Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' proġetti u inizjattivi li qed jiittieħdu mill-Malta Libraries li għandhom x'jaqsmu mal-promozzjoni tal-litteriżmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Malta Libraries għandha programm ta’ qari għat-tfal fil-livell ta’ primarja li permezz tiegħu t-tfal jiġu esposti għall-ambjent tal-librerija pubblika, u kif tużaha. Minbarra dan, l-għan ewlieni ta’ dan il-programm huwa li tinbet l-imħabba lejn il-qari permezz ta’ diskussjoni mit-tfal fuq l-istejjer li jkunu nqraw.
Biex tkopri kemm etajiet oħra kif ukoll lokalitajiet varji madwar Malta, Malta Libraries toffri l-ispazji fil-libreriji tagħha lill-entitajiet u għaqdiet li jkunu jixtiequ jtellgħu programmi ta’ qari. Fost dawn l-għaqdiet insibu l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi li toffri sessjonijiet ta’ qari fl-ibliet u rħula Maltin, kif ukoll Reading ‘n’ Rhymes, li hija inizjattiva privata li tħeġġeġ il-qari minn eta’ bikrija.
Malta Libraries tislef materjal għal kull eta’ f’forma ta’ kotba awdjo biex permezz tagħhom tgħin lil min għandu diffikulta’ biex jaqra ktieb tradizzjonali. Madanakollu, Malta Libraries qedgħa tistudja kif tista’ ssaħħah is-servizzi tagħha għal min għandu bżonnijiet speċjali, kemm permezz ta’ introduzzjoni ta’ teknoloġija li tassisti f’dawn il-bżonnijiet, kif ukoll f’għażla ta’ materjal f’forma diġitali.
Din is-sena, Malta Libraries organizzat Open Weekend fil-Librerija Pubblika Ċentrali fejn l-għan prinċipali kien il-promozzjoni tal-qari, workshops fuq il-kitba u t-tiftix ta’ informazzjoni fid-dinja diġitali, f’ambjent informali permezz ta’ attivitajiet rikrejattivi għall-familji Maltin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm scholarships ingħataw mill-MCAST u kemm kien l-ammont totali ta' dawn l-ischolarships mill-2008 sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-MCAST nieda żewġ skemi mill-2008 sal-lum. L-ewwel skema hija l-Financial Support b’konnessjoni mal-Continuous Professional Development tal-istaff tal-Kulleġġ fis-snin akkademiċi 2008/9; 2009/10; 2010/11; 2011/12 u 2012/13.
Mill-2008 sal-lum ġew offruti dawn l-
ischolarships
:
2008/9 22
2009/10 18
2010/11 17
2011/12 26
2012/13 22 applikazzjoni
F’uħud minn dawn il-każi (17), l-applikanti ma’ laqgħux l-offerta tal-
ischolarship
mogħtija lilhom.
L-MCAST nieda wkoll skema ta’
scholarships
fis-sena 2011 bl-isem ta’
Training Subsidy Scheme MCAST (TSSM)
. Din l-iskema kienet ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea u kienet tkopri
scholarships
fis-setturi tad-
Digital Media
u l-
Financial Services
. Permezz ta’ din l-iskema ingħataw disa’
scholarships
fis-settur tal-
Financial Services
u wieħed u ħamsin
scholarship
fis-settur tad-
Digital Media
.
Jista' l-Ministru jghid kemm scholarships ingħataw mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) u kemm kien l-ammont totali ta' dawn l-ischolarhips mill-2008 sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema fiċ-Ċivil f'Malta u Għawdex li huma minn skala 3 sa skala 7 li qed jibbenefikaw minn family friendly measures, partikolarment mis-servizzi tat-teleworking?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 261 impjegati tas-Servizz Pubbliku li huma fuq skala ta’ salarju bejn 3 u 7, u li qegħdin jibbenefikaw minn xi tip ta’ Family-Friendly Measure. Minn dawn, 133 qegħdin bit-telework.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu profesional fees lill-perit tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar fl-2010, 2011, 2012 u 2013 sena b'sena? Min qiegħed jipprovdi is-servizz ta' perit lil dan il-kunsill preżentament? Kemm hi kkalkulata li spiża għal proġetti infrastrutturali, xogħlijiet ta' toroq, immaniġjar ta' traffiku u proġetti oħra għal din is-sena u għas-sentejn ta' wara, sena b'sena?
Response (VELLA, KARMENU)
Segwitu għat-tweġiba li diġa tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 3830, qiegħed ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena kurrenti l-flus ivvutati għall-proġetti Infrastrutturali huma €209,757.72, filwaqt li l-ispiża ppjanata għas-snin 2014 u 2015, hija €188,471 u €199,025 rispettivament.
Tista’ l-Ministru tara x’sar mill-każ f’idejn l-Awtorità tad-Djar fejn fl-24 ta’ Ġunju 2013 mar il-perit u minkejja li għadda dan iż-żmien kollu, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għadha ma kellhiex risposta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li perit tal-Awtorità tad-Djar spezzjona l-fond fl-24 ta’ Ġunju, 2013, talab informazzjoni oħra rigward l-okkupanza tal-blokka fl-1 ta’ Lulju, 2013 għax rriżulta illi hemm diversi illegalitajiet fuq il-bejt li qegħdin jagħmlu ħsara. It-tweġiba bid-dettalji mitluba waslet għand il-perit fil-25 ta’ Settembru, 2013. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li ngħatat ser jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex dawn l-illegalitajiet jitneħħew. Sadanittant, se jsiru ukoll xi tiswijiet oħra neċessarji fil-komun fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif jiġi magħżul kuntrattur sabiex iwettaqhom.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha problema dwar l-income tax?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Nerġa’ għal darba oħra niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dwar materja bħal din ma kienx hemm għalfejn issir mistoqsija fil-parlament. Kien ikun biżżejjed kieku l-persuna konċernata marret fit-taqsima tat-
Taxpayer Service
fi Blokk 4, Floriana, fejn normalment jiġu ttrattati każijiet bħal dawn minn taqsima apposta. Inħeġġeġ biex kwistjonijiet simili jiġu ttrattati bil-mod kif qed nispjega f’din it-tweġiba.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li qed tistenna li jinqaleb il-meter tad-dawl u l-ilma peress li ilha li applikat snin u għadha bla risposta?
Jista’ l-Ministru jara li jsir surfacing ta' Triq Bur Ġlat fil-lokalità tal-Gudja peress li minn informazzjoni li għandi, kien hemm drabi fejn il-Kunsill ivvota flus biex din it-triq titranġa però dan qatt ma sar? Ittra ta’ lment miktuba minn resident qed tintbagħat separatament.
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li diġa kien sar xogħol ta’ patching fit-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
Infurmat ukoll li fil-preżent il-Kunsill Lokali qed jikkunsidra li jerġa’ jagħmel tiswijiet fejn ikun meħtieġ u ser jagħmel talba għall-fondi minħabba l-għargħar f’dawn l-inħawi.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha bżonn ta' LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Istatementing Moderating Panel ma għandu l-ebda applikazzjoni għan-nom tal-persuna ndikata fil-Mistoqsija Parlamentari. Madanakollu, ġie kkuntattjat il-ġenitur u ġie spjegat il-proċess ta' applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie esportat deheb u fidda minn Malta? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport bi spjegazzjoni f’ammont u valur bejn l-2009 sal-2012?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm jiġu importati u esportati sigaretti min Malta fis-sena, kemm ġew ikkonsmati sigaretti f’Malta u Għawdex, kif ukoll l-ammont ta’ dazju li nġabar minn fuqhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi ġodda kif ukoll second hand fl-2012 u kemm ġew skrappjati karozzi fl-2012? Minn dawn l-imsemmija karozzi importati ġewwa Malta, kemm minn dawn kienu petrol, diesel, hybrid jew bl-elettriku?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċifri maħruġa miċ-ċensiment li sar fl-2011 li juru kemm kien hemm domanda għar-residenti li hemm ġewwa Għawdex u Kemmuna, kemm minnhom huma Maltin kif ukoll barranin maqsuma skont l-etajiet, kemm hemm minnhom għandhom ID card bil-(M) u kemm minnhom għandhom ID card bil-(G), kemm minn dawn jaqgħu taħt old dependency age? Kemm minn dawn il-persuni jgħixu għal rashom, kemm hemm minnhom jgħixu ma’ xi qarib jew qraba tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il student ibbenefika mill-iskema Master IT b’fondi allokati għal dawn l-istess scholarships, f’liema oqsma akkademiċi ġew allokati u liema kienu dawk l-oqsma magħżula mill-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li 327 applikant ibbenefikaw mill-iskema ta’ Boroż ta’ Studju “MASTER it!” sabiex ikomplu l-istudji f’suġġetti li huma fil-livell ta’ Master, ekwivalenti għall-Livell Numru 7 tal-Qafas ta’ Kwalifiki Nazzjonali. Kif stabbilit fir-Regolamenti tas-Sejħa, l-applikanti setgħu japplikaw taħt wieħed minn disa’ oqsma ta’ prijorita’. Id-disa’ oqsma ta’ prijorita’ kif ukoll in-numru ta’ applikazzjonijiet li għaddew b’suċċess mill-proċess ta’ għażla permezz ta’ intervista taħt kull qasam ta’ prijorita’ huma:
Qasam ta’ Prijorita’
Numru ta’ Boroż ta’ Studju
1
High End Manufacturing
26
2
Life Sciences
51
3
Educational Services
60
4
Financial Services
57
5
Transportation & Advanced Logistics
7
6
Higher Quality Tourism
15
7
Creative Industry
47
8
Environment
41
9
ICT
23
Is-suġġetti li għalihom l-applikanti qed jingħataw borża ta’ studju huma imsemmija fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn studenti, fl-iskejjel tal-Gvern, privati u tal-Knisja, li qed jirċievu l-għajnuna ta’ LSA (facilitator) jew li għandhom bżonn LSA (statemented)? Kemm hemm LSAs impjegati mal-Gvern, fl-iskejjel privati u dawk tal-Knisja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Bħalissa hemm tlett elef u sebgħa u ħamsin (3057) student/a fl-iskejjel tal-Istat li huma statemented jew li qed jirċievu għajnuna ta’ LSA.
In-numru ta’
Learning Support Assitants
impjegati mal-Gvern huwa attwalment ta’ elf, seba’ mija u tlieta u sebgħin (1773) li minnhom ħamsa erbgħin (45) bħalissa qegħdin fuq xi tijp ta’
leave
.
Fl-iskejjel tal-Knisja hemm total ta’ 1093 student li jeħtieġu għajnuna mill-LSA hekk kif stipulat mill-i
Statementing & Moderating Panel
, u hemm 598 LSA impjegati biex jipprovdu dan is-servizz.
Fl-iskejjel Indipendenti hemm total ta’ 176 student li jeħtieġu għajnuna mill-LSA hekk kif stipulat mill-i
Statementing & Moderating Panel
, u hemm 96 LSA impjegati biex jipprovdu dan is-servizz.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward is-servizz tal-home help?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sinjura msemmija diġà tingħata s-servizz ta’ Għajnuna fid-Dar permezz tal-kuntrattur. Hija għandha tliet sigħat fil-ġimgħa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2505 u jagħti lista aġġornata ta’ konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalment fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi wkoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li hemm erba' l-konsulent ingaġġati skont it-termini u kundizzjonijiet stipulati fid-dokument maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar Ħlasijiet lil Konsulenti f’Ministeri.
Il-ħlas tagħhom huwa kif qiegħed fit-tabella hawn taħt :
Konsulent
€
kull erba’ ġimgħat
Numru ta’ siegħat
kull erba’ ġimgħat
Servizz
Konsulent 1
3,249.65
120
Business Friendly
Konsulent 2
3,703.23
160
Health / IT Advisor
Konsulent 3
-
-
Volontarjat
Konsulent 4
2,532.47
120
IT Advisor
Dawn qed jagħtu servizzi marbutin mat-titjib tar-relazzjonijiet tal-Ministeru fuq livell internazzjonali u ta’dawk mas-settur privat, u mat-titjib ta’ sistemi ta’ informatika
Il-maġġorparti tal-Kumitati ġew imwaqfa. Għad fadal numru żgħir ta’Kumitati x’jitwaqfu. Meta l-proċess kollhu jkun iffinalizzat, inkun nista nippreżenta dak kollu li qed jiġi mistoqsi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 398 u jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 524 u jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b’kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, f’liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku u liema karigi huma vakanti,?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-istaff complement tal-Ministeru għas-Saħħa huwa ta 6,775. Il-karigi huma marbutin mal-iskali li jinsabu fil-Ftehimiet Settorjali rispettivi jew, fil-każ ta’ pożizzjonijiet kuntrattwali, mal-iskali xierqa skont il-benchmarks tal-eliġibilità maħruġin mill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO). L-ingaġġ isir internament mis-Servizz Pubbliku jew esternament skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet Settorjali rispettivi, u fil-każ ta’ pożizzjonijiet kuntrattwali, skont il-ħtieġa u l-approvazzjoni finanzjarja li tkun ingħatat. Niċċara wkoll li l-karigi vakanti jimtlew skont kif ikun miftiehem mal-Ministeru għall-Finanzi u l-PAHRO.