta’ reputazzjoni u kondotta tajba skont il-provedimenti tal-istess regolamenti, u jekk fl-affermattiv jiġġeddidlu l-permess ta’ xufier u t-tag proviżorja tinbidel ma’ waħda valida għall- perjodu ta’ ħames snin.
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm tul ta' żmien huma validi t-temporary tags għax-xufiera tad-diversi mezzi tat-trasport ta' passiġġieri li ħarġu mit-12 ta' Marzu 2013 ’il hawn? Kemm ħarġu min dawn it-temporary tags f'dan il-perijodu lokalità b’lokalità u xahar b'xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi t-tags proviżorji li jinħarġu lix-xufiera tal-mezzi kollha tal-ġarr ta’ passiġġieri huma validi għal tlett xhur.
Id-dettalji mitluba ta’ kemm inħarġu tags proviżorji mit-12 ta’ Marzu tal-2013 sal-20 ta’ Settembru 2013, lokalità b’lokalità u xahar b’xahar qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li mit-12 ta' Marzu 2013 bdew jingħataw allowance biex jużaw il-karozza tagħhom f'Transport Malta jew awtoritajiet/dipartiment li jaqgħu taħtha? Għal kemm tammonta din l-allowance għal kull individwu li qed igawdi minn din l-allowance? X'xogħol qed jagħmlu dawn l-individwi li ngħataw din l-allowance? Fuq liema bażi nħarġet din l-allowance lil dawn l-individwi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li mit- 12 ta’ Marzu sal-lum kien hemm biss 5 persuni li ingħataw Allowance għall-użu tal-karozza tagħhom. Lista tad-dettalji kollha relatati qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Barra minn hekk qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista oħra ta’ xejn inqas minn 70 persuna oħra li ilhom jingħataw l-istess tip ta’ Allowance sa minn qabel it- 12 ta’ Marzu 2013.
Traffic Management and Road Safety Department — talbiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba għal parkeġġ residenzjali, sistemi ta' one way, modifikazzjoni ta' traffic management, eċċ. irċieva d-Direttur tat-Traffic Management and Road Safety Department mit-12 ta' Marzu 2013 ’il hawn kategorija b’kategorija u lokalità b’lokalità? Min għamel dawn it-talbiet? Kemm min dawn ġew imwieġba u liema ġew miċħuda u approvati?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa tal-Kummissjoni għar-Riforma tal-Isport saret minn meta ġiet kostitwita, u jgħid ukoll x`kienet l-attendenza ta’ kull membru f’kull laqgħa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport iltaqgħet disa' darbiet qabel ix-xahar ta' Awwissu u darba fix-xahar ta' Settembru - total ta' għaxar laqgħat. L-attendenza tal-membri kienet massima ħlief għall-eżenzjonijiet li ġejjin għal raġunijiet aċċettati mill-Kummissjoni:
Paul Stoner - erba' darbiet (13 ta' Ġunju; 20 ta' Ġunju; 04 ta' Lulju u 19 ta' Settembru)
Alessandra Pace - tlett darbiet (20 ta' Ġunju; 27 ta' Ġunju u 19 ta' Settembru)
Angiolino Sciberras - darba (04 ta' Lulju).
Peress li l-Prim Ministru ġie rrappurtat li qal li l-ispiża ta’ manteniment u tisbiħ ta’ skejjel li sar dan is-sajf laħqet il-15-il miljun ewro u l-għada l-Ministru tal-Edukazzjoni semma l-figura ta’ 13-il miljun ewro, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet fil-fatt in-nefqa eżatta li saret matul dan is-sajf?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija PR2034 tal-24 ta' Settembru 2013 fejn ingħatat spjegazzjoni dwar in-nefqa ta' manteniment u tisbiħ ta' skejjel.
Fondazzjoni Skejjel t’Għada – manteniment u tisbiħ ta’ skejjel
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħlijiet kollha li saru mill-Fondazzjoni tal-Iskejjel t’Għada fl-iskejjel bħala parti mill-programm ta’ tisbiħ li sar dan is-sajf? Jista’ jagħti lista dettaljata skola, skola, kemm intnefaq għal kull xogħol ta’ manteniment li sar, u minn min sar? Jista’ jgħid liema xogħol sar permezz ta’ direct order u liema xogħol sar wara li ħareġ tender pubbliku?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma wkoll li minbarra x-xogħlijiet li saru mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, saru xogħlijiet oħra fl-iskejjel mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, li huma nklużi fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4316.
Dipartiment tar-Riżorsi tal-Iskejjel – manteniment u tisbiħ ta’ skejjel
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħlijiet kollha li saru mid-Dipartiment tar-Riżorsi tal-Iskejjel, fl-iskejjel kollha, bħala parti mill-programm ta' tisbiħ li sar dan is-sajf? Jista' jagħti din il-lista dettaljata, skola, skola, kemm intnefaq għal kull xogħol ta' manteniment li sar u minn min sar? Jista' jgħid liema xogħol sar permezz ta' direct order u liema xogħol sar wara li ħareġ tender pubbliku?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-lista tinkludi wkoll ix-xogħlijiet li saru mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada kif elenkati fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4315.
manteniment u tisbiħ ta’ skejjel — rapporti mill-periti
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li kellhom jagħmlu l-periti li ġew imqabbda mill-Ministru u kellhom jitlestew sal-aħħar ta' Mejju dwar ix-xogħlijiet u l-manteniment tal-iskejjel?
Kunsill Malti għall-Isport – laqgħat tal-Bord tad-Diretturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-bord tad-diretturi attwali tal-Kunsill Malti għall-Isport minn meta ġie kostitwit sal-lum, u jindika l-attendenza ta’ kull membru tal-bord, laqgħa b’laqgħa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Malti għall-Isport iltaqa' tmien darbiet bejn Mejju u Settembru 2013. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi attendejt personalment għat-3 laqgħat li saru mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.