Jista’ l-Ministru jgħid xkien in-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija f’kull grad fl-aħħar ta’ April 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta’ April ta’ din is-sena, il-membri fil-Korp tal-Pulizija f’kull grad kienu kif ġej:
Grad
Numru
Kummissarju
1
Deputat Kummissarju
1
Assistent Kummissarju
8
Supretendent
25
Spettur
97
Surġent Maġġur
41
Surġent
331
Kuntistabbli
1439
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-konsulenzi li ngħataw mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Għal kull konsulenza, jista’ jgħid:
a) min hu l-konsulent jew kumpanija li tqabbdet;
b) x’inhuma t-
terms of reference
li għalihom tqabbdet;
ċ) x’inhu l-valur kuntrattat tal-istess konsulenza;
d) jekk din ingħatatx permezz ta’
direct order
jew sejħa pubblika;
e) min talab din il-konsulenza; u
f) min approva li tingħata din il-konsulenza?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-uniċi konsulenzi li ngħataw kienu mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Għal dawk li huma positions of trust, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija 2334.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pulizija li kien jaqdi d-doveri tiegħu f’Għawdex ġie trasferit għal band’oħra differenti minn fejn kien wara l-11 ta’ Marzu 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi mill-11 ta’ Marzu ta’ din is-sena 'l hawn, kien hemm 55 membru tal-Korp tal-Pulizija stazzjonati f’Għawdex li ġew assenjati doveri oħra minn dawk li kellhom qabel, f’Għawdex stess.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm Ministri fil-Gvern tiegħu li mill-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet sal-lum li m’attendewx għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea u jekk ir-risposta hi fl-affermattiv jista' jgħid għaliex m'attendewx?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-Gvern Malti kien irrappreżentat f’sittax–il laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri minn meta tħabbar il-Kabinett sa meta saret il-mistoqsija parlamentari. Kien hemm biss laqgħa waħda li għaliha l-Ministru kkonċernat ma setax jattendi għal raġunijiet loġistiċi li żviluppaw fl-aħħar ħinijiet. Ma dan kollu l-Gvern Malti xorta kien irrappreżentat għal din il-laqgħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa sena b'sena għal kull darba li saru l-Malta Sports Awards? Jista' jagħti din l-ispiża b’mod itemised sabiex ikun hemm stampa ta' kif intefqu l-flus?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tara li ssir reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 1909, cioé li l-individwu ġie infurmat permezz ta’ ittra bid-data ta’ 11 ta’ Lulju 2013.
Peress li t-triq ta' Bormla reġgħet qed tinqala’ għax milli jidher kienu tħallew barra xi servizzi, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti dak kollu li tħalla nieqes? Jista’ jgħid jekk hux se jinżamm xi ħadd responsabbli għal dan ix-xogħol doppju u inkonvenjent mill-ġdid għar-residenti? Jekk fl-affermattiv, min kien responsabbli u x'azzjoni se tittiehed?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xoghol fl-inħawi msemmija huwa maqsum fi tliet fażijiet:
- Triq Santa Tereża/Ix-Xatt ta’ Bormla:
Ix-xogħol kien jikkonsisiti fit-tqegħid ta’
cable
tad-dawl matul it-triq kollha (liema
cable
ma kienx sar qabel ma’ ngħata l-ewwel saff ta’ asfalt) u diversi
crossings
għas-servizzi skond il-ħtiega ta’ l-istallazzjoni tal-istess servizzi matul it-triq, estensjoni tas-sistema tal-ġbir tal-ilma tax-xita b’numru ta’ punti ġodda fejn jinġabar l-istess ilma , kif ukoll l-għoti tal-asfalt (
binder course
u
wearing course
) matul it-triq kollha. Billi x-xogħol tal-
cable
ma kienx sar, mhuwiex il-każ li se jsir ħlas doppju u l-uniku spiża żejda hija dik li trid tinqala’ parti mill-
base course
li kienet diġa tlestiet. Irid jingħad li dan l-ewwel saff ta’ asphalt kien ingħata biex jitnaqqas l-inkonvenjent illi kienu għaddejjin minnu r-residenti u dawk kollha li jagħmlu użu minn din it-triq. Madankollu, jekk jirriżulta li xi ħadd kien responsabbli għal dan in-nuqqas, jittieħdu l-passi dixxiplinari meħtieġa.
- Triq il-Gublew tal-Fidda:
Din il-parti ma kinitx inkluża fil-pjan oriġinali u f’Mejju li għadda ġiet deċiż li din tiġi nkluża in vista tal-proġett li sar fuq il-foss tal-Birgu;
- Misraħ Gavino Gulia u Triq l-Inkurunazzjoni:
Ix-xogħol hawnhekk beda fl-aħħar ta’ Awwissu u jikkonsisti fil-qlugħ tas-servizzi kollha, jiġifieri dawl, ilma, drenaġġ, infrastruttura tal-Go u tal-Melita kif ukoll sistemi tal-ilqugħ tal-ilma tax-xita u għat-tisqija tas-siġar fil-Bacir Numru 1. Eventwalment jingħata l-wiċċ u jsir il-pavimentar.
Il-prijorita’ f’dan il-proġett tibqa’ li naraw li x-xogħol jitlesta tajjeb u mill-iktar fis possibbli u li nnaqssu kemm nistgħu l-inkonvenjent lir-residenti.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm nisa/irġiel ta’ età aktar minn 61 sena ddaħħlu jaħdmu mal-Gvern f’ministeri u entitajiet oħra mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jagħni n-numru skont l-età? F’liema gradi qegħdin? X’kienu r-raġunijiet li ddaħħlu jaħdmu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bejn id-9 ta’ Marzu u d-9 ta’ Lulju, 2013 daħlu 35 impjegat ġdid fl-Amministrazzjoni Pubblika li għandhom eta’ ta’ 61 sena jew aktar.
Dettalji ta’ dawn l-impjegati, kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu — Servizzi klerikali minn kuntratturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jieħu ħsieb Malta House f'Londra? Kemm ilha ingaġġata din il-persuna? Xi ħlasijiet għandha? Min iħallasha? X'inhu x-xogħol tagħha? Jista' jpoġġi il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li Ms. Joyce O'Connor, Operations Manager - Estates Management, tieħu ħsieb il-Malta House f’Londra.
Din hi impjegata ma’ l-Air Malta plc. Ilha impjegata ma' l-Air Malta għal dawn l-aħħar 28 sena u ilha responsabbli mill-
management
ta' Malta House mill-1996. Din il-persuna ġiet trasferita taħt
secondment
ta' ħames snin mill-Air Malta għall-Malpro Limited f'Jannar 2009 bħala parti mit-transferiment ta’ ishma mill-Air Malta lil kumpanija oħra tal-Gvern,
Property
Management Services Limited
, fl-istess sena.
Is-salarju skont il-kuntratt li għandha ma' l-Air Malta, li tiġi rifonduta minn Malpro Limited lill-Air Malta huwa ta’ €48,851 fis-sena.
L-allowances imħallsa direttament minn Malpro Limited matul il-perjodu ta’
secondment
huma:
Mileage/Transport Allowance: €1,800 fis-sena
Disturbance allowance: €2,500 fis-sena
Allowance għall- mowbajl u internet: €840 fis-sena
Private medical insurance: massimu ta’ €4,000 fis-sena
Performance bonus sa massimu ta £4,200 fis-sena (suġġett għad-diskrezzjoni tal-Bord tad-diretturi).
Ix-xogħol tagħha jinvolvi kull aspett tal-
management
tal-proprjeta’ inkluż il-kirjiet kummerċjali ġewwa l-proprjeta’, l-manutenzjoni, is-sigurta’ tal-proprjeta’, il-kunsiderazzjonijiet ta’ saħħa u sigurta’, l-bżonnijiet tal-entitajiet li jużaw il-proprjeta’ u l-ammministrazzjnoi ġenerali. Il-kuntratt li ġie ffirmat fl-Ingilterra u huwa suġġett għall-liġi Ingliża, huwa bejn l-Air Malta u l-Property Manager. Malpro Limited, peress li ma timpjegax lil din il-persuna, ma għandiex kopja tal-kuntratt minħabba restrizzjonijiet ta’
data protection
.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3017, filwaqt li nikkonferma li xtaqt l-informazzjoni għal kull tip ta' servizz, jista' l-Ministru jagħti tagħrif għal dawk li huma servizzi ta' xogħol b'direct order u xogħol ieħor li qed isir minn ħaddiema li qed jingħataw kuntratti temporanji jew li għalkemm qed jirreġistraw għax-xogħol qed jiġu attached mal-kunsilli lokali kunsill kunsill għal dak li jirrigwardja d-9 u t-12-il distrett?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, hekk kif miġbura mill-Kunsilli Lokali konċernati.
Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar – pjan lokali
Question
Fid-dawl tal-fatt li għaddej il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar bdil fil-pjan lokali, jista` l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jikkunsidra bdil f`dan il-pjan fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar? Jekk iva, dawn jinkludu ukoll ż-żoni urbani?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-pjanijiet lokali li tnieda riċentement ikopri t-territorju Malti kollu u għaldaqstant jinkludi fost oħrajn l-imsemmija lokalitajiet bil-komponent urban tagħhom.
Bħalissa r-reviżjoni tal-pjanijiet lokali għadu fi stat bikri ħafna u żgur mhux il-każ illi wieħed jikkontempla proposti partikolari f'dan l-istadju. Ta’ min iħeġġeġ li min hu konċernat dwar xi aspett tal-pjanijiet lokali tajjeb li tintuża l-formola speċifika li hemm fuq il-websajt tal-MEPA jew li tista’ tinġabar mill-uffiċċji tal-MEPA sabiex jitressqu l-fehmiet relevanti. Din il-fażi tal-eżerċizzju tibqa’ miftuħa sal-aħħar ta ' Settembru ta ' din is-sena. Qed isiru wkoll laqgħat ma’ kull kunsill lokali biex jinġabru l-ideat preliminari ta' kull kunsill.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jħid kemm ingħata x-xogħol ta' konsulenzi mill-2004 sal-1 ta' Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu jew dipartiment, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b'direct order jew b'tender u kemm kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 1562.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jħid kemm ingħata x-xogħol ta' konsulenzi mill-2004 sal-1 ta' Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu jew dipartiment, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b'direct order jew b'tender u kemm kienet l-ispiża f'kull każ?
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-infiq kapitali kollu li sar mill-Università ta' Malta mis-sena 2007? Jista' jaghti breakdown ta' din in-nefqa skont il-proġetti kapitali li saru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' inizjattivi u proġetti li qed jittieħdu fi skejjel jew fil-kulleġġi li għandhom x'jaqsmu mal-promozzjoni tal-litteriżmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal mill-2008 gawdew mill-Programm NWAR li tmexxi l-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi? Jista' jagħti n-numru sena b'sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' proġetti u inizjattivi li ttieħdu mill-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi li għandhom x'jaqsmu mal-promozzjoni tal-litteriżmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.