Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq manutenzjoni f’kull sezzjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu matul ix-xhur ta’ April u Mejju 2013? Fiex intefqu dawn il-flus, x’materjal ta’ manutenzjoni inxtara u mingħand min?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq manutenzjoni matul ix-xhur ta’April u Mejju 2013, kienet ta’żewġ miljuni, tmien mija w tmienja u erbgħajn elf, tlett mija u tmien ewro ( € 2,848,308.00).
Infurmat ukoll lil-parti l-kbira ta’xogħol ta’manutenzjoni, kien mitlub u sar minn gvern preċedenti.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru.
Università ta’ Malta – operat u kuntratti dwar indafa u iġjene
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fil-kuntratti u l-operat ta’ min jieħu ħsieb l-indafa u l-iġjene fl-Università ta’ Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li wara li skada l-kuntratt ta' min kien jieħu ħsieb l-indafa u l-iġjene fuq barra fl-Universita' ta' Malta, ħarġet tender u l-kuntratt ingħata lil kuntrattur differenti.
Grand Harbour Regeneration Project – kuntratt taċ-Chairman il-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt taċ-chairman il-ġdid tal-Grand Harbour Regeneration Project li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk dan il-kuntratt jinkludix l-użu ta’ karozza u/jew xufier?
Response (MIZZI, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt taċ-chairman il-ġdid tal-Grand Harbour Regeneration Project.
B’referenza għall-artiklu 7 tal-istess kuntratt nixtieq nirrimarka li l-vettura msemmija qed tintuża għall-ħtiġijiet tal-GHRC u mhux għall-użu taċ
- chairman
biss.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk dan il-kuntratt jinkludix l-użu ta’ karozza u/jew xufier?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta ma huwa qed jitħallas xejn aktar minn kemm kien jitħallas il-Kap Eżekuttiv ta’ qablu. Sadanittant huwa qed jassumi wkoll ir-rwol u r-responsabbiltajiet ta’ Chairman tal-Bord u ta’ dan ir-rwol ma huwa qed jieħu ebda ħlas.
Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk hux minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tneħħa minn chairman tat-Tribunal Industrijali b’effett mit-8 ta’ Lulju 2013? Jekk dan huwa veru x’inhi r-raġuni? Hija konxja li l-ħidma tat-Tribunal Industrijali waqfet ħesrem għad-detriment ta’ ċittadini li qed jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant u nikkonferma li fil-każ tal-persuna msemmija ġiet aċċettata l-offerta tar-riżenja li bagħat lil-Ministeru. Nikkonferma li ġie appuntat Chairman ieħor biex b’hekk ix-xogħol tat-Tribunal ikun jista jitkompla, għalkemm iċ-chairperson in kwestjoni bħal dawk kollha li r-riżenja tagħhom ġiet aċċettata seta jkompli jisma l-każi li kellu mibdija u jkompli jitħallas pro rata.
Iċ-chairperson tat-Tribunal Indusrijali jiġi maħtur għal terminu ta’ żmien. It- Tribunal jista jinbidel meta tinħass il-ħtieġa.
Meta qed titkellem fuq id-detriment lejn iċ-ċittadin, jidher li l-Onor Interpellant mhix konxja tal-fatt li hemm każi tat-Tribunal li damu s-snin biex jinqatghu. Ix-xogħol tat-Tribunal ilu jaqa’ lura għal ħafna snin u hemm bżonn li din il-problema tkun indirizzata.
Forzi Armati — Suldati stazzjonati fil-Berġa ta’ Kastilja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn wara d-9 ta’ Marzu 2013 kemm kien hemm suldati li kienu stazzjonati l-Berġa ta’ Kastilja u li tneħħew minn hemm, u jgħid fejn huma llum? Jista’ jgħid kemm hemm suldati li llum huma stazzjonati fil-Berġa ta’ Kastilja u li sad-9 ta’ Marzu ma kenux stazzjonati f’din il-Berġa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara d-9 ta’ Marzu 2013 tneħħew sitt suldati mill-Berġa ta' Kastilja. Minn dawn, wieħed qiegħed mas-Citizenship and Expatriate Affairs u ħamsa qegħdin l-Ewwel Riġment, B company.
Kienu tmienja s-suldati li sad-9 ta’ Marzu 2013 ma kienux stazzjonati f’din il-berġa u li wara din id-data ġew stazzjonati fil-Berġa ta’ Kastilja.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji toħroġ liċenzja tas-sewqan meta l-persuna li tkun għaddiet mill-eżami tas-sewqan:
1. Tkun trid tilbes in-nuċċali tal-vista; u
2. Tkun bla smigħ u ma titkellimx?
Ikun hemm xi impożizzjonijiet oħra li jridu jiġu osservati kemm-il darba tinħareġ il-liċenzja tas-sewqan fuq tali persuna/i fiż-żewġ każijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kriterji li fuqhom tinħareġ liċenzja tas-sewqan wara li persuna tkun għaddiet mill-eżami tas-sewqan huma skont kif stipulat fil-Liġi Sussidjarja 65.18, marbuta wkoll mat-Tmien Skeda fejn tindika il-kriterji medici li jridu jintlaħqu.
L-applikazzjoni għall-liċenzja tas-sewqan tinkludi fiha dikjarazzjoni mit-tabib mediku fuq kriterji partikolari li għandhom ikunu nnutati fuq il-liċenza ladarba wieħed jgħaddi mit-test prattiku. Dawn il-kriterji jiġu mmarkati fuq wara tal-liċenza tas-sewqan permezz ta’ kodiċi hekk kif indikati fis-Seba’ Skeda ta’ l-istess Liġi. Il-kodiċi huma hekk kif ġej:
1. Fil-każ ta’ nuċċali tal-vista wieħed isib kodici 01.06
2. Fil-każ ta smiegħ wieħed isib kodiċi 02, 02.01 jew 02.02
3. Fil-każ fejn wieħed ma jitkellimx, ma teżisti l-ebda restrizzjoni fuq il-liċenza tas-sewqan.
F’każ fejn ikun hemm xi tibdil fil-kundizzjoni medika tas-sewwieq, l-istess sewwieq huwa obbligat li jinforma lil Transport Malta immedjatament. Anke meta persuna ma jkunx għad għandha bżonn ta’ l-użu tan-nuċċali, din tkun tista tippreżenta ċertifikat mediku sabiex il-kodiċi restrittiva titneħħa minn fuq il-liċenza tas-sewqan tagħha.
Jista’ l-Ministru jara li titranġa t-triq fejn tirrisjedi l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li toqgħod qalb ir-raba’ u kull meta tagħmel ix-xita ma jkunux jistgħu jidħlu f’darhom minħabba l-istat ħażin tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-parti tat-Triq Birżebbuġa, Gudja li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija triq rurali li taqa' taħt ir-responsabilta` tal-Kunsill Lokali tal-Gudja.
Madanakollu bħal ma jsir f’kull każ, lest li nagħti il-kontribut sħiħ tiegħi u niġbed l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati biex nara li is-sitwazzjoni titranġa.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li jidher li hemm xi problema fuq main tad-dawl?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mal-individwu mill-WSC fejn ingħata parir x'għandu jagħmel.
Jista’ l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tingħata s-servizz tad-dawl peress li ilha 35 sena mingħajr dan is-servizz?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta m'ghandha l-ebda applikazzjoni pendenti fuq l-indirizz imsemmi. Filfatt ufficjali tal-Korporazzjoni ghamlu kuntatt mal-klijent u nfurmawh li jrid jissottometti applikazzjoni sabiex ikun jista' jinghata s-servizz mehtieg.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għadha ma ħaditx is-sussidju fuq il-kont tad-dawl?
Tista’ l-Ministru tara fejn waslet l-applikazzjoni għall-fostering tal-koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret l-ewwel żjara għand il-koppja wara li huma applikaw sabiex jibdew il-process tal-‘Fostering’. Huma ntalbu sabiex jirriflettu sew fuq il-ħsieb tagħhom.
Kuntatt mad-Direttur tat-Taxxa – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mad-direttur tat-taxxa fuq il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali mid-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex ikunu magħrufa dettalji tal-każ. Wara sar kuntatt mal-Ministeru li min-naħa tiegħu qed jikkunsidra l-każ
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba impjegati fil-kura primarja? Kemm hemm infermiera, paramediċi, occupational therapists eċċ. impjegati fil-kura primarja? Kemm huwa l-ammont ta’ nies li jużaw il-polikliniċi fis-sena f’dawk li huma calls, house calls, clinic calls u kura kronika?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fil-Kura Primarja hemm 228 uffiċjali mediċi, 193 infermiera u 109 paramediċi. In-numru ta’ paramediċi ma jinkludix Occupational Therapists li mhumiex assenjati direttament ma’dan id-dipartiment iżda jiġu mitluba jaħdmu fejn meħtieġ fuq bażi ta’ rotation.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont ta' nies li wżaw il-polikliniċi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed pazjenti bil-kanċer is-sena li għaddiet u kemm mietu nies b’din il-marda fl-2012? Liema huwa l-aktar kanċer komuni f’Malta fin-nisa, fl-irġiel u fit-tfal, u liema età hija l-aktar suxxettibli għall-kanċer?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jattendu fil-klinika tad-dimensja? Hemm ħsieb li l-pilloli tad-dimensja jidħlu fis-schedule 5 u jekk iva, kemm se tkun proġettata l-ispiża kull sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li in-numru totali ta' pazjenti li attendew fil-kliniki tad-dimensja, mill-1 ta' Jannar sas-27 t'Awwissu 2013 huma:
Memory Clinics at RHKG – 53 pazjent
Community Dementia Clinic Floriana HC – 48 pazjent
Community Dementia Clinic Paola – 56 pazjent
Mediċini li kienu ġa disponibbli fil-Formularju tal-Gvern bdew jingħataw b'xejn għall-kura tad-dimensja kif din il-kundizzjoni kronika ġiet introdotta fir-riforma ta’ Skeda Ħamsa. Applikazzjonijet ta’ mediċini li ma kinux fil-Formularju tal-Gvern bdew jiġu milqugħa sabiex isir l-istħarriġ neċessarju mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Wara li sar l-istudju u l-evalwazzjoni neċessarju tal-applikazzjoniet ta’ mediċini għall-kura ta’ pazjenti bil-marda tal-Alzheimer moderata jew gravi ġiet introdotta l-mediċina Donepezil fil-Formularju tal-Gvern għal din it-tip ta’ dimensja.
Qed jiġi stmat li l-ispiża tal-mediċina Donepezil ser tkun madwar ħames t’elef ewro (€55,000) għas-sena 2013 u ta’mija u ħamsa u għoxrin elf ewro (€125,000) għas-sena 2014.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il bone density scan saret fis-sena 2012? Kemm hawn nies ibatu bl-osteoporosis? Hemm ħsieb li l-pilloli tal-osteoporosis jidħlu fis-schedule 5 u jekk iva, kemm se tkun proġettata l-ispiża kull sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fis-sena 2012 saret, tlettax il-elf, seba mija sitta u sebgħajn elf (13,776) proċedura tal-Bone Density.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm dgħajjes u jottijiet sorġuti fil-yacht marinas tal-Birgu, ta’ Ta’ Xbiex/Imsida? Kemm minnhom huma reġistrati għand il-Maltin?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il website ġdida jew upgrades (content management system), jew software relatati mal-Ministeri kollha, ingħataw b’direct order, kif ukoll dawk b’sejħa pubblika? Jista’ jagħti tabella dettaljata bi spejjeż relatati, kif ukoll il-kumpanija jew individwi li ħadmu proġetti fuq dawn l-imsemmija websites jew software bejn l-2007 u l-2012?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.