Klabb ta’ Naxxar Lions FC – site plans għal faċilità sportiva
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plans ta' liema żoni/siti qed jiġu kkunsidrati sabiex waħda minnhom jew aktar jingħataw lill-klabb ta' Naxxar Lions sabiex tinbena faċilità sportiva?
Naxxar – bini ta’ faċilità sportiva minn Naxxar Lions FC fil-Kumpless taċ-Ċentri tal-Fieri
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk l-art fiż-żona viċin ta' fejn qabel kien hemm il-kumpless taċ-Ċentri tal-Fieri fin-Naxxar għadhiex qed tiġi kkunsidrata sabiex fuqha tinbena faċilità sportiva min-Naxxar Lions FC, liema art fl-2012 kien sar kuntratt fuqha bil-partijiet involuti/firmatarji kienu fil-fatt l-istess Naxxar Lions FC u l-Kunsill Malti għall-Isport?
Naxxar – Laqgħat bejn il-Gvern u Naxxar Lions FC dwar faċilità sportiva
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru laqgħat u f’liema dati, bejn il-Gvern (Dipartiment tal-Artijiet) u Naxxar Lions FC bejn l-1 ta' April 2013 u l-10 ta' Jannar 2017 dwar is-suġġett relatat mal-faċilità sportiva fil-lokalità tan-Naxxar?
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta mistennija jiġu konklużi l-laqgħat bejn il-Gvern (Dipartiment tal-Artijiet) u Naxxar Lions FC dwar għoti ta' art sabiex fuqha tinbena faċilita sportiva, dejjem jekk hi differenti minn dik li fuqha kien hemm qbil u ftehim iffirmat f'Ottubru 2012, bejn l-istess għaqda sportiva u l-amministrazzjoni preċedenti (Kunsill Malti għall-Isport)?
San Pawl il-Baħar u Mellieħa — Toursim Police Zone
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (Buġibba/Qawra) matul din is-sena hux se jibda jkollom is-servizz ta' Tourism Police Zonesu dan anke fid-dawl li dawn huma l-iktar żoni li fil-konfini tagħhom hemm l-aktar numru ta' sodod mifruxa fuq l-akbar numru ta' lukandi u appartamenti f'pajjiżna apparti attrazzjonijiet oħra bħal bajjiet li jirriżulta ukoll li f'din iż-żona wieħed isib l-akbar numru ta' bajjiet f'pajjiżna?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’ħidma mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, qed jiġi evalwat dan is-servizz biex jiġi estiż f’lokalitajiet turistiċi oħra f’Malta u f’Għawdex, skond il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' single mothers li joqogħdu f'San Pawl il-Baħar (lokalità kollha)? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm minn dawn l-ommijiet fil-fatt jirċievu ċ-children's allowance?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ma jistax jagħti rendikont ta’ kemm huwa n-numru ta’ single mothers minħabba li mhux kollha huma benefiċjarji tad-Dipartment tas-Sigurtà Soċjali. Madanakollu, skont ir-rekords taċ-Children’s Allowance, jirriżulta li, hemm 445 single mother li joqogħdu fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, li qegħdin jirċievu ċ-Children’s Allowance.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ suwiċidji matul l-2016? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel u kemm minnhom kienu Maltin u kemm kienu ta’ Nazzjonalità barranija? F’kull każ jista’ jagħti wkoll l-età tal-persuni li kkommettew suwiċidju matul l-2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 il-pulizija rreġistrat 21 każ ta’ suwiċidju. Minn dawn 18 il-persuna kienu ta’ sess maskili, filwaqt illi 3 kienu tas-sess femminili. Maltin kien hemm 17 il-persuna filwaqt illi l-4 l-oħra kienu barranin.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni kollha mitluba.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28370, jista’ l-Ministru jgħid kif l-Malta Communications Authority (MCA) qed tinforza b’mod tanġibbli l-provvedimenti tar-regolament imsemmi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Matul dawn l-aħħar xhur, l-MCA rrivediet it-termini u l-kundizzjonijiet li joffru l-operaturi tas-servizz tal-Internet f’Malta. B’dan il-proċess l-MCA setgħet tidentifika dawk il-klawsoli li mhumiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill relatati mal-aċċess għall-Internet miftuħ (Net Neutrality). L-MCA daħlet f’diskussjonijiet mal-operaturi tas-servizz tal-Internet sabiex dawn jirrevedu u fejn meħtieġ ibiddlu l-istess termini u kundizzjonijiet biex hekk, ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-istess Regolament. Fost il-bidliet li kienu meħtieġa, l-operaturi kienu mitluba sabiex:
a) Jinkludu informazzjoni dwar il-miżuri għal-ġestjoni tat-traffiku li l-operaturi japplikaw fin-netwerks tagħhom, liema miżuri huma wkoll konformi mar-Regolament. L-operaturi huma wkoll mitluba jipprovdu spjegazzjoni dwar l-impatt fuq il-kwalità tas-servizz li dawn il-miżuri jistgħu jħallu.
b) Jinkludu informazzjoni relatata mal-veloċità tas-servizz ta l-Internet, partikolarment informazzjoni dwar il-veloċità minima f’każ ta’ servizz pprovdut minn fuq netwerk fiss.
c) Jinkludu spjegazzjoni ċara dwar rimedji u kumpens li huwa disponibbli għal-konsumatur f’każ li s-servizz provdut lill-klijent ma jilħaqx il-kwalità tas-servizz hekk kif imniżżla fil-kuntratt.
Is-sorveljanza fuq is-suq sabiex wieħed jassigura il-ħarsien dwar l-aċċess għall-Internet miftuħ huwa proċess kontinwu fejn l-MCA tanalizza dak li qed jiġri fis-suq biex fejn meħtieġ tintervjeni f’każijiet li jkun hemm min qed imur kontra r-rekwiżiti mitluba fir-Regolament.
F'dan il-kuntest, l-MCA tieħu sehem ukoll f’working group fi ħdan il-BEREC (l-Għaqda fi ħdan l-UE responsabbli għall-ko-ordinament bejn id-diversi regolaturi fl-istati membri) li qed jiddiskutu l-istess materja.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28364, jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljat tal-ispiża ta’ €8.6m?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tista' tiġi aċċesata online mil-link provdut. http://www.mga.org.mt/wp-content/uploads/MGA-Annual-Report-2015-Spreads.pdf (page 84). (kopja tal-paġna kkwotata qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra)
Malta Gaming Authority – spiża mir-Responsible Gaming Foundation
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28365, jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljat ta’ kif intefqet l-ammont allokat lilha r-Responsible Gaming Foundation?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall- mistoqsija parlamentari No. 28365 nixtieq nippreċiza li ċ-ċifra imsemmija ġiet maqsuma kif indikat hawn taħt.
Ħlasijiet ta’ salarji ta’ impjegati tal-MGA li huma assenjati mar-RGF u spejjez oħrajn
€129,850;
Trasferiment lill-RGF (2015)
€170,150;
‘Audit Adjustment’ biex ikopri il-bilanċ dovut għas-sena 2014
€190,685;
Total kif rifless fil-‘Financial Statements’ għas-sena 2015
€490,685
Permezz tal €170,150 matul l-2015 l-RGF wettqet din il-ħidma:-
· Programm Edukattiv fost l-iskejjel ta’ Malta u Għawdex kollha.
· Twaqqaf Call Centre ġdid biex jgħin lil dawk in-nies li għandhom problema bil-logħob.
· Nediet programm ta’ għajnuna lil diversi NGOs biex jorganizzaw attivitajiet alternattivi għal-logħob.
· Għamlet kampanja ta’ informazzjoni fuq livell nazzjonali fost affarijiet oħrajn.
L-audited accounts u rapport ta’ ħidma tal-fondazzjoni diga ġew imqegħda fuq il-Mejda ta-Kamra.
Professjonisti fil-qasam tas-saħħa — polza ta’ assigurazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28291, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ kwalunkwe polza tal-assigurazzjoni mħallsa u/jew maħruġa mill-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jagħmel tajjeb għal kwalunkwe danni ċivili jew telf waqt il-qadi ta’ dmirijiethom f’istituzzjonijiet tas-saħħa tal-Gvern.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28289, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba ta’ dawk l-imwiet b’overdose ta’ droga fl-2016 li s’issa huma konfermati li kienu konsegwenza ta’ tali kawża?
Marsa Open Centre – xogħol kapitali u ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28293 u jgħid kemm intefqu flus f’xogħol kapitali u ta’ manutenzjoni fl-Open Centre tal-Marsa fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi verifikata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ittra uffiċjali ġiet ippreżentata s-sena li għaddiet fil-Qrati Maltin u Għawdxin?
Response (BONNICI, OWEN)
Matul is-sena 2016 n-numru ta’ ittri uffiċjali li ġew ippreżentati fil-Qorti ta’ Malta kien kif muri hawn taħt:
Qorti
Ammont ta’ Ittri Uffiċjali
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
4157
Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja)
138
Qorti tal-Maġistrati (Malta)
3110
Matul is-sena 2016 n-numru ta’ ittri uffiċjali li ġew ippreżentati fil-Qorti ta’ Għawdex kien kif muri hawn taħt:
Qorti
Ammont ta’ Ittri Uffiċjali
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
428
Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja)
3
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
93
Qrati Maltin u Għawdxin – ittri uffiċjali taħt l-artikolu 166A
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ittra uffiċjali taħt l-artikolu 166A ġiet ippreżentata s-sena li għaddiet fil-Qrati Maltin u Għawdxin?
Response (BONNICI, OWEN)
Matul is-sena 2016 in-numru ta’ ittri uffiċjali taħt l-artikolu 166A tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta li ġew ippreżentati fil-Qorti ta’ Malta kien kif muri hawn taħt:
Qorti
Ammont ta’ Ittri Uffiċjali
(Art. 166A)
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
148
Qorti tal-Maġistrati (Malta)
2428
Matul is-sena 2016 in-numru ta’ ittri uffiċjali taħt l-artikolu 166A tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta li ġew ippreżentati fil-Qorti ta’ Għawdex kien kif muri hawn taħt:
Qorti
Ammont ta’ Ittri Uffiċjali
(Art. 166A)
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
11
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
113
Qrati Maltin u Għawdxin – ittri uffiċjali eżekuttiva fuq kambjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ittra uffiċjali eżekuttiva fuq kambjali ġiet ippreżentata s-sena li għaddiet fil-Qrati Maltin u Għawdxin?
Response (BONNICI, OWEN)
Matul is-sena 2016 in-numru ta’ ittri uffiċjali eżekuttivi fuq kambjali li ġew ippreżentati fil-Qorti ta’ Malta kien kif muri hawn taħt:
Qorti
Ammont ta’ Ittri Uffiċjali eżekutivi fuq Kambjarli
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
9
Qorti tal-Maġistrati (Malta)
64
Matul is-sena 2016 in-numru ta’ ittri uffiċjali eżekuttivi fuq kambjali li ġew ippreżentati fil-Qorti ta’ Għawdex kien kif muri hawn taħt:
Qorti
Ammont ta’ Ittri Uffiċjali eżekuttivi fuq Kambjarli
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
2
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw Community Service Orders permezz ta’ sentenzi mill-Qrati tagħna fis-sena 2016? Jista’ jindika wkoll is-sigħat komplessivi u l-organizzazzjonijiet li ġew servuti magħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Fis-sena 2016 ingħataw total ta’ ħamsa u erbgħin (45) Community Service Orders.
Wieħed u erbgħin (41) mill-Qorti ta’ Malta u erbgħa (4) mill-Qorti ta’ Għawdex.
Rigward l-organiżazzjonijiet li ġew servuti dawn l-
Orders
magħhom, din hi xi ħaġa li tiġi deċiża mid-Direttorat tal-
Probation and Parole Services
u għalhekk il-Qorti ma jkolliex tali statistika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi tul is-sena 2016 u jista’ jindika n-natura tagħhom? Jista’ jindika kemm ġew deċiżi u kemm ġew irtirati arbitraġġi kif ukoll kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Matul is-sena 2016, 348 każ ġew ippreżentati fic-Centru dwar l-Arbitraġġ ta' Malta, li minnhom 306 kienu arbitraġġi mandatorji, 38 kienu arbitraġġi volontarji u 4 kienu arbitraġġi internazzjonali.
In oltre, minn dawn it-348 każ li ġew ippreżentati fl-2016 - 18 gew deċiżi, 57 ġew irtirati u 273 għadhom pendenti.
Irrid ngħid li kemm ilu jopera ċ-ĊCentru minn Marzu tas-sena 2000 ġew ippreżentati fiċ-Ċentru 4,956 każ sal-aħħar ta' Diċembru 2016, li minnhom 3,193 ġew deċiżi, 909 ġew irtirati u 854 għadhom pendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li tul din is-sena, isiru tiswijiet fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan? Jista’ jgħid jekk kemm-il darba hiex se tiġi rilokata għall-ispazju ikbar stante l-volum tax-xogħol?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li f’dan l-istadju il-kwistjoni tal-Għassa ta’ San Ġiljan u ċjoè jekk għandhomx isiru tiswijiet jew jekk din tiġix rilokata, għadha kwistjoni li qed tiġi mistħarrġa u huwa prematur li wieħed jagħti xi dettalji jew konklużjonijiet fuq dan is-suġġett.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx ġie studjat l-impatt ambjentali tal-junk mail f’pajjiżna? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tali studju/i?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa għadu ma seħħx studju biex jevalwa l-impatt ambjentali tal-junk mail. Pero’, skond il-Waste Management Plan din l-analiżi hija programmata. F’Jannar tas-sena 2016 kien inbeda dan il-proċess permezz ta’ konsultazzjoni pubblika u wara nġabret xi data li għad trid tkun analizzata ġaladarba jitwettqu prijoritajiet oħra mill-istess pjan.