Tista’ l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn Marzu 2013 ’l hawn? Tista’ tagħti l-lista minn fejn idaħħlu dawn l-anzjani, jekk hux mill-Isptar Karin Grech, mill-Isptar Mater Dei jew inkella mill-komunità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Marzu 2013 sal-lum dahlu mitejn (200) resident. Minn dawn mija u tnejn (102) mara u tmienja u disgħin (98) ragel.
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li talab l-Interpellant.
Tista’ l-Ministru tgħid fejn kienet toqgħod (fejn kienet reġistrata l-id card tagħha) kull persuna li daħlet fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn wara l-elezzjoni ’l hawn?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4429.
Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ overtime li sar fir-Residenza San Vinċenz De Paul tul April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru, xahar b’xahar? Tista’ tagħti breakdown tat-taqsimiet, wards u units fejn sar dan l-overtime f’dan il-perijodu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-kriterji li jintużaw biex jiġu approvati loading/unloading bays f'lokalitajiet bħal San Pawl il-Baħar? Kemm ġew approvati talbiet simili f'San Pawl il-Baħar matul din is-sena, u f'liema toroq, individwalment?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-polza għall-eliġibilità għal kaxxi tal-parkeġġ komunali bil-ħin għall-ħatt u tagħbija tal-merkanzija (loading/unloading bays) tgħid kif ġej:
- Ħatt u tagħbija ta’ merkanzija jistgħu jsiru sa massimu ta’ tmien sigħat kuljum (sa 4 sigħat filgħodu u 4 sigħat wara nofsinhar). Il-kumplament tal-ħin jista’ jsir parkeġġ mhux ristrett b’dawn il-kundizzjonijiet (unrestricted parking);
- Dawn li ġejjin huma eliġibbli għal un/loading bays:
a) Negozji li jbiegħu white goods;
b) Fran li ilhom joperaw sa minn qabel is-sena 2013;
c) Negozji li jbiegħu għamara;
d) Negozji li jbiegħu jew jikru heavy plant / machinery.
- Limitu ta’ ħin sabiex vettura kummerċjali tkun tista’ tuża un/loading bay jista’ jiġi speċifikat;
- Għal żoni kummerċjali, un/loading bay tista’ tiġi mmarkata b’restrizzjonijiet ta’ ħin għall-użu komunali;
- Un/loading bays li huma komunali u ristretti bil-ħin jiġu kkunsidrati meta jkun hemm sitta jew aktar negozji jew ħwienet li jinsabu f’distanza mmedjata minn xulxin.
- Ta’ min jgħid li dawn ir-regolamenti ġew stabbiliti f’ Marzu tal-2003 u ġew aġġornati f’dawn l-aħħar ġimgħat sabiex issa fran li ilhom joperaw sa minn qabel is-sena 2013 ikunu eliġibbli għal parkeġġ komunali bil-ħin għall-ħatt u tagħbija tal-merkanzija.
Matul din is-sena, fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar ġew approvati tliet kaxxi għall-ħatt u tagħbija ta’ merkanzija fi Triq Toni Bajada, Triq Tartarun u Triq San Pawl.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.
Kummissarju għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni u tad-Data — budget
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Kummissarju għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni u tad-Data approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra
Tribunal tal-Appelli dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data — budget
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Tribunal tal-Appelli dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra
Dipartiment tal-Anzjani — sejħa għall-impjegati biex jagħmlu xogħol klerikali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ħarġitx sejħa għall-impjegati li jaħdmu fi skala 17 jew inqas mad-Dipartiment tal-Anzjani biex jagħmlu xogħol kerikali? Social assistants li diġà qed jagħmlu xogħol klerikali jridu jerġgħu japplikaw?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nħarġet sejħa għall-impjegati biex jimlew postijiet ta’ xogħol klerikali fejn ikun meħtieġ. Dawk is-Social Assistants li diġà qed jagħmlu dan ix-xogħol jistgħu japplikaw jekk juru interess, iżda dan mhux mandatorju.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm applikaw għall-post ta' Direttur Edlerly? Meta saru l-interviews u min kien fuq il-bord tal-għażla? Meta hu maħsub li joħroġ ir-riżultat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li l-kariga msemmija mhix f’po¿izzjoni dipartimentali izda pożizzjoni ta’ tmexxija fis-servizz pubbliku, jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm laqgħat pubbliċi li saru mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, dwar xogħlijiet infrastrutturali li kienu proposti, mill-Kunsill stess, jew mill-privat, fl-inħawi kollha ta' San Pawl il-Baħar, matul din is-sena, sal-aħħar ta' Settembru? F'kull każ, min kien mistieden li jattendi, u kif saru l-inviti għal dawn l-istess laqgħat pubbliċi? F'kull każ, x'kienu r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu waqt l-istess laqgħat?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li nżammet Laqgħa Ġenerali dwar xogħlijiet infrastrutturali. Il-pubbliku kien mistieden jattendi permezz ta’ Avviż fuq gazzetti lokali u avvizi fuq in-notice boards tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Infurmat ukoll li matul il-laqgħa kien rakkomandat li jitkompla x-xogħol kif kien propost fl-istess laqgħa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu s-suġġerimenti/ rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, f’dak li jikkonċerna r-rotot tal-karozzi tal-linja li jservu l-inħawi kollha ta' San Pawl il-Baħar? Meta, u ma’ min ġew diskussi dawn ir-rotot mill-Kunsill Lokali msemmi? Billi pubblikament intqal li l-Kunsill Lokali qabel mal-bidliet li suppost se jseħħu fir-rotot differenti, jista' jagħti tagħrif dwar liema huma l-bidliet li qabel magħhom il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar? Meta ġew diskussi dawn ir-rotot u ma’ min?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li s-suġġerimenti tal-Kunsill kienu li jinżammu r-rotot l-antiki, ir-rotot preżenti, rotta diretta għall-Belt Valletta u rotta (minivan circuit route) madwar il-lokalità li tkopri x-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra. Dawn ir-rotot ġew diskussi mal-Ministeru għat-Trasport u l- Infrastruttura f’laqgħa li nżammet il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru 2013. Infurmat ukoll li f’din il-laqgħa il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar esprima l-qbil tiegħu mal-minivan circuit route madwar il-lokalità.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm applikazzjonijiet għal surface car parks, li ġew sottomessi lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), f'San Pawl il-Baħar (lokalità kollha), matul din is-sena? F'kull każ, fejn kienu t-talbiet li saru, minn min saru, u liema kienu t-toroq involuti f'dawn l-istess applikazzjonijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul din is-sena, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma vvalidat l-ebda applikazzjoni għal surface car park f’San Pawl il-Baħar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema laqgħat pubbliċi ġew organizzati mill-Ministeru, fil-pubbliku, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar? Min ħa sehem fihom, u kif saru l-istediniet għal dawn il-laqgħat? Jista' jagħti tagħrif dwar il-punti li ħarġu minn dawn il-laqgħat li saru fil-perijodu Jannar - Settembru 2013? Min kienu l-kelliema f'dawn il-laqgħat?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mill-elezzjoni 'l hawn ma sarux lagħqat pubbliċi fl-inħawi msemmija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk preżentement hemmx talbiet pendenti quddiem xi dipartiment li jaqa' taħtu għal dak li jikkonċerna bidliet fis-siti li minnhom joperaw id-diversi rziezet li għandna f'Malta u f'Għawdex? Jekk iva, kemm huma, x'jitrabba fihom, u fejn jinsabu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4291, jista’ l-Ministru jara li t-tiswijiet li hemm bżonn issir fil-bypass ta’ San Pawl b’rabta ma’ bozoz maqtugħa u arbli mdawrin isiru wara li ilhom ġimgħat jiġu rrappurtati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-imsemmija triq hemm mija u ħmistax-il arblu, jiġifieri mitejn u tletin bozza. Minn dawn, ninsab infurmat li hemm ħmistax-il bozza ma jixegħlux, liema bozoz ser jiġu mibdula fil-ġranet li ġejjin. Għaxar arbli mdawwrin ġew ukoll irranġati fil-bidu ta’ Ottubru.
Tlabt lil min hu responsabbli biex issir reviżjoni tas-sistema tat-tibdil tal-bozoz biex dan il-proċess isir wieħed aktar effiċċjenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il għassa tal-pulizija hawn magħluqa mill-aħħar ta’ April 2013 ’l hawn?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat, l-Għases tal-pulizija prinċipali kollha jinżammu miftuha l-ħin kollu, filwaqt li l-oħrajn jingħalqu meta l-preżenza tal-pulizija li jkun xogħol f’dik l-Għassa tkun meħtieġa x’imkien ieħor. Bħalissa għaddej studju biex l-Għasses isiru aktar effetivi.