Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4161 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Prodotti out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta’: 1. mediċini (f’kull forma u/jew doża); 2. prodotti farmaċewtiċi (f’kull forma u/jew doża); 3. apparat mediku; u 4. disposables jew consumables li huma out of stock f’kull entità tas-saħħa fid-dekasteru tiegħu kif ukoll fl-ispiżċeriji tal-POYC? X’inhi r-raġuni li huma out of stock, kemm ilhom out of stock u meta se jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tas-servizz tas-saħħa u tal-pazjenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din it-tweġiba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #4162 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta’ ngħata; b. l-i scope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri; c. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4163 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għax-xahar ta’ Lulju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.

Port Workers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li se jiżdied in-numru ta' port workers? Jekk fl-affermattiv, b' kemm se jiżdiedu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal kontra ta ‘ dak li ġie mxandar u ppubblikat f’sezzjoni tal-media, ma saru ebda pjanijiet sabiex jinħarġu liċenzji ġodda għall-ħaddiema tax-xatt. Naħseb li l-Onor. Interpellant jaqbel li insinwazzjonijiet bħal dawn m’għandhomx isiru qabel ma jiġu vverifikati il-fatti. Għaldaqstant naħseb li jaqbel miegħi li sitwazzjonijiet bħal dawn fejn jallarmaw lill-pubbliku għandhom jiġu iddeplorati.

Liċenzji għat-tħaffir taż-żejt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema żoni u lil min inħarġu liċenzji mill-Gvern Malti għat-tħaffir taż-żejt mit-12 ta' Marzu 2013 ’l hawn?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li saru diversi diskussjonijiet sabiex iwasslu għal ħruġ ta’ liċenzji ġodda għat-tħaffir taż-żejt. Peress illi fil-Mediterran u l-akwati tagħna qed isiru diversi żviluppi li hu maħsub li ser iwasslu għal aktar opportunitajiet għat-tiftiex taż-żejt, il-Gvern qed janalizza is-sitwazzjoni bir-reqqa qabel ma joħroġ liċenzji ġodda.

tħaffir taż-żejt — Kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpaniji taż-żejt li bħalissa qed juru interess fit-tħaffir taż-żejt fl-areas li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni Maltija u fiex waslu d-diskussjonijiet mal-Gvern Malti? F'kull każ, jista’ jgħid meta bdew id-diskussjonijiet mal-Gvern Malti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li hemm diversi kumpaniji li qegħdin juru interess f’Malta għat-tħaffir għaż-żejt u qed isiru diversi diskussjonijiet ma’ dawn il-kumpaniji. Mhux etiku li jingħata tagħrif dwar l-isem ta’ dawn il-kumpaniji qabel ma jintlaħaq ftehim minħabba f’interessi kummerċjali. Barra minn dawn it-taħditiet, ittieħdet ukoll inizzjattiva biex isiru diskussjonijiet bil-għan li jintlaħaq ftehim mal-pajjiżi ġirien biex fejn hemm areas diskutibbli issir attivita’ flimkien bejn Malta u l-pajjiżi ġirien.

tħaffir taż-żejt — Kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk preżentament hawnx kumpaniji li bħalissa għaddejjin bit-tħaffir taż-żejt fl-ibħra Maltin u f'liema stadju wasal dan it-tħaffir?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li saru diversi diskussjonijiet kemm mal-kumpaniji li diġa għandhom liċenzja kif ukoll ma’ kumpaniji ġodda interessati li jidħlu fi ftehim mal-Gvern għat-tiftix taż-żejt, u dawn id-diskussjonijiet qed jiġu analizzati. Huwa maħsub li t-tħaffir għaż-żejt jinbeda fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.

Żoni għall-esplorazzjoni taż-żejt

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi dawk iż-żoni fejn Malta għandha dritt tagħmel l-esplorazzjoni taż-żejt?

Response (MIZZI, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi żoni għall-esplorazzjoni għaż-żejt. Din il-pjanta hi mingħajr preġudizzju għal pretenzjonijiet li Malta għandha dwar il-blata kontinentali.

Il-Belt Valletta — Tender għall-upgrading ta’ Putirjal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal it-tender għall-upgrading ta' Putirjal? Meta ħa jibda x-xogħol fuq dan is-sit?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema parti tal-proġett qed jirreferi.

manteniment fl-iskejjel — overtime lil ħaddiema tal-Gvern u tal-IPSL

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema vot qed jitħallas l-overtime tal-ħaddiema tal-Gvern u l- Industrial Projects and Services Limited (IPSL) li ħadmu overtime matul dan is-sajf sabiex isir ix-xogħol ta' manteniment fl-iskejjel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Għawdex – Skejjel – Tagħrif dwar nutrizzjoni

Question

Peress li jidher li l-istudenti tal-primarja Għawdxin għandhom problemi kbar ta’ obeżità, li allura hemm il-ħtieġa ta’ persuna speċjalizzata fin-nutrizzjoni li tagħti servizz fl-iskejjel primarji, jista’ l-Ministru jara li dan is-servizz jibda jiġi provdut fl-iskejjel Għawdxin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-problema tal-obeżita' qed taffettwa kemm it-tfal Maltin kif ukoll dawk Għawdxin u hemm bżonn ta' kampanja u azzjoni minn ministeri differenti bħal dawk tal-Edukazzjoni, tal-Familja u tas-Saħħa bi pjan nazzjonali mmirat mhux biss lejn it-tfal iżda wkoll lejn il-familji. Hemm bżonn ukoll li tiżdied l-attivita' fiżika fost it-tfal tagħna għax il-problema tal-obeżita' biex tintgħeleb titlob mhux biss nutrizzjoni xierqa iżda wkoll attivita' fiżika u sportiva. Se jittieħdu inizjattivi biex nindirizzaw il-problema tal-obeżità fost it-tfal tagħna.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mqabbda mil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex jagħmlu xogħol ta' konsulenza mal-Ministeru u fid-Direttorati tal-Edukazzjoni? X'inhu r-rwol tagħhom u kemm hi l-ispiża ta' kull konsulent?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

skejjel tal-Gvern — Ingaġġ ta’ għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati għalliema ġodda fl-iskejjel tal-Gvern, u f'liema suġġett, għas-sena skolastika 2013/2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. Appendiċi 'A' turi kemm ġew ingaġġati Għalliema Regolari ġodda filwaqt li Appendiċi 'B' turi kemm ġew ingaġġati Għalliema Supply ġodda fl-iskejjel tal-Gvern għas-sena skolastika 2013/2014.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — ħlas lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ma għamel l-ebda ħlas lill-kumpanija msemmija.
Leg 12 PQ #4360 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — ħlas lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għat-Turiżmu m’għamel l-ebda tip ta’ ħlas lill-kumpanija in kwistjoni.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — ħlas lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-Ministeru għamel użu mis-servizzi tal-Kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatment.
Leg 12 PQ #4362 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — ħlas lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru li ma sar l-ebda tip ta’ ħlas lill-kumpanija msemmija.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ħlas lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali m’għamel l-ebda tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — ħlas lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mar sar l-ebda tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament mid-Dipartiment tal-Corporate Services tal-Ministeru.

incontinence service — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara l-aħħar budget saritx xi reviżjoni tal-flus allokati għall-incontinence service u jekk iva b’kemm tnaqqsu jew żdiedu dawn il-flus?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda reviżjoni tal-flus allokati għas-Servizz tal-Inkontinenza wara l-aħħar budget.