Ministeru għat-Turiżmu — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' memberships jinġabru mill-użu tal-faċilitajiet ġewwa l-pixxina tal-Qroqq? Jista’ jgħid x'kien l-ammont li nġabar għal kull faċilità matul is-sena 2012?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-pixxina f'Tal Qroqq fl-2012 kien hemm membership għall-użu tal-pixxina kif ukoll għall-użu tal-Fitness Centre. Matul l-2012, il-Kunsill Malti għall-Isport kellu dħul ta' €69,703 għall-użu tal-pixxina biss u €168,018 għall-użu tal-Fitness Centre, li fil-maġġoranza tagħhom kienu jinkludu wkoll l-użu tal-pixxina.
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx awditjar separat għall-pixxina tal-Qroqq? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta kien l-aħħar rapport li sar, u allura jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tiegħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-awditjar isir għall-Kunsill Malti għall-Isport kollu u ma jsirx awditjar separat għall-Kumpless Sportiv f'Tal-Qroqq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm partijiet mill-kumpless f'tal-Qroqq li hu leased? Jista' jgħid lil min huma leased, x'inhu l-użu li qed isir minnhom u x'qed jitħallas fis-sena għall-użu tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid lil min jappartjenu l-apparat li jintuża fil-pixxina bħal blocks, IT system, score, timing clocks eċċ.? Jekk huma proprjetà tal-Kunsill Malti għall-Isport jista' jgħid jekk għadx hemm ħlasijiet pendenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-apparat imsemmi huwa propjeta' tal-Aquatic Sports Association (ASA) u mhux tal-Kunsill Malti għall-Isport. Madanakollu, permezz ta' assistenza lil din l-assoċjazzjoni, il-Kunsill Malti għall-Isport għen sabiex dan l-apparat seta' jinxtara.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba saru kirjiet tal-pixxina matul is-sena 2012, bħal ngħidu aħna għal ġbid ta’ film? Lil min inkriet, u kemm inġabar minn din il-kirja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2012, saru 22 kirja tal-pixxina. Dettalji tal-kirjiet u kemm inġabar minn kull kirja huma murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm reklami li għadhom validi u għad hemm kuntratt għalihom fil-pixxina f'tal-Qroqq? X'inġabar matul is-sena 2012 minn dawn ir-reklami, u kemm minnhom kienu dovuti lill-Kunsill Malti għall-Isport?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-uniku spazju ta' riklamar amministrat mill-Kunsill Malti għall-Isport huwa l-iscreen li hemm fuq barra tal-Kumpless li jagħti għat-triq, filwaqt li r-riklamar madwar il-pixxina huwa kollu amministrat mill-ASA.
Matul l-2012, permezz tar-reklamar fuq dan l-
iscreen
, il-KMS kien dovut li jdaħħal €5000.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1993 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif inhu kompost il-bord tal-Privatisation Unit u x’inhuma remunerazzjoni u l-benefiċċji tal-membri?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-bord tal-Privatisation Unit hu kompost minn Chairman u membru. Is-salarju taċ-Chairman hu ta’ Ewro 38,000 u benefiċċju ta’ car allowance ta’ Ewro 4,500 fis-sena. Il-membru għadu mhux maħtur.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif taħdem il-funzjoni tal-infurzar tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista’ jgħid ukoll fejn irid jirrikorri l-pubbliku biex jagħmel rapporti dwar żviluppi illegali u jekk min jagħmel ir-rapport għandux id-dritt li jibqa’ anonimu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan il-MEPA jaġixxi bil-poteri mogħtija lilu f'Parti VI tal-Att X tal-2010 dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp. Din il-parti tal-Mistoqsija Parlamentari hi ġenerika ħafna. Fil-qosor, fejn jirriżulta li hemm illegalità, l-ewwel, min ikun responsabbli jintalab biex ineħħi l-illegalità mingħajr formalitajiet żejda. Fejn dan ma jsirx, jinħareġ ordni biex l-illegalità titneħħa u/jew titwaqqaf fi żmien stabbilit fil-liġi, u jekk le, l-Ordni ta' Infurzar isir eżekutibbli u b'hekk l-Awtorità tkun tista' tieħu passi ulterjuri. F'Novembru li għadda daħlu ukoll fis-seħħ multi ta' kuljum li jiġu mposti fuq l-iżvilupp illegali kollu li jirriżulta li jkun sar wara li dawn daħlu fis-seħħ. Jekk tittieħed azzjoni diretta, l-ispejjeż ikunu jistgħu jiġu rkuprati mis-sid, mill-okkupant jew minn min ikun wettaq l-illegalità.
Rapporti dwar żvillupp illegali jistgħu jsiru lill-Awtorità permezz tal-
website
uffiċjali; billi wieħed jmur personalment u jikkomunika m' uffiċjal maħtur apposta għal dan il-għan; billi jibgħat korrispondenza miktuba; jew sempliċiment billi jċempel fuq in-numri reklamati. L-Awtorità toffri wkoll servizz t'emerġenza wara l-ħin tax-xogħol inklużi Ħdud u festi. Minbarra li kull informazzjoni tibqa’ kunfidenzjali, l-anonimità ta' min jagħmel rapport tkun rispetta u min jirraporta għandu d-dritt li jibqa anonimu.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu f'riklami mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu ta' din is-sena? Jista' jagħti breakdown ta' kif intefqu dawn il-flus għal kull gazzetta u stazzjon televiżiv u radju?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni Mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Ingaġġ ta’ persuni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ma' kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu ta' din is-sena? Dawn saru wara sejħa għall-impjieg? X'inhi l-ispiża globali ta' dawn l-impjiegi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ nies li kienu mpjegati ma' kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu ta' din is-sena kien ta’ ħamsa li kollha kemm huma kienu mpjegati f’pożizzjoni ta’ fiduċja u għalhekk mingħajr sejħa għall-impjieg. L-ispiża ta’ dawn l-impjiegi hija ta’ €290,000 fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu fil-kariga l-kap eżekuttiv attwali tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA)? Jikkonferma li l-pakkett finanzjarju tal-kap eżekuttiv huwa ta' madwar €90,000 fis-sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31686. Il-Kap Ezekuttiv preżenti ilu f'din il-kariga minn April 2009. Bħal ma diga' gie rispost fil-mistoqsija parlamentari 31686, l-pakkett finanzjaru tal-Kap Eżekuttiv ma nbidilx ħlief għaż-żieda tal-għoli tal-ħajja. Is-salarju preżenti huwa inqas minn €90,000 fis-sena, pero' il-pakkett finanzjaru globali huwa ta' madwar €90,000.
Università ta' Malta – proġetti Ewropej — ERDF u ESF
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-proġetti Ewropej taħt l-ERDF u l-ESF li saru mill-Università ta' Malta mill-2004 sal-lum? Liema huma l-proġetti u kemm kien jiswa l-proġett?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-proġetti Ewropej taħt l-ERDF u l-ESF li saru mill-MCAST mill-2004 sal-lum? Liema huma dawn il-proġetti u kemm kien jiswa kull proġett?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid minn liema fondi Ewropej gawdiet l-Università ta' Malta biex issir riċerka? Jista' jingħata dettalji dwar r-riċerka li saret u kemm kien hemm fondi allokati għal kull proġett ta' riċerka?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw mill-Università ta' Malta, sena b'sena mill-2008 s'issa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' studenti li ggradwaw mill-Universita' ta' Malta sena b'sena mill-2008 s'issa kien kif ġej:-
2007/2008 - 2684
2008/2009 - 2759
2009/2010 - 2780
2010/2011 - 2893
2011/2012 - 3243
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw mill-MCAST, sena b'sena mill 2008 s'issa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' studenti li ggradwaw mill-MCAST sena b'sena mill-2008 s'issa huwa kif ġej:-
2008/2009 - 1926
2009/2010 - 2197
2010/2011 - 2486
2011/2012 - 2485
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjegati li qed isegwu kors l-Università
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-Università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.