Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3862 u jgħid kemm daħlu jaħdmu impjegati ġodda mal-Malta Enterprise taħt it-tmexxija tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Min kienu dawk l-impjegati? Saru interviews? Min għamilhom? Xi rwol ingħataw dawn il-ħaddiema ġodda? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tagħhom flimkien ma’ rendikont tas-salarju tagħhom u l-grad li ngħataw minn dan l-individwu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3863 u jgħid jekk iddaħħlux jaħdmu mal-Malta Enterprise persuni li huma relatati, ossija jiġu mill-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fl-istess żmien li hu kien Chairman tal-Malta Enterprise ? Min kienu? Xi rwol ingħataw? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħhom? Jista’ jgħid jekk f’tali proċeduri kenitx iddikjarata l-parentela?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha (impjegati, uffiċjali u konsulenti) mill-Malta Enterprise li siefru fuq xogħol tal-Malta Enterprise jew xogħol relatat mal-Gvern mill-1 ta’ Marzu ta’ din is-sena sal-lum? Jista’ jgħid f’kull każ liema pajjiżi żaru u r-raġuni li għalih sar is-safar, kif ukoll id-dati li fihom sar is-safar?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat għall-aħħar skema tal-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi ta’ għajnuna finanzjarja għall-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi fuq residenzi? Kemm minn dawk li applikaw ġiet aċċettata l-applikazzjoni tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi rċeviet 5304 (ħamest elef tlett mija u erbgħa) applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja għall-installazjoni ta' pannelli fotovoltajiċi fuq residenzi. Minn dawn s'issa ġew aċċettati 4975 (erbat elef disa' mija ħamsa u sebgħin) applikazzjoni.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4293, jista' l-Ministru jgħid minn liema vot se jkunu qed jinħarġu l-ħlasijiet li se jingħataw il-membri tal-bord u kemm mistennija li tkun l-ispiża totali fis-sena ta' dawn il-ħlasijiet bil-kompożizzjoni attwali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4282, jista’ l-Ministru jgħid min qed jagħmel din l-evalwazzjoni u meta mistenni li jkun preżentat rapport finali?
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-impjegati part-time ingaġġati mal-Kunsill Malti għall-Isport mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum? F'kull każ jista’ jagħti l-kariga li fiha kien impjegat kull individwu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Fuq parir tal-Uffiċju tal-Protezzjoni tad-Data, dan it-tagħrif mhux qiegħed isir pubbliku. Kopja ta' din l-informazzjoni se tingħata lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4291, jista’ l-Ministru jara li jkun hemm koordinament bejn l-Korporazzjoni Enemalta u Transport Malta peress li filwaqt li l-Enemalta qed jgħidu li l-
bypass
taqa’ taħt Transport Malta, l-istess Transport Malta qed tgħid bil-kontra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bypass ta' San Pawl, minn Burmarrad sax-Xemxija, magħruf bħala Dawret San Pawl, taqa' taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta. Din filfatt tidher fuq il-mappa ta' Transport Malta bħala Project 3 (CF).
Jista' l-Ministru jgħid liema huma d-dipartimenti/aġenziji jew entitajiet oħra li jinstabu f'Għawdex u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-budget, li kien approvat f'April ta’ din is-sena, għal dawn id-dipartimenti/l-entitajiet ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid b'kemm ġie imnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan it-tnaqqis?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li l-iSptar Ġenerali t’Għawdex, iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, il-kliniċi li jinsabu ġewwa x-Xewkija, San Lawrenz, l-Għasri, iż-Żebbug, in-Nadur, il-Qala, Għajnsielem, il-Munxar, Kerċem, l-Għarb, is-Sannat u x-Xagħra kif ukoll l-Uffiċcju għas-Saħħa Ambjentali ġewwa r-Rabat u dak kollu li jaqa’ taht is-servizzi tas-sahha pubblika jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.
Il-Budget allokat għas-sena 2013 f’Jannar u dak revedut f’April għall-istess sena tinsab anness fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – konsulenzi mill-2004
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – konsulenzi mill-1998
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħol ta’ konsulenzi lil individwi jew kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lil individwi u/jew kumpaniji mill-2004 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm postijiet vakanti fil-Korp tal-Pulizija u f'liema karigi kienu dawn il-vakanzi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-complement fid-Distretti u Taqsimiet fil-Korp tal-Pulizija jinbidel minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi u l-ħtiġijiet tal-Korp. Filfatt fil-preżent għaddej eżerċizzju ta’ ristrutturar tal-Korp sabiex jilħaq l-eżiġenzi tal-illum, liema eżerċizzju qed jindika li hemm bżonn ta’ żieda fil-complement tal-Korp.
Total ta’ postijiet vakanti 126
Pożizzjoni
Total ta’ Postijiet Vakanti
Assistent Kummisarju
2
Supretendent
3
Spetturi
6
Surġent Maġġur 1
2
Surġent Maġġur 2
12
Surġenti
36
Kuntisstabli
65
PULIZIJA — Administrative Law Enforcement Section – bċejjeċ tal-baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
a) Kemm-il biċċa tal-baħar qed tintuża preżentement mill-
Administrative Law Enforcement Section
(ALE) tal-Korp tal-Pulizija; u
b) Kemm-il sena għandhom il-bċejjeċ tal-baħar tal-ALE? Jista’ jispeċifika ta’ liema għamla huma?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima tal-Administrative Law Enforcement tal-Pulizija fil-preżent qed tagħmel użu minn sitt opri tal-baħar. Erba’ huma tal-għamla rigid hull inflatable boat li tnejn minnhom ilhom jintużaw għall din l-aħħar sena, filwaqt li t-tnejn oħra ilhom jintuzaw erba’ snin. Hemm ukoll cabin cruiser tal-fibre glass li wkoll ilha tintuza erba’ snin kif ukoll open speedboat ukoll tal-fibre glass li bidet tintuza minn din it-Taqsima fis-2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn, fl-1 ta' Mejju 2013, f'Malta u Għawdex:
a) persuni bil-liċenzja A - awtorizzati biex jimmanifatturaw in-nar;
b) persuni bil-liċenzja B - awtorizzati biex jimmanifatturaw in-nar;
ċ) persuni bil-liċenzja C - awtorizzati biex jaħarqu xogħol tan-nar; u
d) persuni bil-liċenzja D - apprentisti, jistennew li jattendu għall-kors tal-liċenzja B?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Malta
Għawdex
Total
a
persuni bil-liċenzja A – awtorizzati biex jimmanifatturaw in-nar
176
14
190
b
persuni bil-liċenzja B – awtorizzati biex jimmanifatturaw in-nar
867
80
947
c
persuni bil-liċenzja C – awtorizzati biex jaħarqu xogħol tan-nar
30
2
32
d
persuni bil-liċenzja D – apprentisti, jistennew li jattendu għall-kors tal-liċenzja B
110
36
146
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għassa tal-pulizija, jew sezzjoni oħra, għandha interrogation room speċifikament destinata għal dan l-użu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi s’issa huma t-Taqsimiet tal-Investigazzjoni Kriminali fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija, li għandhom kmamar espressament għall interrogazzjoni waqt investigazzjonijiet kriminali. Hemm il-ħsieb illi l-quddiem Għasses principali fid-Distretti wkoll ikollhom din il-faċilità.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm tkeċċew pulizija bħala miżura ta' dixxiplina? F'liema grad kienu meta tkeċċew u kemm kien l-ammont ta' snin ta' servizz li kienu laħqu servew?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar għaxar snin tkeċċew 14-il membru mill-Korp tal-Pulizija bħala miżura ta’ dixxiplina, filwaqt li wieħed tneħħa mill-Korp fl-interess pubbliku. Dawn kienu Surġent u 14 Kuntistabbli. Is-servizz li kellhom kien ivarja bejn il-23 sena u 7 is-snin.
Faċilità Korretiva ta’ Kordin – trasferiment ta’ personnel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u kemm saru trasferimenti ta’ personnel minn u/jew lejn il-Faċilità Korretiva ta’ Kordin mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-Interpellanza?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Fil-perjodu indikat mill-Onorevoli Interpellant mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ġew trasferiti uffiċjal korrettiv, 4 kuntistabbli, assistant principal, żewġ skrivani u psikologu.
Lejn il-Faċilità ġew trasferiti skrivana, żewġ surġenti w ħames kuntistabbli.